European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2649

31.12.2025

REGOLAMENT (UE) 2025/2649 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tas-sistema tal-kundizzjonalità, it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagament dirett, it-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi u l-iżvilupp rurali u r-rapporti annwali tal-prestazzjoni u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tas-sospensjonijiet tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni u l-kontrolli u l-penali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-komunikazzjonijiet tagħha tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” u tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività, titrawwem l-innovazzjoni, u jiġi appoġġat it-tkabbir madwar l-Unjoni, u f’dan ir-rigward is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv huma fatturi abilitanti kritiċi. Għalhekk jeħtieġ jiġu indirizzati l-piżijiet regolatorji għaljin, il-kumplessitajiet tad-dritt tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż l-obbligi tar-rapportar eċċessiv, filwaqt li tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet speċifiċi tal-entitajiet żgħar u medji.

(2)

Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Frar 2025 dwar viżjoni għall-agrikoltura u għall-ikel, tisħaq li biex jiġu xprunati l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà fil-prattiki agrikoli, il-bdiewa jenħtieġ li jkunu intraprendituri u fornituri li ma jġorrux piżijiet amministrattivi jew regolatorji bla bżonn. Dik il-perspettiva u d-diversità tas-settur jeħtieġu approċċi mfassla apposta iktar milli soluzzjonijiet ta’ “kulħadd f’keffa waħda”, apparti l-verifiki tar-realtà tad-dritt tal-Unjoni, u simplifikazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu wkoll il-benefiċċji miksuba bit-teknoloġiji diġitali, bħal teknoloġiji li jippermettu rapportar awtomatizzat. Jeħtieġ jinstab bilanċ aħjar bejn ir-rekwiżiti u l-inċentivi biex tiġi ggwidata t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-biedja u biex trawwem l-innovazzjoni. Il-ħtiġijiet speċjali tal-azjendi agrikoli żgħar, li fuqhom tissejjes il-vitalità tal-komunitajiet rurali għax dawn jipproteġu n-natura u l-għajxien, jeħtieġu appoġġ iktar adegwat u sempliċi permezz tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u tnaqqis fil-piż amministrattiv. L-azjendi agrikoli żgħar spiss ikunu fi żvantaġġ biex jaċċessaw u jużaw il-finanzjament, u dan ifixkel il-kapaċità tagħhom li jinvestu, jinnovaw u jaħtfu l-opportunitajiet ta’ żvilupp.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il- PAK (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK. Fl-2024, ġie adottat ir-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ħalli l-qafas ta’ appoġġ tal-PAK tal-Unjoni jiġi aġġustat aħjar għar-realtajiet tal-azjendi agrikoli, tittejjeb l-amministrazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-Istati Membri, u jitnaqqas il-piż relatat mal-verifiki. Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2024/1235 (6) li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (7), li jipprevedi b’mod partikolari l-possibbiltà li l-Istati Membri jaġġustaw il-proporzjon ta’ referenza għall-istandard tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) 1 abbażi ta’ bidliet strutturali fis-sistemi tal-biedja, kif ukoll derogi mill-obbligu li jimponu obbligi ta’ rikonverżjoni fuq il-bdiewa u benefiċjarji oħra.

(4)

Il-feedback u l-esperjenza mis-sentejn ta’ implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont il-qafas legali attwali tal-PAK tal-Unjoni jindikaw li hemm bżonn iktar aġġustamenti limitati tal-qafas legali sabiex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet u l-kumplessitajiet identifikati. Dawk jinkludu l-fatt li ċerti ċirkostanzi, prattiki u ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ bdiewa, bħall-bdiewa organiċi, il-bdiewa żgħażagħ, il-bdiewa nisa, il-bdiewa f’żoni muntanjużi, il-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar u l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, għadhom ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed fil-qafas legali tal-PAK tal-Unjoni, u dan ma jippermettix lill-Istati Membri jaġġustaw id-diversi strumenti għaċ-ċirkostanzi, il-prattiki u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawk il-bdiewa. Barra minn hekk, ċerti opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni fil-PAK, bħal pereżempju li jintużaw somom f’daqqa jew alternattivi tal-kostijiet issimplifikati, ma jinħatfux biżżejjed minħabba l-kumplessitajiet fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom. Dak jista’ jwassal għal rekwiżiti li jikkoinċidu jew li jkunu ambigwi għall-bdiewa, jikkumplika l-aċċess tal-bdiewa għall-appoġġ, u jxekkel l-opportunitajiet ta’ żvilupp tan-negozju għall-bdiewa, inkluż għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda. Hemm ukoll ċerti riġiditajiet fir-regoli li qed iħallu impatt fuq kif l-Istati Membri jimmaniġġjaw u jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jissodisfaw l-obbligi tar-rapportar tagħhom. Fl-aħħar nett, hemm bżonn ikompli jittaffa l-piż taż-żjarat u l-verifiki fuq il-post kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-korpi amministrattivi, b’mod partikolari billi jiġu introdotti metodoloġiji iktar effiċjenti għall-valutazzjonijiet tal-kwalità u l-kontrolli tal-kundizzjonalità tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK). Jekk jingħelbu dawk il-konġestjonijiet, il-kumplessitajiet u r-riġiditajiet, dan għandu jgħin lill-Istati Membri jużaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ħalli jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-ġid tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra tal-PAK, inaqqsu l-piż amministrattiv u l-kumplessità, u jużaw aħjar ir-riżorsi skarsi. Sabiex jiġi massimizzat l-effett tal-pagamenti diretti mogħtija skont is-sistema ta’ appoġġ stabbilita mill-qafas legali tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward ta’ introjtu ġust u standards tal-għajxien deċenti għall-bdiewa, huwa importanti li l-miżuri nazzjonali barra mill-PAK jitfasslu b’tali mod li ma jaffettwawx pagamenti diretti b’mod negattiv.

(5)

L-Artikolu 4(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi li, meta żona agrikola tintuża bħala bur u ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel għal ħames snin jew iktar, din għandha titqies bħala bur permanenti. Madanakollu, xi sistemi tal-biedja jinvolvu newba tal-għelejjel f’raba’ li jinħadem, fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor ma jkunux ġew inklużi fin-newba tal-għelejjel għal perijodi itwal minn ħames snin, iżda fejn dawk iż-żoni ma jinħartux biex jibqgħu raba’ li jinħadem. B’konsegwenza ta’ dan, il-bdiewa fl-Istati Membri fejn jiġu applikati tali sistemi tal-biedja qed isibu diffikultajiet fil-ġestjoni tan-newba agronomika tagħhom u biex jibqgħu vijabbli filwaqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-istandard tal-KAAT 1. Barra minn hekk, l-użu ta’ newba tal-għelejjel itwal bil-bwar jista’ jġib benefiċċji sinifikanti f’termini ta’ bijodiversità u servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jagħti flessibbiltà akbar lill-bdiewa fil-ġestjoni agronomika tagħhom. Għalhekk, biex jiġu promossi tali prattiki agronomiċi flessibbli u sostenibbli għall-ġestjoni tal-bwar, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jestendu l-perijodu li jiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ żona bħala bur permanenti minn ħamsa għal seba’ snin. Għalhekk, l-Artikolu 4(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Madankollu, il-konverżjoni awtomatika ta’ raba’ li jinħadem f’bur permanenti wara perijodu fiss tista’ toħloq pressjoni regolatorja bla bżonn għall-bdiewa li jixtiequ jżommu l-art tagħhom ikklassifikata bħala raba’ li jinħadem. Għalhekk, sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà akbar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li art ikklassifikata bħala raba’ li jinħadem fl-1 ta’ Jannar 2026 tibqa’ tinħadem, anke meta l-perijodu ta’ ħames jew seba’ snin ikun skada. F’każ bħal dan, il-bdiewa jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li ma jipparteċipawx fid-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru u li jkomplu japplikaw ir-regola tal-konverżjoni tar-raba’ li jinħadem tagħhom f’bur permanenti wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames jew seba’ snin. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Istati Membri li jimplimentaw tali flessibbiltà jiżguraw ukoll li d-deċiżjoni tagħhom ma taffettwax l-impenji ambjentali pluriennali kontinwi meħuda skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u li l-benefiċjarji jingħataw il-possibbiltà li jemendaw jew jirtiraw kif xieraq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 fis-sena ta’ wara d-deċiżjoni tal-Istati Membri.

(7)

Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ impatti negattivi fuq is-suq uniku u l-kummerċ internazzjonali tal-pagamenti f’każ ta’ kriżi l-ġodda lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi f’konformità mal-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-interventi li bihom għandu jingħata dak l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jfassluhom l-Istati Membri b’tali mod li jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

(8)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-memorandum ta’ qbil dwar iż-żrieragħ żejtnin, inklużi dispożizzjonijiet dwar iż-żidiet tal-outputs ippjanati u l-koeffiċjenti ta’ tnaqqis ħalli jkun evitat li tinqabeż iż-żona massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha. Din id-dispożizzjoni jeħtieġ tiġi emendata biex tqis l-emendi tal-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament, introdotti b’dan ir-Regolament.

(9)

Is-sistema tal-kundizzjonalità li tinkludi r-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni (RSĠ) u l-istandards tal-KAAT għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli b’iżjed sensibilizzazzjoni, fuq in-naħa tal-benefiċjarji, dwar il-ħtieġa tal-konformità ma’ dawk l-istandards u r-rekwiżiti bażiċi. Għandha l-għan ukoll li żżid il-konsistenza tal-PAK mal-objettivi tal-ambjent, tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-pjanti u tat-trattament xieraq tal-annimali segwiti bid-dritt tal-Unjoni. Iżda meta jitqies li ż-żona agrikola ġestita mill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira li jibbenefikaw minn pagamenti skont l-interventi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 hi limitata, jekk tiġi applikata s-sistema tal-kundizzjonalità għal dawn il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, li jmexxu l-maġġoranza tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni, dan ma jagħtix benefiċċji suffiċjenti meta mqabbel mal-kostijiet sinifikanti, u jimponi piż amministrattiv importanti fuq dawk il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Biex jitnaqqsu dawn il-kostijiet u jiġi ffaċilitat il-piż amministrattiv relatat, huwa xieraq li l-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira jiġu eżentati mill-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità.

(10)

L-istandards tal-KAAT imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma parti mis-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Huma jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent, u dan jinkludi l-ilma, il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ekosistemi. Il-prinċipji ġenerali li fuqhom tistrieħ il-produzzjoni organika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jinkludu l-preservazzjoni tal-elementi naturali tal-pajsaġġ, bħas-siti ta’ wirt naturali, u l-użu responsabbli tal-enerġija u tar-riżorsi naturali, bħall-ilma, il-ħamrija, il-materja organika u l-arja.

(11)

L-istandard tal-KAAT 1, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jżomm bur permanenti biex tiġi ppreservata l-ħażna ta’ karbonju. Il-punti 1.7.3 u 1.9.1.1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 jenfasizzaw l-importanza li jiġi massimizzat l-użu tar-ragħa u tal-mergħa, peress li dan jipprevjeni l-konverżjoni ta’ bur permanenti f’użi oħra tal-art, u f’konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT 1 jippreserva l-ħażna ta’ karbonju fi bwar permanenti. L-istandards tal-KAAT 3, 5 u 6, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandhom l-għan li – rispettivament – iżommu l-materja organika tal-ħamrija, jillimitaw l-erożjoni, u jipproteġu l-ħamrija matul perijodi sensittivi. Dawk l-objettivi diġà ntlaħqu bil-prattiki tal-ħdim tar-raba’ u tal-kultivazzjoni applikati fil-produzzjoni organika tal-pjanti, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-punt 1.9 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848. L-istandard tal-KAAT 4, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jipproteġi l-ilma mit-tniġġis. Bl-istess mod, il-punti 1.5, 1.7, 1.9 u 1.10 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ tniġġis tal-ilma billi jillimitaw l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji, jillimitaw l-użu ta’ fertilizzanti u pestiċidi, u jillimitaw id-densità tal-trobbija. L-esperjenza wriet li l-biedja organika tħalli impatt pożittiv fir-rigward tal-lissija tan-nutrijenti u t-tnixxijiet, u dan jagħmilha inqas probabbli li bidwi organiku jikkomprometti l-kwalità tal-ilma, u b’hekk jilħaq l-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT 4. Għalhekk, minħabba l-prinċipji u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 u l-prattiki eżistenti skont is-sistemi tal-biedja organika, il-bdiewa ċċertifikata skont ir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu konformi mal-istandards tal-KAAT 1, 3, 4, 5, 6 u, kif diġà huwa l-każ, 7 fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni organika u l-unitajiet tal-produzzjoni fil-fażi ta’ konverżjoni tagħhom, kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/848. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qed jistinkaw biex japplikaw dik il-possibbiltà tal-preżunzjoni ta’ konformità ma’ ċerti standards tal-KAAT bl-iktar mod xieraq, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li tali preżunzjoni tal-konformità tapplika biss meta l-azjenda kollha kemm hi tal-bidwi ċċertifikata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tkun tikkonsisti f’unitajiet ta’ produzzjoni organika jew unitajiet ta’ produzzjoni fil-fażi ta’ konverżjoni kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/848, jew fiż-żewġ unitajiet ta’ produzzjoni tali.

(12)

Biex tittejjeb il-konsistenza tar-rekwiżiti għall-bdiewa u jiġi ssimplifikat l-istabbiliment tal-istandards tal-KAAT mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-istandards tal-KAAT fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, dment li dawk ir-rekwiżiti nazzjonali jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, jenħtieġ, li jiġi ċċarat li l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK m’għandhomx għalfejn imorru lil hinn mir-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji eżistenti, dment li dawk ir-rekwiżiti nazzjonali jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, b’mod partikolari mal-objettivi ewlenin ta’ dawk l-istandards tal-KAAT.

(13)

L-Artikolu 13(2a) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu, meta jimplimentaw l-istandards tal-KAAT, jipprevedu derogi temporanji mir-rekwiżiti tal-istandards minimi anke fil-każ ta’ mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti, li jipprevjenu lill-bdiewa milli jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti f’sena partikolari.

(14)

L-istandard tal-KAAT 9 jimponi projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit ta’ bwar permanenti ddeżinjati bħala ambjentalment sensittivi fis-siti ta’ Natura 2000. Madankollu, l-esperjenza wriet li jaf ikun hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn tali bur permanenti ambjentalment sensittiv issirlu ħsara, pereżempju minn speċijiet invażivi, u jafu jkunu meħtieġa miżuri xierqa biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn, inklużi eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq il-ħrit taż-żoni kkonċernati sabiex jiġi rrestawrat tali bur permanenti, ħalli jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-istandard tal-KAAT 9 jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet. F’konformità mal-objettiv ta’ simplifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jużaw is-sistemi ta’ kontroll eżistenti tagħhom fis-siti ta’ Natura 2000 abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000, dment li dawk ir-rekwiżiti jikkonformaw mal-istandard tal-KAAT 9 elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(15)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jippermetti lill-Istati Membri jżommu sa 3 % tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil bidwi biex jappoġġaw il-kontribuzzjoni tal-bdiewa għal għodod għall-ġestjoni tar-riskju. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża dik l- għażla, dan it-tnaqqis għandu japplika għall-benefiċjarji kollha tal-pagamenti diretti f’sena partikolari. L-esperjenza turi li huma biss ftit l-Istati Membri li jużaw dik l-għażla. Id-diskussjonijiet mal-Istati Membri wrew li n-nuqqas ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju, kemm jekk stabbiliti mill-Istati Membri jew jekk huma disponibbli tramite assigurazzjoni privata, disponibbli għall-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti diretti, huwa ostaklu għall-implimentazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni. Sabiex jiżdiedu l-adozzjoni u l-użu ta’ dik l- għażla, huwa neċessarju li jiġi emendat dak l-Artikolu 19 sabiex l-implimentazzjoni tiegħu tkun iktar flessibbli u tiġi adattata għall-għodod eżistenti għall-ġestjoni tar-riskju fl-Istati Membri. B’riżultat ta’ dik l-emenda, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw l-għażla li jżommu sa 3 % tal-pagamenti diretti li għandhom jitħallsu lil bidwi bħala kontribuzzjoni tal-bdiewa għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk din tapplikax għall-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti diretti f’sena partikolari, jew jekk tapplikax għall-bdiewa li għalihom jeżistu għodod għall-ġestjoni tar-riskju f’sena partikolari, bil-kundizzjoni li d-deċiżjoni tagħhom tikkorrispondi għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju fis-seħħ.

(16)

L-iskema tal-pagament simplifikata mfassla mill-Istati Membri għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tnaqqas il-kumplessità tal-proċess tal-applikazzjoni għall-appoġġ għall-introjtu, kemm għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira kif ukoll għall-amministrazzjonijiet. Sabiex tissaħħaħ l-attraenza tagħha u jkun hemm numru akbar ta’ bdiewa b’azjenda agrikola żgħira li jiġu mħeġġa jibbenefikaw minn dik l-iskema, jenħtieġ li jiżdied l-ammont massimu li jistgħu jirċievu skont dik l-iskema. Sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira li jibbenefikaw mill-pagamenti msemmija f’dak l-Artikolu fl-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jeskludu l-pagamenti li jirċievu dawk il-bdiewa bl-ekoskemi mill-ammont massimu ta’ pagament imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.

(17)

Meta Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 28, it-tieni paragrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115 li l-pagament lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira msemmi fl-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 28, ta’ dak ir-Regolament m’għandux jissostitwixxi l-appoġġ għall-ekoskemi stabbiliti skont l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, l-ekoskemi jenħtieġ li jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 31(5) ta’ dak ir-Regolament. Dak il-prinċipju jenħtieġ li jiġi rrispettat ukoll fir-rigward tal-interventi skont l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-bdiewa li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament. Biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju ġenerali li l-pagamenti jingħataw biss għall-impenji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u biex tiġi ssalvagwardjata l-ambizzjoni tal-interventi, li jiffurmaw parti mill-arkitettura ambjentali u klimatika tal-PAK, il-bdiewa li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jirċievu biss pagamenti skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament jew pagamenti skont l-interventi msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament jekk jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament jew mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament.

(18)

Biex ikun żgurat li l-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-bdiewa kkonċernati jinżamm limitat meta l-Istati Membri jżidu t-twettiq tal-objettivi ambjentali, klimatiċi, tat-trattament xieraq tal-annimali u tar-reżistenza antimikrobika, billi jżommu jew jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, l-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jeħtieġ jiġi emendat. Jenħtieġ li tali emenda tippermetti l-Istati Membri jagħtu appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità mar-rekwiżiti obbligatorji imposti bid-dritt nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk dawn għadhomx kif ġew imposti jew jekk jeżistux diġà. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-limitazzjoni tal-perijodu li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji skont l-ekoskemi għandha tissimplifika l-ġestjoni tal-ekoskemi għall-Istati Membri. Huwa jnaqqas il-bżonn ta’ modifiki tal-ekoskemi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul dan il-perijodu tal-programmazzjoni minħabba bidliet ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jew minħabba l-iskadenza tal-perijodu ta’ 24 xahar li matulu huwa possibbli li jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali.

(19)

L-istandard tal-KAAT 2, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jipproteġi l-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju. L-istandard 9 tal-KAAT, elenkat fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jipproteġi l-ħabitats u l-ispeċi permezz ta’ projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit ta’ bwar permanenti ddeżinjati bħala bwar permanenti ambjentalment sensittivi f’siti tan-Natura 2000. L-esperjenza wriet li, filwaqt li tiggarantixxi l-protezzjoni ta’ ħamrija rikka fil-karbonju u bwar permanenti sensittivi għall-ambjent fis-siti tan-Natura 2000, rispettivament, r-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9 ħolqu sfidi għall-bdiewa u għall-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-vijabbiltà ekonomika tal-bdiewa kkonċernati. Il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9, bħal dawk li jinvolvu limitazzjoni tal-produzzjoni jew projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi f’siti Natura 2000, tista’ tkun għalja għall-bdiewa jew tillimita b’mod sinifikanti l-kapaċità tagħhom li jibdlu jew jaġġustaw l-użu tal-art tagħhom. Barra minn hekk, l-istandards tal-KAAT 2 u 9 qed iħalli impatt fuq il-bdiewa f’xi Stati Membri iktar milli f’oħrajn minħabba l-proporzjonijiet differenti ta’ artijiet mistagħdra u torbieri jew bwar permanenti sensittivi għall-ambjent f’siti tan-Natura 2000 fit-territorji tagħhom. Filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti eżistenti skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9, fejn xieraq, stabbiliti b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, kif introdotti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-bdiewa jiġu kkumpensati għall-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dawk l-istandards. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jeskludu l-istandards tal-KAAT 2 u 9 mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 31(5), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament sabiex il-bdiewa attivi kkonċernati mill-istandards tal-KAAT 2 jew 9 jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk l-istandards filwaqt li jżommu livell għoli ta’ protezzjoni tal-artijiet mistagħdra u tat-torbiera, b’mod partikolari l-potenzjal tas-sekwestru tal-karbonju ta’ dawk iż-żoni u livell għoli ta’ protezzjoni ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi f’siti tan-Natura 2000, rispettivament.

(20)

Biex ikun jista’ jingħata appoġġ għall-metodi tal-biedja organika għall-bhejjem bħala parti mill-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jiddeċiedu li l-appoġġ mogħti għall-impenji relatati mal-konverżjoni jew iż-żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet tal-bhejjem. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-appoġġ għall-impenji li jtejbu l-prattiki tal-biedja relatati mat-trobbija tan-naħal jista’ jingħata fil-forma ta’ pagament annwali għall-kaxxi tan-naħal għax dan se jissimplifika l-kalkolu tal-pagamenti għal dawk l-impenji. Biex tkun żgurata l-koerenza tad-definizzjonijiet użati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-“kaxxa tan-naħal” għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li tfisser “kaxxa tan-naħal” kif definita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament.

(21)

L-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex titħassar ir-referenza għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, fid-dawl tat-tħassir ta’ dik il-proċedura mir-Regolament (UE) 2021/2116 b’dan ir-Regolament.

(22)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jaqdu rwol importanti fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista. L-appoġġ mill-PAK lil dawk l-organizzazzjonijiet għandu importanza kritika biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi u objettivi settorjali jew biex jiġu ppremjati l-prattiki li jagħmlu l-ġid. Għalhekk, jixraq li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jimplementaw, fil-programmi operazzjonali tagħhom, intervent settorjali wieħed jew iktar b’rabta ma’ kwalunkwe objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, il-punt (d), (e), (f), (h), (i) jew (j), tar-Regolament (UE) 2021/2115, jitħallew jibbenefikaw mil-limitu miżjud tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 52(2) ta’ dak ir-Regolament, dment li l-ammont li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament jintefaq biss biex jiġu ffinanzjati dawk l-interventi settorjali.

(23)

L-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex it-titolu tat-tip ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (e) ta’ dak l-Artikolu jiġi allinjat mal-emendi tal-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament u biex jiġi inkluż it-titolu tat-tip il-ġdid ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament.

(24)

Biex ikun żgurat li l-impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-bdiewa kkonċernati jinżamm limitat meta l-Istati Membri jżidu t-twettiq tal-objettivi ambjentali, klimatiċi, tat-trattament xieraq tal-annimali u tar-reżistenza antimikrobika billi jżommu jew jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, jeħtieġ li l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat. Jenħtieġ li tali emenda tippermetti lill-Istati Membri jagħtu appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità mar-rekwiżiti obbligatorji imposti bil-liġi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunx għadhom kif ġew imposti jew jekk kinux jeżistu diġà. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-limitazzjoni tal-perijodu li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi tissimplifika l-ġestjoni ta’ dawk l-impenji għall-Istati Membri. Hija tnaqqas il-ħtieġa ta’ modifiki f’dawk l-interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tul dan il-perijodu tal-programmazzjoni minħabba bidliet ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jew minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-24 xahar li matulu jkun possibbli li jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali.

(25)

L-esperjenza wriet li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9 ħolqu sfidi sinifikanti għall-bdiewa u għall-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-vijabbiltà ekonomika tal-bdiewa kkonċernati, filwaqt li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju u bwar permanenti sensittivi għall-ambjent f’siti tan-Natura 2000, rispettivament. Il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9, bħal dawk li jinvolvu limitazzjoni tal-produzzjoni jew il-projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit ta’ bwar permanenti sensittivi għall-ambjent f’siti Natura 2000, tista’ tkun għalja għall-bdiewa jew tillimita ferm il-kapaċità tagħhom li jibdlu jew jaġġustaw l-użu tal-art tagħhom. Barra minn hekk, l-istandards tal-KAAT 2 u 9 iħalli impatt fuq il-bdiewa f’xi Stati Membri iktar milli f’oħrajn minħabba l-proporzjonijiet differenti ta’ artijiet mistagħdra u torbieri jew bwar permanenti sensittivi għall-ambjent f’siti tan-Natura 2000 fit-territorji tagħhom. Filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti eżistenti skont l-istandards tal-KAAT 2 u 9, meta dan ikun xieraq, stabbiliti b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, kif introdotti b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-bdiewa jiġu kkumpensati għall-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dawk l-istandards. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jeskludu l-istandards tal-KAAT 2 u 9 mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 70(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-interventi bbażati fuq l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament. Dak għandu jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-interventi msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament sabiex il-bdiewa u benefiċjarji oħra kkonċernati mill-istandards tal-KAAT 2 u 9 jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri, b’mod partikolari l-potenzjal tas-sekwestru tal-karbonju ta’ dawn iż-żoni, u livell għoli ta’ protezzjoni ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi f’siti tan-Natura 2000, rispettivament.

(26)

Skont l-Artikolu 70(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagamenti għall-impenji agroambjentali klimatiċi jew għall-impenji ta’ konverżjoni għall-biedja organika jew ta’ żamma ta’ prattiċi u metodi ta’ biedja organika biss bħala pagamenti għal kull ettaru. Biex tkun żgurata l-konsistenza mal-appoġġ bl-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri, f’każijiet ġustifikati debitament, jagħtu appoġġ għal tali impenji fil-forma ta’ pagament għal kull unità tal-bhejjem. Biex jiġu ffaċilitati attivitajiet li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent fil-każ tat-trobbija tan-naħal, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi jew għall-impenji ta’ konverżjoni għall-biedja organika jew ta’ żamma ta’ biedja organika fil-forma ta’ pagament għal kull kaxxa tan-naħal. Biex tiġi żgurata l-koerenza tad-definizzjonijiet użati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, “kaxxa tan-naħal” għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ għal dawk l-impenji jenħtieġ li tfisser “kaxxa tan-naħal” kif definit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(27)

L-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal- pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona biex jikkumpensaw għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw minn konformità ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti tal-KAAT. Dan ma jagħtix pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw mill-istandards rilevanti tal-KAAT. Madankollu, il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandard tal-KAAT 2 tista’ tkun għalja għall-bdiewa peress li dawn jinvolvu limitazzjonijiet tal-produzzjoni minħabba restrizzjonijiet sinifikanti fuq l-użu tal-art. Sabiex jiġu integrati l-kostijiet relatati mal-konformità tal-istandard tal-KAAT 2 fil-kalkolu tal-pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw mill-konformità ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jinkludu l-iżvantaġġi f’tali kalkoli li jirriżultaw mir-rekwiżiti ta’ dak l-istandard tal-KAAT.

(28)

Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa jkollhom iktar żmien u flessibbiltà biex jaġġustaw għar-rekwiżiti ġodda tal-liġit tal-Unjoni tal-Unjoni f’kuntest dejjem iktar diffiċli ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi, sfidi strutturali u diffikultajiet ekonomiċi relatati, fost l-oħrajn, ma’ prezzijiet għoljin tal-enerġija u tal-input, l-Artikolu 73(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat. Jenħtieġ li tali emenda testendi il-perijodu li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ tali rekwiżiti ġodda minn 24 għal 36 xahar mid-data li fiha dawk ir-rekwiżiti l-ġodda jsiru obbligatorji għall-azjenda.

(29)

Is-settur tal-biedja tal-Unjoni qed jiffaċċja diffikultajiet demografiċi b’forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Filwaqt li huwa kruċjali li jiġu attirati l-bdiewa żgħażagħ biex jiġi żgurat futur sostenibbli għall-agrikoltura, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ huma sfida finanzjarja. Sabiex jiġi ffaċilitat iktar l-istabbiliment tagħhom għall-ewwel darba, il-perijodu tal-eliġibbiltà għall-investimenti biex jikkonformaw ma’ standards ġodda tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż għall-bdiewa żgħażagħ.

(30)

Biex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-ikel tal-Unjoni, hemm bżonn investimenti sinifikanti u żvilupp tan-negozju. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli żgħar, li qed jiffaċċjaw sfidi partikolari u li huma potenzjalment ekonomikament vijabbli. Fl-istess ħin, hemm bżonn li tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli żgħar biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv. Biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet, huwa xieraq li jiġi emendat l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex jinkludi l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar fost l-interventi li l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw, u biex jipprevedi appoġġ ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 75 000 għal dak l-intervent. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw l-istess definizzjoni ta’ azjendi agrikoli żgħar għall- investimenti skont l-Artikolu 73(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament u għall-iżvilupp tan-negozju skont l-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament.

(31)

L-interventi ta’ ġestjoni tar-riskju huma utli ħafna biex il-bdiewa jsiru iktar reżiljenti, u għalhekk, jenħtieġ li jitħeġġu. Madankollu, l-esperjenza wriet li r-regoli attwali huma riġidi wisq biex dak it-tip ta’ intervent jintuża sal-potenzjal sħiħ tiegħu. B’mod partikolari, jidher li l-formola attwali tal-kalkolu tat-telf mhix adattata għas-sitwazzjoni speċifika ta’ ċerti benefiċjarji, bħall-bdiewa żgħażagħ, għal żoni b’għelejjel permanenti jew għal,każijiet ġustifikati oħra li għalihom il-formola tal-kalkolu tat-telf mhix adegwata. Biex jiżdied l-użu tal-għodod għall-ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom iktar flessibbiltà fil-kalkolu tat-telf għal dawn il-benefiċjarji jew l-għelejjel, li tippermettilhom iqisu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom.

(32)

Sabiex jappoġġaw b’mod effiċjenti lill-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħra, bħal tifqigħat epiżootiċi u tifqigħat ta’ pesti ta’ kwarantina, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu pagamenti f’każ ta’ kriżi b’interventi tal-iżvilupp rurali. Jenħtieġ li tali tipi ta’ appoġġ joffru ċerta flessibbiltà suffiċjenti lill-Istati Membri waqt li jippjanaw l-interventi. Meta jikkalkulaw it-telf tal-produzzjoni li għandu jiġi kkumpensat, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw l-indiċijiet u jqisu l-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet sabiex il-kalkolu jirrifletti l-valur reali tas-suq. Sabiex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpens totali li jirċievi l-bidwi, flimkien ma’ forom oħra ta’ appoġġ mill-Unjoni jew nazzjonali, inklużi finanzjament nazzjonali addizzjonali, u finanzjament minn assigurazzjoni privata jew skemi oħra ta’ ġestjoni tar-riskju, ma jwassalx għal kumpens żejjed jew finanzjament doppju.

(33)

L-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw l-istabbiliment, mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni, ta’ kriterji tal-għażla għall-interventi relatati ma’ ċerti tipi ta’ intervent. Il-lista tat-tipi ta’ intervent li għalihom l-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji tal-għażla jenħtieġ li tiġi emendata biex jitqiesu l-emendi fit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament.

(34)

L-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2015 jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-PAK. L-Artikolu 80(2) ta’ dak ir-Regolament jiżgura l-konsistenza mar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar l-istrumenti finanzjarji. Biex tissaħħaħ aktar is-sinerġiji fl-implimentazzjoni u fil-kontroll bejn l-istrumenti finanzjarji tal-PAK u l-istrumenti finanzjarji l-oħra rregolati bir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward ir-rendikont tal-entrati għall-istrumenti finanzjarji jkunu l-istess fir-Regolament (UE) 2021/2115 u fir-Regolament (UE) 2021/1060.

(35)

L-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi l-limitu massimu applikabbli tal-ekwivalenti tal-għotja grossa meta l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Biex ikun żgurat allinjament mal-bidliet introdotti dan l-aħħar fir-reġim ġenerali tal-għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 (10), il-limitu massimu jeħtieġ jiżdied kif xieraq. Barra minn hekk, il-perijodu ta’ referenza jenħtieġ li jinbidel minn snin fiskali għal snin bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2023/2831. Fir-rigward tal-appoġġ għall-kapital operatorju għal attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, ir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom ikomplu japplikaw.

(36)

L-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiddefinixxi l-eliġibbiltà tan-nefqa meta l-appoġġ jingħata bi strumenti finanzjarji. Biex ikunu żgurati ċ-ċarezza u t-trattament ugwali skont l-istrumenti finanzjarji kollha rregolati bir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu stabbiliti r-regoli tal-eliġibbiltà fir-rigward tat-taxxa fuq valur miżjud (“VAT”).

(37)

L-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti mill-Istati Membri tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR għall-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Biex ikun żgurat l-akbar użu possibbli tal-possibbiltajiet introdotti ġodda skont l-Artikolu 10a(4) tar-Regolament (UE) 2021/523, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(38)

L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Biex tiġi ssimplifikata u tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-investimenti u ta’ interventi oħra tal-iżvilupp rurali u biex jiżdied l-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, jenħtieġ li jkunu jistgħu jintużaw il-metodi tal-kalkolu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 mingħajr il-bżonn ta’ ġustifikazzjonijiet ulterjuri.

(39)

L-Artikolu 86(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa li tirriżulta mill-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR, rispettivament. Biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, jittejbu s-sinerġiji bejn il-FAEG u l-FAEŻR, u tiżdied il-flessibbiltà tal-Istati Membri biex jiddeterminaw id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi relatati mal-FAEG tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, huwa xieraq li titħalla n-nefqa li tirriżulta minn emenda strateġika approvata ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għall-kontribuzzjoni tal-FAEG tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 119(8) ta’ dak ir-Regolament, iżda mhux qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emenda. Għal emendi oħra fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG, in-nefqa jenħtieġ li tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG mid-data tan-notifika tal-emenda lill-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(40)

Għall-fini li jiġi żgurat finanzjament adegwat għat-tip il-ġdid ta’ intervent għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirriżervaw ċertu sehem mill-finanzjament tal-FAEŻR għal dak it-tip ta’ intervent. Madankollu, bil-ħsieb li jkun żgurat li jibqa’ disponibbli finanzjament biżżejjed biex ikopri l-prijoritajiet l-oħra tal-PAK, dak is-sehem jenħtieġ li jkun limitat għal ammont annwali massimu disponibbli għal kull Stat Membru li jikkorrispondi għal 3 % tat-total ikkombinat tal-pagamenti diretti u l-finanzjament tal-FAEŻR kull sena.

(41)

Minħabba n-natura speċjali tiegħu, it-tip il-ġdid ta’ intervent għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi jenħtieġ li jkun eżentat mill-obbligu li jikkontribwixxi għall-indikaturi tar-riżultati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(42)

Huwa xieraq li l-Istati Membri b’reġjuni ultraperiferiċi jitħallew jittrasferixxu parti mill-ammont tal-pakkett allokat minn qabel għall-iżvilupp rurali ddedikat għar-reġjuni ultraperiferiċi favur miżuri ta’ finanzjament permezz tal-Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (il-“programmi POSEI”). Jenħtieġ li tali flessibbiltà żżid l-allokazzjonijiet finanzjarji massimi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għall-programmi POSEI għall-ammont trasferit għal dawn il-programmi mill-pakkett tal-iżvilupp rurali.

(43)

L-Artikolu 119(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tat-talbiet għall-emendi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ippreżentati mill-Istati Membri. L-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu u japplikaw modifiki għall-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li jappartjenu għall-interventi msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-modifiki huma inklużi fit-talba li jmiss għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni. L-esperjenza wriet li, anke fejn ma jbiddlux l-orjentazzjoni strateġika tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-emendi spiss ikun fihom bosta elementi tekniċi li jagħmluhom kumplessi u onerużi għall-Istati Membri, u jwasslu għal dewmien fil-proċeduri tal-approvazzjoni. Dan jinterferixxi mal-adattament f’waqtu u effettiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għar-realtajiet ekonomiċi li qed jinbidlu u għall-ħtiġijiet tal-bdiewa u benefiċjarji oħra fl-Istati Membri u għandu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta’ dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Biex tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta’emenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li mhumiex ta’ natura strateġika, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa biss għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu definiti emendi strateġiċi fir-Regolament (UE) 2021/2115 bħala emendi ta’ elementi importanti tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jħallu impatt sinifikanti fuq l-istrateġija u l-loġika ta’ intervent ta’ dawk il-pjanijiet, inklużi t-trasferimenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji bejn il-FAEŻR u l-FAEG, l-allokazzjonijiet finanzjarji massimi u minimi, u l-bidliet fil-pjanijiet fil-mira u finanzjarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu u japplikaw l-emendi l-oħra kollha fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom malli jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.Jenħtieġ li dawk l-emendi ma jkunux soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(44)

Biex tkun żgurata l-kompatibbiltà tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-qafas legali tal-PAK, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li toġġezzjona għall-emendi notifikati meta tqis li dawk l-emendi ma jkunux kompatibbli mar-Regolament (UE) 2021/2115 jew mar-Regolament (UE) 2021/2116 jew mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom. Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali lill-bdiewa u benefiċjarji oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li, malli jirċievu oġġezzjoni mill-Kummissjoni għal emenda notifikata, ma japplikawx dik l-emenda u jneħħu tali emenda mill-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat kif ippreżentat lill-Kummissjoni. In-nefqa relatata ma’ tali emendi jenħtieġ li lanqas ma tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG jew mill-FAEŻR. L-esperjenza turi li l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw emendi kumplessi u numerużi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha perjodu taż-żmien raġonevoli biex tivvaluta l-emendi notifikati u fejn meħtieġ, biex toġġezzjona għalihom. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jissottomettu emendi li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat l-approvazzjoni tagħhom bħala parti minn talba għal emenda strateġika kif imsemmi fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat minn dan ir-Regolament. Dak jiżgura li dawk l-emendi jieħdu effett legali biss jekk jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2021/2115 u mar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dawn.

(45)

L-Artikolu 119(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiddeterminaw data tad-dħul fis-seħħ għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG. Jenħtieġ li tali data tkun aktar tard mid-data tal-approvazzjoni tat-talba għall-emenda mill-Kummissjoni. Biex tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri fl-istabbiliment tad-dati tad-dħul fis-seħħ għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG u biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn ir-regoli applikabbli għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG u l-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEŻR, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu d-data tad-dħul fis-seħħ għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK bejn id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emenda strateġika msemmija fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament, u d-data tal-approvazzjoni ta’ tali talba mill-Kummissjoni.

(46)

L-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiżgura li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-emendi li saru fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament dwar l-ambjent u l-klima li għalihom jenħtieġ li jikkontribwixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK uli magħhom jenħtieġ li jkunu konsistenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jridu jivvalutaw jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jenħtieġx li jiġu emendati, u, fejn meħtieġ jenħtieġ li jippreżentaw talba għal emenda, meta kwalunkwe att leġiżlattiv jiġi modifikat. Sabiex jiġu evitati proċessi amministrattivi bla bżonn waqt il-fażi aħħarija tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li jitħassar l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(47)

L-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti l-emendi fl-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament, introdotti b’dan ir-Regolament.

(48)

L-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex il-kumitat ta’ monitoraġġ ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi kollha relatati mal-FAEG sabiex ikun żgurat li l-bdiewa u l-benefiċjarji jkollhom żmien biżżejjed biex iqisu l-emendi proposti.

(49)

L-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kontenut tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni u l-proċedura applikabbli għalihom, li huma bażi għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Fid-dawl tat-tħassir ta’ dan ir-Regolament mir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu modifikati. Jenħtieġ li tali modifika tinkludi t-tħassir ta’ informazzjoni meħtieġa biss għall-finijiet ta’ dik il-proċedura, bħall-informazzjoni dwar l-ammonti unitarji realizzati u l-ġustifikazzjonijiet li jeħtiġilhom jagħtu l-Istati Membri meta l-ammonti unitarji realizzati jaqbżu l-ammonti unitarji ppjanati korrispondenti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(50)

L-Artikolu 134(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jeħtieġ jiġi ċċarat biex tissaħħaħ ir-rabta bejn ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni u l-eżami biennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 ta’ dak ir-Regolament, b’rabta mal-inklużjoni ta’ ġustifikazzjonijiet fir-rapport annwali dwar nuqqasijiet mill-istadji importanti għall-finijiet tal-eżami biennali tal-prestazzjoni.

(51)

Skont l-Artikolu 134(13) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar rapport annwali dwar il-prestazzjoni ammissibbli fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu. L-esperjenza wriet li l-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni skont l-Artikolu 134(3) ta’ dak ir-Regolament u l-valutazzjoni komprensiva tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ppreżentat nnifsuma jistgħux tagħhom jenħtieġx. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi emendata d-data li minnha jiġi kkalkolat il-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-osservazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 134(13) ta’ dak ir-Regolament, sad-data li fiha r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni jsir ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 134(3) ta’ dak ir-Regolament.

(52)

Skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) 2021/2115, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrieżamina l-lista tal-atti leġiżlattivi fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex iżżid atti leġiżlattivi addizzjonali ma’ dak l-Anness. Fid-dawl tat-tħassir tal-Artikolu 120 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Artikolu 159 ta’ dak ir-Regolament jitħassar ukoll b’dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-koerenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u biex jiġi evitat it-tfixkil tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-bdiewa u minn benefiċjarji oħra.

(53)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi indikaturi tal-impatt, indikaturi tar-riżultati u indikaturi tal-output skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. It-tabella “Approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali – OUTPUT – Tipi ta’ Interventi u l-indikaturi tal-output tagħhom” fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi sostitwita biex jiġu introdotti indikaturi tal-output marbuta mat-tip ta’ intervent introdott ġdid u t-tipi emendati ta’ intervent u biex jitqies it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali dwar il-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(54)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2115 jelenka l-paragrafi rilevanti tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura għal kull tip ta’ intervent ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, it-tip ta’ intervent għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi jenħtieġ li jiġi inkluż f’dak l-Anness II.

(55)

L-istandard tal-KAAT 1, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jżomm il-bwar permanenti sabiex tiġi ppreservata l-ħażna ta’ karbonju abbażi ta’ proporzjon ta’ bwar permanenti fir-rigward tażżona agrikola fil-livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali, grupp ta’ azjenda jew livell ta’ azjendi meta mqabbel mas-sena ta’ referenza 2018, bi tnaqqis massimu ta’ 5 % meta mqabbel mas-sena ta’ referenza. Bidliet strutturali li jistgħu jseħħu fl-azjendi agrikoli tul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2023-2027, b’mod partikolari fis-settur tal-bhejjem, jistgħu jkunu akkumpanjati ma’ bidliet rapidi fl-użu tal-art fil-livell ta’ azjenda agrikola, b’mod partikolari biex jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq id-disponibbiltà tal-għalf u tal-magħlef. Madankollu, tali bidliet strutturali jistgħu jidhru biss fid-data disponibbli b’dewmien. Tali evoluzzjoni tal-bidliet strutturali fl-azjendi agrikoli tista’ twassal għal varjazzjonijiet fil-proporzjon annwali tal-bwar permanenti meta mqabbla mas-sena ta’ referenza 2018. Fid-dawl ta’ dawn il-varjazzjonijiet u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-istandard tal-KAAT 1, il-perċentwal massimu tat-tnaqqis tal-proporzjon ta’ bwar permanenti meta mqabbel mas-sena ta’ referenza 2018 jenħtieġ li jiżdied għal 10 % sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu l-iżviluppi tul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2023-2027 u l-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari fis-settur tal-bhejjem.

(56)

L-istandard tal-KAAT 4, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jkunu protetti l-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet bl-istabbiliment ta’ strixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma. L-esperjenza wriet, li għall-finijiet ta’ dan l-istandard tal-KAAT, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jallinjaw id-definizzjoni ta’ “mogħdija tal-ilma” mad-definizzjoni ta’ mogħdija tal-ilma stabbilita mill-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, inkluż fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni, li hi parti mill-RSĠ elenkat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Id-definizzjoni ta’ mogħdija tal-ilma użata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-istandard tal-KAAT 4, madankollu, jenħtieġ li tkun konformi mal-objettiv ewlieni ta’ dak l-istandard tal-KAAT, b’mod partikolari l-objettiv li jitnaqqas ir-riskju li jiġu esklużi l-mogħdijiet tal-ilma iżgħar li jistgħu jġorru tniġġis fid-direzzjoni tal-ilma, mill-ambitu ta’ dak l-istandard tal-KAAT.

(57)

Jenħtieġ li jiġu emendati l-Artikolu 21(1) li jistabbilixxi r-regoli dwar il-pagamenti ta’ kull xahar, u l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-pagamenti interim, biex jitqies it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex ikun żgurat li, wara l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament fl-Artikolu 86(2) u fl-Artikolu 119(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa li ssir eliġibbli għall-kontribuzzjoni tal-FAEG minn data tad-dħul fis-seħħ li tiġi qabel id-data tal-approvazzjoni tal-emenda mill-Kummissjoni iżda wara d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-emenda lill-Kummissjoni, tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni biss wara l-approvazzjoni tal-emenda mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119(10) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ddikjarata n-nefqa, li ma tistax tiġi ddikjarata fix-xahar ikkonċernat minħabba approvazzjoni pendenti ta’ emenda fix-xhur sussegwenti tal-istess sena finanzjarja jew, mhux iktar tard, fil-kontijiet annwali ta’ dik is-sena finanzjarja li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik is-sena finanzjarja. Meta tiġi ddeterminata d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ emenda u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe nefqa li tirriżulta mill-emenda diġà mħallsa lill-benefiċjarji tkun tista’ tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja rispettiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-limiti taż-żmien għall-proċedura tal-approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(58)

L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar is-sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni jeħtieġ li jiġi emendat biex jitqies it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.

(59)

L-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 50 % għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u jistgħu jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 75 % għall-interventi għall-iżvilupp rurali bbażati fuq l-erja u bbażati fuq l-annimal skont ir-Regolament (UE) 2021/2115. L-Artikolu 44(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li fuq talba ta’ Stat Membru, fil-każ ta’ emerġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, atti ta’ implimentazzjoni li jidderogaw mill-Artikolu 44(2) ta’ dak ir-Regolament biss sal-punt u għall-perjodu li huma strettament meħtieġa. Għal kull waħda mis-snin fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, jiġifieri s-snin 2023, 2024 u 2025, l-Istati Membri talbu derogi mill-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex jippermettu rata ogħla ta’ pagamenti bil-quddiem. Ir-raġunijiet għal dawk id-derogi kienu wesgħin, inkluż il-kunflitt militari fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani, il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u l-avvenimenti klimatiċi eċċezzjonali, u ż-żidiet mhux previsti fil-prezzijiet tal-input u fl-inflazzjoni għall-bdiewa, flimkien ma’ prezzijiet relattivament baxxi tal-komoditajiet agrikoli. Peress li dawk il-pressjonijiet addizzjonali x’aktarx li ma jiġux solvuti fis-sena 2026 jew 2027, huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, li b’mod permanenti jinbidlu r-rati massimi għall-pagamenti bil-quddiem fir-Regolament (UE) 2021/2116, sabiex tkun tista’ titħallas ir-rata ogħla għall-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali.

(60)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d), ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b’rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat biex jitqies it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(61)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li meta n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament u li tikkorrispondi għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma jkollhiex output korrispondenti kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta atti ta’ implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata biex tistabbilixxi l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni. L-esperjenza miksuba bl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-eżerċizzju tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, u bit-tħejjija tal-eżerċizzju tat-tieni sena, turi li l-Istati Membri jġorru piż amministrattiv sproporzjonat fit-tħejjija tar-rapport annwali tal-prestazzjoni u fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa għalih, kif ukoll matul l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni. Biex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li titħassar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Ir-rekwiżit li n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti trid tkun taqbel ma’ output korrispondenti, kif stabbilit fl-Artikolu 37(1), il-punt (b)(i), ta’ dak ir-Regolament, hu kopert bil-proċedura ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.

(62)

Ir-rekwiżit li n-nefqa trid issir f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 37(1), il-punt (b)(ii), tar-Regolament (UE) 2021/2116, hu kkontrollat mill-aġenziji tal-pagamenti, u wara ssir verifika mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni kull sena, u mill-Kummissjoni fil-forma ta’ rieżamijiet tal-opinjonijiet u r-rapporti tal-korp taċ-ċertifikazzjoni u bħala parti mis-segwitu dwar is-sejbiet, kif ukoll tul il-proċeduri ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-proċeduri jipprovdu wkoll assigurazzjoni li l-outputs realizzati jinkisbu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Flimkien mal-eżami biennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, dawk il-proċeduri jiżguraw ukoll li l-Istati Membri jilħqu l-istadji importanti u l-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti minnhom bħala parti mis-sistemi tal-prestazzjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk, l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jitħassar.

(63)

Jeħtieġ li jinkiseb aktar allinjament tal-istrumenti finanzjarji tal-PAK u istrumenti finanzjarji ta’ politiki loħra taħt ġestjoni kondiviża fil-kuntest ta’ irregolaritajiet u korrezzjonijiet finanzjarji, meta l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji juru li ġie ssodisfat sett ta’ kundizzjonijiet kumulattivi. Għalhekk, l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat biex tkun żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 103(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(64)

Il-bdiewa ripetutament ilmentaw dwar il-pressjoni kkawżata mill- fatt li li jkollhom jgħaddu minn verifiki multipli matul is-sena. L-Istati Membri diġà għandhom il-possibbiltà li jgħaqqdu flimkien diversi verifiki fi żjara waħda fi żjara waħda fuq il-post. Biex jitnaqqas in-numru ta’ żjarat fuq il-post għal kull azjenda agrikola u b’hekk jittaffa l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, meta possibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jagħżlux benefiċjarju li jkun diġà ntgħażel għal verifika fuq il-post f’dik is-sena, ħlief meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeżiġu verifika ulterjuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dak it-tnaqqis ma jnaqqasx il-livell tal-verifiki. Għal dak il-għan, l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(65)

L-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex titħassar ir-referenza għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.

(66)

L-esperjenza miksuba turi li l-valutazzjonijiet tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-biċċiet tar-raba’ (LPIS), tas-sistema tal-Applikazzjoni Ġeospazjali (GSA) u tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Erja (AMS) jenħtieġ li jiġu fużi f’waħda. Peress li dawk is-sistemi huma intrinsikament marbutin, hu diffiċli li ssir valutazzjoni tal-kwalità ta’ sistema partikolari li ma tkunx tqis l-impatt fuq l-oħrajn. Barra minn hekk, meta l-valutazzjonijiet tal-kwalità jiġu fużi f’waħda, l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jgawdu minn tnaqqis fl-ammont ta’ xogħol relatat mal-proċeduri tal-ispezzjoni u mal-obbligi tar-rapportar. Apparti dan, meta meħtieġ, l-Istati Membri jiksbu l-vantaġġ li jipproponu azzjoni ta’ rimedju waħda li tkun tinkludi dawk it-tliet sistemi, minflok ma jimplimentaw azzjonijiet separati, u b’hekk iżidu l-effiċjenza tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiddaħħal artikolu ġdid fir-Regolament (UE) 2021/2116 u r-referenzi rilevanti jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(67)

Abbażi tal-ewwel snin ta’ implimentazzjoni, jidher li hu żejjed li jsiru verifiki fuq il-post fir-rigward tal-interventi li diġà huma mmonitorjati mid-data tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus jew minn data oħra b’tal-inqas valur ekwivalenti, u dawn qed jixħtu piż mhux ġustifikat fuq l-Istati Membri u l-bdiewa. Għalhekk, għal dawk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri ma ikunux obbligati jwettqu verifiki fuq il-post, inklużi dawk imwettqa mill-bogħod permezz tal-użu tat-teknoloġija. Għal dak il-għan, l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(68)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kundizzjonalità, inkluż bil-proċeduri ta’ konformità, uriet li ċerti kundizzjonijiet huma riġidi bla bżonn u jimponu piż żejjed fuq l-Istati Membri, mingħajr ma neċessarjament itejbu l-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Biex tiġi ssimplifikata s-sistema ta’ kontroll u jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li tinżamm l-effettività tagħha fil-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iktar flessibbiltà fit-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jitħassar ir-rekwiżit għal analiżi annwali tas-sistema ta’ kontroll, u l-fatturi li jridu jitqiesu fl-analiżi tar-riskju jenħtieġ li jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

(69)

Ir-Regolament (UE) 2024/1468 li emenda l-Artikoli 83 u 84 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex jitnaqqas il-piż minn fuq il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira u l-amministrazzjonijiet nazzjonali relatati mal-kontrolli u l-penali tal-kundizzjonalità. B’mod speċifiku, dan jeżenta lill-bdiewa li d-daqs massimu tal-azjenda tagħhom ma jaqbiżx l-10 ettari ta’ erja agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. Madankollu, l-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tinkludi żoni li mhumiex żoni agrikoli u hemm restrizzjonijiet tekniċi biex jiġu kkalkolati ż-żoni agrikoli, peress li xi wħud mill-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ jistgħu jitħallew barra mill-kejl jew jistgħu ivarjaw fid-daqs maż-żmien. Għalhekk, l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq iż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ rilevanti għall-kundizzjonalità.

(70)

Barra minn hekk, il-benefiċjarji żgħar li mhumiex bdiewa, bħall-ġestjonarji tal-art, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-penali. Madankollu l-piż amministrattiv marbut mal-kontrolli u mal-applikazzjoni tal-penali għal dawk ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116 jista’ jkun ukoll kbir b’mod sproporzjonat għal dawk il-benefiċjarji. Bl-istess mod, peress li ż-żona agrikola ġestita minn dawk il-benefiċjarji hija limitata u l-penali huma ġeneralment baxxi għall-benefiċjarji ż-żgħar, l-applikazzjoni tal-penali tista’ twassal għal piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li anki l-benefiċjarji żgħar li mhumiex bdiewa jkunu eżenti mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. Madankollu hu importanti li l-PAK tissokta tikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (d), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115 permezz ta’ rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u biex tiżgura l-istabbiltà ta’ dawk ir-rekwiżiti bħala l-linja bażi komuni għall-Istati Membri u l-benefiċjarji. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-benefiċjarji kollha elenkati fl-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(71)

Il-piż amministrattiv marbut mal-kontrolli għar-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-KAAT previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116 jista’ jkun sproporzjonatament għoli għal bdiewa iżgħar u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Għalhekk, il-piż għal bdiewa iżgħar u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali marbut mal-kontrolli previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jittaffa fir-rigward tal-istandard 7 tal-KAAT. Il-bdiewa li d-daqs massimu tal-azjenda tagħhom ma jaqbiżx it-30 ettaru ta’ erja agrikola ddikjaratajenħtieġ li jiġu eżentati mill-kontrolli tar-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-KAAT.

(72)

Peress li ż-żona agrikola taħt ir-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-GAEC ġestita minn bdiewa iżgħar hija limitata, u l-applikazzjoni ta’ penali tista’ twassal għal piż sproporzjonat għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, il-bdiewa iżgħar eżentati mill-kontrolli tal-kundizzjonalità fir-rigward tal-istandard 7 tal-GAEC jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll mill-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-GAEC.

(73)

L-Artikoli 102 u 103 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-delega ta’ setgħat biex jiġu adottati atti delegati u l-proċedura tal-kumitat applikabbli għal atti ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġu emendati biex iqisu l-emendi ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament (UE) 2021/2116, b’mod partikolari t-tħassir tal-Artikolu 54 tiegħu, introdott b’dan ir-Regolament.

(74)

Sabiex tkun żgurata l-koerenza fost id-diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2116, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jitħassru r-referenzi għall-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, b’mod partikolari r-referenzi għall-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.

(75)

Ir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(76)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali b’rabta mal-emendi għall-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115, introdotti b’dan ir-Regolament, biex ikun żgurat li t-talbiet għall-emendi u n-notifiki tal-modifiki fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiġu approvati bil-proċeduri applikabbli waqt il-preżentazzjoni ta’ dawk it-talbiet għall-emendi jew in-notifiki.

(77)

Sabiex jitqies it-tħassir, permezz ta’ dan ir-Regolament, tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (14) kif xieraq. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(78)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tat-tħassir tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex taġġorna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (16) kif xieraq. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(79)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament u sabiex jinkiseb il-grad meħtieġ ta’ koerenza bejn, minn naħa waħda, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fit-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għas-sena finanzjarja agrikola 2025 u, min-naħa l-oħra, it-tħassir tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni mis-sena finanzjarja agrikola 2025, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni u l-approvazzjoni tal-prestazzjoni jenħtieġ li japplikaw fir-rigward tas-sena finanzjarja agrikola 2025 u s-snin finanzjarji agrikoli sussegwenti kollha u jenħtieġ li ma jkollhom l-ebda impatt fuq is-snin finanzjarji agrikoli ta’ qabel.

(80)

Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu minflok, minħabba r-rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti l-oħra tal-PAK, u minħabba l-garanzija pluriennali ta’ finanzjament mill-Unjoni u l-mod kif dan ir-Regolament huwa marbut b’mod inseparabbli mal-kisba tal-prijoritajiet tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(81)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u ta opinjoni fl-10 ta’ Lulju 2025,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/2115

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(3), il-punt (c), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ‘bur permanenti u mergħa permanenti’ (flimkien imsejħa ‘bwar permanenti’) għandhom ikunu art li tintuża għat-tkabbir tal-ħaxix jew ta’ foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (li jżarra’) jew b’kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar jew, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, għal seba’ snin jew aktar u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet, jew inħadmet, jew ma tkunx reġgħet inżergħet b’tipi differenti ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, għal ħames snin jew aktar jew għal seba’ snin jew aktar; tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxxell jew siġar, tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxxell jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li art li kienet ikklassifikata bħala raba’ li jinħadem fl-1 ta’ Jannar 2026 tibqa’ kklassifikata bħala raba’ li jinħadem u ma tiġix ikklassifikata mill-ġdid bħala bur permanenti anke jekk il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun skada u l-art ma tkunx inħartet, jew ma tkunx inħadmet, jew ma tkunx inżergħet mill-ġdid b’tipi differenti ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor.”

;

(2)

fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“B’mod partikolari, l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ u l-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali, u l-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi għandhom jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-paragrafi tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għal dawk l-interventi. Għal interventi oħra, il-paragrafi fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament huma indikattivi, u dawk l-interventi jistgħu minflok jikkonformaw ma’ paragrafu tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura li mhux elenkat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jekk dak ikun speċifikat u spjegat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.”

;

(3)

l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jżid l-outputs ippjanati tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif stipulat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu approvat mill-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-outputs ippjanati riveduti f’konformità mal-Artikolu 119(9) qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kull Stat Membru kkonċernat għandu jippreżenta notifika f’konformità mal-Artikolu 119(9) bil-koeffiċjent tat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.”

;

(4)

fl-Artikolu 12, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sistema ta’ kundizzjonalità ma għandhiex tapplika għall-benefiċjarji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28.”

;

(5)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Il-bdiewa ċċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-istandards tal-KAAT 1, 3, 4, 5, 6 u 7 elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni organika tagħhom, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2018/848, u l-unitajiet tal-produzzjoni fil-fażi ta’ konverżjoni tagħhom, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu, filwaqt li jqisu l-piż amministrattiv tal-verifiki, jiddeċiedu li jkunu biss il-bdiewa ċċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 li l-azjenda kollha tagħhom tikkonsisti f’unitajiet tal-produzzjoni organika, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2018/848, jew f’unitajiet tal-produzzjoni fil-fażi ta’ konverżjoni, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11), ta’ dak ir-Regolament, jew kemm f’tali unitajiet tal-produzzjoni, li jitqiesu li jikkonformaw mal-istandards tal-KAAT 1, 3, 4, 5, 6 u 7 elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Fl-istabbiliment tal-istandards tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, meta rilevanti, jistabbilixxu l-elementi msemmija fl-Artikolu 109(2), il-punt (a)(i), ta’ dan ir-Regolament biex ikunu konsistenti mar-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti mil-liġi nazzjonali u ma jmorrux lil hinn minnhom, dment li dawk ir-rekwiżiti obbligatorji nazzjonali eżistenti jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj).”;"

(b)

il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2a.   Meta jimplimentaw l-istandards minimi stabbiliti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi temporanji mir-rekwiżiti ta’ dawk l-istandards minimi meta l-kundizzjonijiet tat-temp, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-pesti jipprevjenu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra milli jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti f’sena partikolari. Tali derogi temporanji għandhom ikunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għall-bdiewa u benefiċjarji oħra jew żoni affettwati minn tali kundizzjonijiet tat-temp, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-pesti, u għandhom jiġu applikati biss sakemm ikunu strettament meħtieġa.”

;

(6)

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Kontribuzzjoni għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju

B’deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jassenja sa 3 % tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil bidwi għall-kontribuzzjoni tal-bidwi għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw din id-dispożizzjoni għandhom japplikawha għall-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti diretti f’sena partikolari. Alternattivament, tali Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikawha għall-bdiewa li jkollhom għodod għall-ġestjoni tar-riskju f’sena partikolari jekk din tikkorrispondi aħjar mal-għodod għall-ġestjoni tar-riskju fis-seħħ.”

;

(7)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, kif determinat mill-Istati Membri, permezz ta’ somma f’daqqa jew permezz ta’ ammonti għal kull ettaru li jissostitwixxu l-pagamenti diretti f’din it-Taqsima u fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li l-pagament lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira imsemmi f’dak il-paragrafu ma jissostitwixxix il-pagamenti diretti li jsiru biex jappoġġaw l-ekoskemi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 31.

3.   Il-pagament annwali għal kull bidwi skont il-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż EUR 3 000.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu somom f’daqqa differenti jew ammonti differenti għal kull ettaru marbuta ma’ limiti massimi differenti tal-erja.”

;

(8)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi obbligatorji korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.”

;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istandards tal-KAAT 2 u 9 stabbiliti skont il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu.”

;

(b)

il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija f’konformità mal-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu għall-impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-impenji li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-impenji għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet tal-bhejjem.”

;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija f’konformità mal-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu, jistgħu, meta xieraq, jieħdu l-forma ta’ pagament annwali għall-kaxxi tan-naħal. Għall-finijiet ta’ din id-deroga, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ ‘kaxxi tan-naħal’ stabbilita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b).”

;

(9)

l-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 48

Ippjanar u rapportar fil-livell tal-programm operazzjonali

L-Artikolu 7(1), il-punt (a), l-Artikolu 102, l-Artikolu 111, il-punti (g) u (h), l-Artikolu 112(3), il-punt (b), u l-Artikolu 134 għandhom japplikaw għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (a), (d), (e) u (f), fil-livell tal-programmi operazzjonali, minflok fil-livell ta’ intervent. L-ippjanar u r-rappurtar għal dawk it-tipi ta’ intervent għandhom isiru wkoll fil-livell tal-programmi operazzjonali.”

;

(10)

fl-Artikolu 49, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 42, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom isegwu wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46. L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, il-punti (d) sa (i) u (k), għandhom ikopru l-prodotti fil-forma friska jew ipproċessata, filwaqt li l-objettivi stabbiliti fil-punti l-oħra ta’ dak l-Artikolu għandhom ikopru biss il-prodotti fil-forma friska.”

;

(11)

fl-Artikolu 52(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk il-limiti jistgħu jiżdiedu b’0,5 punti perċentwali, meta l-programm operazzjonali jkun fih intervent wieħed jew aktar marbuta ma’ xi wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, il-punti (d), (e), (f), (h), (i) jew (j), diment li l-ammont li jaqbeż il-perċentwal rilevanti stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jintuża biss biex tiġi ffinanzjata n-nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dawk l-interventi. Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż l-assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dawk l-interventi jistgħu jiġu implimentati mill-assoċjazzjoni f’isem il-membri tagħha.”

;

(12)

l-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda, il-bidu ta’ negozji rurali u l-iżvilupp tan-negozju ta’ azjendi agrikoli żgħar;”

;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(i)

pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi.”

;

(13)

l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi obbligatorji korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.”

;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istandards tal-KAAT 2 u 9 stabbiliti skont il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu.”

;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Meta l-appoġġ skont dan l-Artikolu jingħata għall-impenji agroambjentali klimatiċi jew għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru jew, meta xieraq, għal kull kaxxa tan-naħal, kif definit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament. Għal impenji oħra, l-Istati Membri jistgħu japplikaw unitajiet oħra minflok ettari. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu bħala somma f’daqqa.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi ta’ ġid għall-klima, u għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848, jista’ jieħu l-forma ta’ pagament għall-unitajiet tal-bhejjem.”

;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“11.   Meta Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (c), it-tieni subparagrafu, huwa għandu jiżgura li tali deċiżjoni ma tolqotx l-impenji pluriennali kontinwi meħuda skont dan l-Artikolu.”

;

(14)

fl-Artikolu 72(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-kalkolu jinkludu l-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-konformità mal-istandard tal-KAAT 2 stabbilit fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu.”

;

(15)

l-Artikolu 73 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), jiżdied il-punt li ġej:

“(v)

it-trobbija ta’ annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż ta’ razza pura ta’ valur ġenetiku għoli għat-tnissil biex jittejbu l-kwalità u l-produttività tal-merħliet tal-bhejjem jew biex jiġu ppreservati razez rari jew lokali;”

;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Meta l-liġi tal-Unjoni twassal għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ġodda fuq il-bdiewa, appoġġ biex l-investimenti jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti jista’ jingħata għal massimu ta’ 36 xahar mid-data meta jsiru obbligatorji għall-azjenda.

Għall-bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu għall-ewwel darba f’azjenda agrikola, bħala l-kap tal-azjenda, appoġġ għall-investimenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni jistgħu jingħataw għal massimu ta’ 36 xahar mid-data tal-istabbiliment, jew sakemm jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 75(3).”

;

(16)

l-Artikolu 75 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda, il-bidu ta’ negozji rurali u l-iżvilupp tan-negozju ta’ azjendi agrikoli żgħar;”

;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u għall-bidu ta’ negozji rurali, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, u għall-iżvilupp tan-negozju ta’ azjendi agrikoli żgħar skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).”

;

(c)

fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar, kif iddeterminat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b).”

;

(d)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta’ somom f’daqqa jew strumenti finanzjarji, jew taħlita tat-tnejn. L-appoġġ għandu jkun limitat għal:

(a)

ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 100 000 għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c);

(b)

ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 75 000 għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d).

L-appoġġ jista’ jiġi divrenzjat f’konformità mal-kriterji oġġettivi.”

;

(17)

fl-Artikolu 76(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf li jaqbeż il-limitu ta’ mqar 20 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin, jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perijodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u l-iktar waħda baxxa. L-għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-produzzjoni settorjali għandhom jikkalkulaw it-telf fil-livell ta’ azjenda, fil-livell ta’ attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat, jew b’rabta maż-żona speċifika assigurata.

Fejn l-metodi tal-kalkolu msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux xierqa, l-Istati Membri jistgħu jivvalutaw it-telf abbażi tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi tul perijodu li ma jaqbiżx it-tmien snin, esklużi l-ogħla entrata u l-iktar waħda baxxa.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw valutazzjoni alternattiva xierqa għall-kalkolu tat-telf tal-bdiewa żgħażagħ u tal-bdiewa ġodda.”

;

(18)

fl-Artikolu 77(8), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali sa 10 % tal-produzzjoni annwali kummerċjalizzata tal-grupp jew tal-organizzazzjoni b’massimu ta’ EUR 500 000 tul il-perijodu ta’ programmazzjoni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027; dak l-appoġġ għandu jkun digressiv u limitat għall-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent.”

;

(19)

fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, it-Taqsima 1, jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 78a

Pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa attivi li jintlaqtu minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi. Dawk il-pagamenti għandhom ikunu maħsuba biex jiżguraw il-kontinwità tal-attività agrikola ta’ dawk il-bdiewa u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat f’aktar dettall mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun seħħ diżastru naturali, avveniment klimatiku avvers jew avveniment katastrofiku, kif definit mill-Istat Membru, u li dawk l-avvenimenti, jew il-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 biex tiġi eradikata jew ikkontrollata marda jew pest tal-pjanti, jew il-miżuri adottati biex jiġi prevenut jew eradikat il-mard tal-annimali elenkat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (*2), jew il-miżuri adottati rigward mard emerġenti f’konformità mal-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429 ikkawżaw, b’mod dirett, ħsara li twassal għall-qerda ta’ mill-inqas 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu ta’ tliet snin preċedenti jew f’medja ta’ tliet snin abbażi tal-perijodu ta’ ħames snin preċedenti, esklużi l-ogħla entrata u l-iktar waħda baxxa. It-telf għandu jiġi kkalkolat jew fil-livell ta’ azjenda, fil-livell ta’ attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat jew b’rabta maż-żona speċifika kkonċernata.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ skont dan l-Artikolu jkun immirat għall-bdiewa l-aktar milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi, billi jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà abbażi tal-evidenza disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati tal-appoġġ applikabbli għall-kumpens f’każ ta’ telf fil-produzzjoni. Dawk ir-rati għandhom ikunu akbar għall-bdiewa koperti b’polza tal-assigurazzjoni jew b’għodod oħra għall-ġestjoni tar-riskju. L-indiċijiet jistgħu jintużaw għall-kalkolu tat-telf fil-produzzjoni.

5.   Meta jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kumpens żejjed bħala riżultat tal-kombinazzjoni tal-intervent skont dan l-Artikolu ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi ta’ assigurazzjoni privata.

6.   B’deroga mill-Artikolu 111, l-ewwel paragrafu, il-punti (h) u (i) ta’ dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-appoġġ fl-ambitu ta’ dan it-tip ta’ intervent.

(*2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).”;"

(20)

fl-Artikolu 79(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Wara li tikkonsulta l-kumitat tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 124 (‘il-kumitat tal-monitoraġġ’), l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali meta rilevanti, jew il-korpi intermedji maħtura għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla għall-interventi taħt it-tipi ta’ intervent li ġejjin: l-investimenti, l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda, il-bidu ta’ negozji rurali u l-iżvilupp tan-negozji ta’ azjendi agrikoli żgħar, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Dawk il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont l-iskop tal-interventi.”

;

(21)

l-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ ‘strument finanzjarju’, ‘prodott finanzjarju’, ‘riċevitur finali’, ‘fond ta’ parteċipazzjoni’, ‘fond speċifiku’, ‘effett ta’ ingranaġġ’, ‘proporzjon multiplikatur’, ‘kostijiet ta’ ġestjoni’ u ‘tariffi ta’ ġestjoni’ fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fid-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu II, Taqsima II ta’ dak ir-Regolament u tal-punt II tal-Anness XIII tiegħu għandhom japplikaw.”

;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, l-ammont totali ta’ appoġġ għall-kapital operatorju pprovdut lil riċevitur finali m’għandux jaqbeż għotja grossa ekwivalenti ta’ EUR 300 000 tul kwalunkwe perijodu ta’ tliet snin.”

;

(c)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandha tkun nefqa eliġibbli fir-rigward tal-investimenti li jagħmlu r-riċevituri finali fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji. Meta dawk l-investimenti jkollhom l-appoġġ ta’ strumenti finanzjarji, u appoġġ tal-programm fil-forma ta’ għotja kif imsemmi fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-VAT m’għandhiex tkun nefqa eliġibbli għall-parti tal-kost tal-investiment li tikkorrispondi għall-appoġġ tal-programm fil-forma ta’ għotja, sakemm il-VAT għall-kost tal-investiment ma tkunx mhux rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.”

;

(22)

l-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 jew fit-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 119, ammont ta’ sa 3 % tal-allokazzjoni inizjali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK li jrid jingħadda lil InvestEU, u jingħata permezz tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju ta’ InvestEU msemmi fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) 2021/523 u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jagħti ġustifikazzjoni għall-użu ta’ InvestEU u l-kontribut tiegħu biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament u magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jintuża biex tingħata l-parti tal-garanzija tal-UE jew il-finanzjament tal-istrument finanzjarju ta’ InvestEU skont il-kompartiment tal-Istat Membru u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU, malli jiġi konkluż il-ftehim tal-kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 10(3) jew l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (UE) 2021/523. L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull ftehim tal-kontribuzzjoni jistgħu jsiru mill-Kummissjoni f’pagamenti akkont annwali tul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027.”

;

(c)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta ftehim tal-kontribuzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) jew fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (UE) 2021/523 għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ma jkunx ġie konkluż wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont korrispondenti għandu jiġi riallokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK wara l-approvazzjoni ta’ talba għal emenda mill-Istat Membru li tiġi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament.”

;

(d)

il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.   Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, jew fl-Artikolu 10a(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie konkluż fi żmien 12-il xahar mill-approvazzjoni tal-ftehim tal-kontribuzzjoni, il-ftehim tal-kontribuzzjoni għandu jiġi tterminat jew jiġġedded bi ftehim reċiproku.

Meta l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru f’InvestEU titwaqqaf, l-ammonti kkonċernati mħallsa fil-fond tal-proviżjonament komuni bħala proviżjonament jew allokati bl-istrument finanzjarju ta’ investEU għandhom jiġu rkuprati bħala dħul assenjat intern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu biex juża l-ammonti rkuprati u l-ammonti allokati għal snin kalendarji futuri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

It-terminazzjoni jew l-emendar tal-ftehim tal-kontribuzzjoni għandhom jiġu konklużi simultanjament mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026.

6.   Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tielet subparagrafu, jew fl-Artikolu 10a(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie implimentat kif xieraq fil-perijodu maqbul fil-ftehim tal-kontribuzzjoni, iżda ma jkunux għaddew erba’ snin mill-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija, il-ftehim tal-kontribuzzjoni għandu jiġi emendat. L-Istat Membru jista’ jitlob li l-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE jew għall-istrument finanzjarju ta’ InvestEU skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u impenjati fil-ftehim ta’ garanzija iżda li ma jkoprux xi self sottostanti, investimenti tal-ekwità jew strumenti oħra ta’ riskju jiġu ttrattati f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.   Ir-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/523 u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji. Ir-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju ta’ InvestEU f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-ftehim tal-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.”

;

(23)

fl-Artikolu 83(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

f’konformità mal-metodi tal-kalkolu stabbiliti skont l-Artikolu 54, l-Artikolu 55 u l-Artikolu 56(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/1060;”

;

(24)

fl-Artikolu 86, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta’ emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 119(8), iżda mhux qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal emenda jew qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tan-notifika msemmija fl-Artikolu 119(9).

3.   In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta’ emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għalemenda, jew mid-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 119(9).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, fil-każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u għal għarrieda fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR b’rabta ma’ emendi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tibda mid-data meta jseħħ l-avveniment.”

;

(25)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 96a

Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi

1.   L-ammont massimu għal kull Stat Membru li jista’ jiġi riżervat għal pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi msemmija fl-Artikolu 78a għandu jkun limitat għall-ammonti annwali stabbiliti fl-Anness XV.

2.   In-nefqa totali tal-FAEŻR għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 78a m’għandhiex taqbeż is-somma tal-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal dan it-tip ta’ intervent għas-snin finanzjarji 2026 u 2027, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal-Artikolu 112(2), il-punt (a), u approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.”

;

(26)

fl-Artikolu 103, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Minkejja l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 30(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-Istati Membri b’reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE jistgħu jiddeċiedu, f’talba għal emenda strateġika ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament, li jittrasferixxu sa 25 % tal-ammont fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom ippjanati għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom, li huwa parti mill-ammont allokat lilhom għas-sena finanzjarja 2027 għall-iżvilupp rurali skont l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament, għall-programmi POSEI tagħhom stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 sabiex isaħħuhom. Tali talba għal emenda strateġika għandu jkun fiha ġustifikazzjoni għal tali trasferiment u l-kontribut tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

Jekk Stat Membru jagħmel trasferiment f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, is-somom annwali massimi korrispondenti previsti fl-Artikolu 30(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 għas-sena finanzjarja 2027 għandhom jitqiesu li żdiedu bl-ammont speċifiku ttrasferit ladarba l-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni.”

;

(27)

fl-Artikolu 111, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-punt (e) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għat-tip ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 55(1), il-punti (a) u (c) sa (g), l-interventi skont it-tip ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 58(1), il-punti (h) sa (k), l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal skemi tal-kwalità skont it-tip ta’intervent għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77, u l-interventi skont it-tip ta’ intervent għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi msemmija fl-Artikolu 78a.”

;

(28)

l-Artikolu 119 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 119

Emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Huma għandhom jagħmlu hekk billi jippreżentaw talbiet għal emenda strateġika skont il-paragrafu 2 jew billi jinnotifikaw l-emenda skont il-paragrafu 9.

2.   It-talbiet għal emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. L-emendi li ġejjin tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK huma emendi strateġiċi:

(a)

emendi li jintroduċu interventi ġodda jew li jħassru interventi mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(b)

emendi li jwasslu għal bidliet fl-istadji importanti jew fil-miri skont l-indikaturi tar-riżultati li huma mmarkati b’‘PR’ fl-Anness I;

(c)

emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikoli 92 sa 98 jew l-Artikolu 103(1), (5) u (6);

(d)

emendi tal-pjanijiet tal-miri u tal-pjanijiet finanzjarji fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 112, inkluż emendi għall-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal InvestEU msemmija fl-Artikolu 81, emendi għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull tip ta’ intervent għall-perijodu kollu kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK jew emendi relatati mar-rati tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 91.

It-talbiet għal emendi strateġiċi għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari jiddeskrivu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-Pjan Strateġiku tal-PAK fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Għandhom ikunu akkumpanjati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat, inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-emendi strateġiċi ma’ dan ir-Regolament, u r-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom, u l-kontribut effettiv tal-emendi strateġiċi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda strateġika mitluba dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata mill-Istat Membru kkonċernat u li l-emenda strateġika tkun kompatibbli ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-preżentazzjoni tat-talba għall-emendastrateġika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.

6.   Il-Kummissjoni għandha tapprova talba għal emenda strateġika mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tagħha mill-Istat Membru.

7.   Talba għal emenda strateġika tista’ tiġi ppreżentata darbtejn f’sena kalendarja, soġġetta għal eċċezzjonijiet possibbli kif previst f’dan ir-Regolament jew li jiġu determinati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 122. Barra minn hekk, jistgħu jiġu ppreżentati sa tliet talbiet oħra għal emenda strateġika matul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan il-paragrafu m’għandux japplika għat-talbiet għall-emendi li jsiru biex jiġu ppreżentati l-elementi neqsin tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118(5).

Talba għall-emendastrateġika relatata mal-Artikolu 17(5), mal-Artikolu 88(7) jew mal-Artikolu 103(5) jew (6) m’għandhiex tingħadd mal-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

8.   Emenda strateġika relatata mal-Artikolu 17(5), mal-Artikolu 88(7) jew mal-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena tal-approvazzjoni tat-talba għal dik l-emenda strateġika mill-Kummissjoni u wara l-emenda korrispondenti tal-allokazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 87(2).

Emenda strateġika relatata mal-Artikolu 103(1) jew (6) fir-rigward tal-FAEŻR għandha tidħol fis-seħħ wara l-approvazzjoni tat-talba għal dik l-emenda strateġika mill-Kummissjoni u wara l-emenda korrispondenti tal-allokazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 89(4).

Emenda strateġika relatata mal-FAEG, għajr l-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tidħol fis-seħħ f’data li tiġi ddeterminata mill-Istat Membru iżda mhux qabel id-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal dik l-emenda. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data jew dati differenti tad-dħul fis-seħħ għal elementi differenti tal-emenda strateġika. Meta l-emenda strateġika tista’ tpoġġi lill-bdiewa kkonċernati f’pożizzjoni inqas favorevoli minn dik li gawdew qabel dik l-emenda, l-Istati Membri għandhom iqisu, meta jiddeterminaw id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda, il-ħtieġa li l-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra jkollhom żmien biżżejjed biex iqisu dik l-emenda. Id-data ppjanata tad-dħul fis-seħħ tal-emenda strateġika relatata mal-FAEG għandha tiġi indikata mill-Istat Membru fit-talba għal emenda u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-Istati Membri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħmlu u japplikaw emendi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għajr l-emendi strateġiċi. Huma għandhom jinnotifikaw dawk l-emendi l-oħra lill-Kummissjoni sa meta jibdew japplikawhom u jżiduhom mal-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat ippreżentat mat-talba għall-emenda strateġika li jmiss f’konformità mal-paragrafu 2.

Fejn jiġu introdotti emendi fir-rigward tal-istandards tal-KAAT 1 u 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw u jipprovdu ġustifikazzjoni speċifika li tali emendi ma jpoġġux f’riskju l-objettivi ambjentali u klimatiċi relatati mal-konservazzjoni tal-bwar permanenti jew mal-protezzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma mit-tniġġis, kif xieraq.

Meta l-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-emendi notifikati fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tan-notifika, l-emendi għandu jkollhom effetti legali mid-data tal-preżentazzjoni tan-notifika. Il-Kummissjoni għandha toġġezzjona għal emenda notifikata jekk issib li l-emenda ma tkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament jew, mar-Regolament (UE) 2021/2116, jew mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom.

L-emendi notifikati li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għalihom m’għandux ikollhom effetti legali u l-Istat Membru għandu jħassarhom mill-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat ippreżentat skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. In-nefqa li tirriżulta minn dawk l-emendi m’għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jew mill-FAEG. L-Istat Membru jista’ jippreżenta dawk l-emendi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni f’talba għal emenda strateġika, msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ir-regoli dwar l-approvazzjonijiet tal-emendi strateġiċi msemmija fil-paragrafi 2 sa 8 u 10 u 11 ta’ dan l-Artikoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-approvazzjoni tal-emendi li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għalihom f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Artikolu 121 għandu japplika mutatis mutandis għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu.

10.   Kull emenda strateġika għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, l-emendi strateġiċi għandu jkollhom effetti legali biss wara li tkun approvathom il-Kummissjoni.

12.   Il-korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali jew ovvji jew ta’ natura purament editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent m’għandhomx jitqiesu bħala talba għal emenda jew notifika skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-korrezzjonijiet.”

;

(29)

l-Artikolu 120 huwa mħassar;

(30)

fl-Artikolu 122, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

proċeduri u limiti taż-żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal emenda strateġika tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tan-notifiki ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;”

;

(31)

fl-Artikolu 124(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK u, fir-rigward ta’ proposta għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-FAEG, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda proposta mill-awtorità maniġerjali f’konformità mal-Artikolu 119(8).”

;

(32)

l-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha mitluba fil-paragrafi 4, 5, 7 u 10. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni jekk ma jkunx ammissibbli, u jekk ma tagħmilx dan, għandu jitqies ammissibbli.”

;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-informazzjoni kwantitattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi:

(a)

l-outputs realizzati miksuba sa tmiem is-sena finanzjarja preċedenti;

(b)

in-nefqa grossa iddikjarata fi tmiem is-sena finanzjarja, rilevanti għall-outputs imsemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu, qabel l-applikazzjoni ta’ xi penali jew tnaqqis ieħor, u għall-FAEŻR, titqies ir-riallokazzjoni ta’ fondi kkanċellati jew irkuprati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(c)

il-proporzjon bejn in-nefqa grossa msemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu u l-outputs realizzati rilevanti msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu (‘ammont unitarju realizzat’);

(d)

ir-riżultati u d-distanza għall-istadji importanti korrispondenti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 109(1), il-punt (a).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan is-subparagrafu, għandha tiġi diżaggregata skont l-ammont unitarju kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 111, l-ewwel paragrafu, il-punt (h). Għall-indikaturi tal-outputs li huma mmarkati fl-Anness I kif użati biss għall-monitoraġġ, għandha tiġi inkluża biss l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu.”

;

(c)

il-paragrafu 6 huwa mħassar;

(d)

fil-paragrafu 7, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kwalunkwe kwistjoni li tolqot il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward ta’ devjazzjonijiet mill-istadji importanti, filwaqt li jingħataw il-ġustifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135 jew, meta xieraq, jingħataw ir-raġunijiet u, meta rilevanti, jiġu deskritti l-miżuri meħuda.”

;

(e)

il-paragrafi 8 u 9 jitħassru;

(f)

fil-paragrafu 10, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(g)

il-paragrafu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti annwali tal-prestazzjoni ammissibbli, fi żmien xahar mill-jum meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-ammissibbiltà tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet sa dik l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati. L-Artikolu 121 għandu japplika mutatis mutandis.”

;

(33)

fl-Artikolu 155(3), il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“In-nefqa relatata mal-impenji legali lejn il-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 22, 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew il-miżura msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament tista’ tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:”

;

(34)

l-Artikolu 159 huwa mħassar;

(35)

l-Annessi I, II u III huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(36)

it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness XV.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/2116

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li juri li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament;”

;

(2)

fl-Artikolu 10(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

biex il-Kummissjoni tingħata r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;”

;

(3)

fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

ir-rappurtar tal-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tal-output u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali msemmija fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juri li kien hemm konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, huwa korrett;”

;

(4)

fl-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti ta’ kull xahar għan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu tul ix-xahar ta’ referenza.”

;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, in-nefqa msemmija fl-Artikolu 86(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fix-xahar ikkonċernat minħabba l-approvazzjoni pendenti mill-Kummissjoni ta’ emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119(10) ta’ dak ir-Regolament tista’ tiġi ddikjarata fix-xhur sussegwenti tal-istess sena finanzjarja jew, sa mhux aktar tard, fil-kontijiet annwali ta’ dik is-sena finanzjarja li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 90(1), il-punt (c)(iii), ta’ dan ir-Regolament.”

;

(5)

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim fi żmien 45 jum minn meta tiġi rreġistrata dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.”

;

(6)

l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan u għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru biex jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien mhux inqas minn 30 jum.”

;

(7)

fl-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

qabel l-1 ta’ Diċembru, iżda mhux qabel is-16 ta’ Ottubru, jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 70 % għal interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(b)

qabel l-1 ta’ Diċembru jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-Regolament.”

;

(8)

fl-Artikolu 45(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fir-rigward tan-nefqa skont il-FAEG u skont il-FAEŻR, is-somom skont l-Artikoli 38 u 55 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 applikabbli f’konformità mal-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament u, fir-rigward tan-nefqa skont il-FAEG, is-somom skont l-Artikoli 53 u 56 ta’ dan ir-Regolament li jridu jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom;”

;

(9)

fl-Artikolu 53(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 55.”

;

(10)

l-Artikolu 54 huwa mħassar;

(11)

fl-Artikolu 57, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji għandhom jirrimborżaw lill-Istati Membri l-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kwalunkwe qligħ ieħor iġġenerat minn dawk il-kontribuzzjonijiet.

B’deroga mill-paragrafu 1, il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji m’għandhomx jirrimborżaw lill-Istati Membri l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dment li dawk il-korpi juru, li għal irregolarità partikolari, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-irregolaritajiet seħħew fil-livell ta’ riċevituri finali jew, fil-każ ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, fil-livell ta’ korpi li jimplimentaw fondi speċifiċi jew riċevituri finali;

(b)

il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu wettqu l-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità, f’konformità mal-liġi applikabbli u aġixxew bil-grad tal-kura professjonali, bit-trasparenza u bid-diliġenza mistennija minn korp professjonali b’esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji; and

(c)

l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux jiġu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji segwew il-miżuri kuntrattwali u legali applikabbli kollha bid-diliġenza dovuta.”

;

(12)

fl-Artikolu 60(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta benefiċjarju jkun intgħażel għal verifika fuq il-post b’rabta ma’ applikazzjoni għall-għajnuna, talba għal pagament jew dwar il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità skont l-Artikolu 83, l-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli u filwaqt li jqisu r-riskji assoċjati, ma jagħżlux lil dak il-benefiċjarju għal kampjun sussegwenti ta’ verifika u kontroll għal dik is-sena, ħlief meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu verifika ulterjuri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tnaqqas il-livell tal-verifiki.”

;

(13)

fl-Artikolu 67(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b’rabta mal-eżiti annwali rrappurtati fil-kuntest tar-rapport tal-progress fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”

;

(14)

fl-Artikolu 68, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(15)

l-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa mħassar;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jagħmluha possibbli għall-benefiċjarji li jagħżlu li ma jipparteċipawx fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (c), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji li jixtiequ jagħżlu li ma jipparteċipawx jagħmlu dan sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba li fiha tiġi implimentata dik id-deċiżjoni.

Meta Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (c), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, huwa għandu jiżgura li l-benefiċjarji li jkunu diġà ppreżentaw l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ikollhom il-possibbiltà li jemendaw jew jirtiraw, totalment jew parzjalment, l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jiżguraw li l-benefiċjarji jkollhom dik il-possibbiltà, huma ma għandhom jimponu l-ebda penali fuq il-benefiċjarji bħala riżultat ta’ dik id-deċiżjoni.”

;

(16)

fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa mħassar.

(17)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 70a

Valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-biċċiet tar-raba’, tas-sistema tal-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-elementi msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70 f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistemi, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw azzjonijiet ta’ rimedju xierqa, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-Kummissjoni għandha titlob li l-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.

Wara l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u, meta xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sal-15 ta’ Frar wara s-sena kalendarja kkonċernata.”

;

(18)

l-Artikolu 72 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 72

Sistema tal-kontroll u tal-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll u tal-penali kif imsemmi fl-Artikolu 66(1), il-punt (e). L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi delegati minnhom, kull sena għandhom iwettqu verifiki amministrattivi b’rabta mal-applikazzjoni għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament biex jivverifikaw il-legalità u r-regolarità f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (a). Dawk il-verifiki għandhom jiġu ssupplimentati minn verifiki fuq il-post, li jistgħu jitwettqu mill-bogħod permezz tal-użu tat-teknoloġija.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki fuq il-post meta l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-interventi jiġu mmonitorjati bis-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70.”

;

(19)

fl-Artikolu 74, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 70a;”

;

(20)

l-Artikolu 75 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 75

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 68 sa 70a

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu regoli dwar:

(a)

il-forma u l-kontenut, u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 70a;

(ii)

tal-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 70a;

(b)

karatteristiċi bażiċi ta’, u regoli dwar, is-sistema tal-applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 69 u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70, inkluż il-parametri taż-żieda gradwali tal-għadd ta’ interventi bis-sistema tal-monitoraġġ tal-erja.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).”

;

(21)

L-Artikolu 83 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sistema ta’ kontroll għall-kundizzjonalità m’għandhiex tapplika għall-benefiċjarji li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-benefiċjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu eżentati mill-kontrolli skont is-sistema stabbilita f’konformità ma’ dak il-paragrafu meta ż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ imsemmija f’dak il-paragrafu ddikjarat fl-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1) ma taqbiżx l-10 ettari.”

;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-bdiewa li d-daqs massimu tal-azjenda tagħhom ma jaqbiżx it-30 ettaru ta’ żona agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu eżentati mill-kontrolli tar-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-KAAT, kif definit fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, skont sistema stabbilita f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta’ kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

Dawk is-sistemi għandhom ikunu kompatibbli mas-sistemi ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1.”

;

(e)

il-paragrafu 4 huwa mħassar;

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“6.   Biex jikkonformaw mal-obbligi tal-kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri:”

;

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għandhom jistabbilixxu l-kampjun tal-kontroll għall-verifiki fuq il-post imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li jridu jsiru kull sena abbażi ta’ analiżi tar-riskju annwali li tkun tinkludi komponent aleatorju u tkopri mqar 1 % tal-benefiċjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; meta skont l-Artikolu 60(1), it-tielet subparagrafu, huma ma jagħżlux benefiċjarju għal kampjun tal-verifika jew tal-kontroll, huma għandhom jiżguraw li r-rata minima tal-kontroll tiġi rispettata;”

;

(22)

l-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:

(a)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sistema tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità m’għandhiex tapplika għall-benefiċjarji li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-benefiċjarji elenkati fl-Artikolu 83(1) għandhom jiġu eżenti mill-penali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1) iddikjarata fl-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1) ma taqbiżx l-10 ettari.”

;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-bdiewa li ddaqs massimu tal-azjenda tagħhom ma jaqbiżx it-30 ettaru ta’ żona agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eżentati mill-penali tar-rekwiżiti tal-istandard 7 tal-KAAT, kif definit fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 85 ta’ dan ir-Regolament.”

;

(23)

L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”

;

(b)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

;

(24)

Fl-Artikolu 103(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikoli 11, 12, 17, 18, 23, 26, 32, 39 sa 44, 47, 51 sa 53, 55, 58, 59, 60, 64, 75, 82, 92, 95 u 100, fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, l-interventi f’ċerti setturi, l-interventi għall-iżvilupp rurali u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, mill-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/2115 u mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament.”.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji u derogi

1.   L-approvazzjonijiet tat-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK sottomessi lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma rregolati mill-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115 applikabbli fi żmien tal-preżentazzjoni ta’ dawk it-talbiet.

2.   Il-modifiki tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115 iżda mhux approvati mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fit-talba li jmiss għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sottomessa skont l-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/127 biex jirrifletti t-tħassir, permezz ta’ dan ir-Regolament, tal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jaġġornaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 biex jirriflettu t-tħassir, permezz ta’ dan ir-Regolament, tal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, il-punt (32), u l-Artikolu 2, il-punti (1), (2), (3), (4)(a), (5), (6), (8), (9), (10), (13), (23) u (24), għandhom japplikaw fir-rigward tas-sena finanzjarja agrikola 2025 u tas-snin finanzjarji agrikoli sussegwenti kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)  Opinjoni tat-18 ta’ Settembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2025.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ standards tajbin tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali, skemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u eżenzjonijiet mill-kontrolli u mill-penali (ĠU L, 2024/1468, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1468/oj).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1235 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L, 2024/1235, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1235/oj).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/126/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L, 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/228/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/229/oj).

(14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).

(15)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ANNESS I

(1)   

fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-tabella “Approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali – OUTPUT, Tipi ta’ intervent u l-indikaturi tal-output tagħhom” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Monitoraġġ – OUTPUT

Tipi ta’ intervent u l-indikaturi tal-output tagħhom (*1)

Tipi ta’ intervent

Indikaturi tal-output

Kooperazzjoni (Artikolu 77)

O.1 Għadd ta’ proġetti tal-grupp operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP)

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni (Artikolu 78)

O.2 Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet ta’ konsulenza li jipprovdu appoġġ għall-innovazzjoni fit-tħejjija jew fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-grupp operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP)

Indikatur orizzontali

O.3 Għadd ta’ benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

Appoġġ bażiku għall-introjtu (Artikolu 21)

O.4 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ bażiku għall-introjtu

Pagament għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira (Artikolu 28)

O.5 Għadd ta’ benefiċjarji jew ettari li jibbenefikaw mill-pagamenti għall-bdiewa b’ ażjenda żgħira

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ (Artikolu 30)

O.6 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

Appoġġ ridistributtiv għall-introjtu (Artikolu 29)

O.7 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu

Ekoskemi (Artikolu 31)

O.8 Għadd ta’ ettari jew ta’ unitajiet tal-bhejjem jew kaxex tan-naħal li jibbenefikaw mill-ekoskemi

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju (Artikolu 76)

O.9 Għadd ta’ unitajiet koperti mill-għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK appoġġati

Pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi (Artikolu 78a)

O.9a Għadd ta’ bdiewa li jibbenefikaw mill-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi

Appoġġ akkoppjat għall-introjtu (Artikolu 32)

O.10 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ akkoppjat għall-introjtu

O.11 Għadd ta’ bhejjem li jibbenefikaw mill-appoġġ akkoppjat għall-introjtu

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona (Artikolu 71)

O.12 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ għaż-żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ żona

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Artikolu 72)

O.13 Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw mill-appoġġ tan-Natura 2000 jew id-Direttiva 2000/60/KE

Impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni (Artikolu 70)

O.14 Għadd ta’ ettari (għajr il-forestrija) jew għadd ta’ unitajiet oħra koperti minn impenji ambjentali jew marbuta mal-klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji

O.15 Għadd ta’ ettari (forestrija) jew għadd ta’ unitajiet oħra koperti minn impenji ambjentali jew marbuta mal-klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji

O.16 Għadd ta’ ettari jew għadd ta’ unitajiet oħra skont l-impenji tal-manutenzjoni għall-afforestazzjoni u l-agroforestrija

O.17 Għadd ta’ ettari jew għadd ta’ unitajiet oħra li jibbenefikaw mill-appoġġ għall-biedja organika

O.18 Għadd ta’ unitajiet tal-bhejjem (LU) li jibbenefikaw mill-appoġġ għat-trattament xieraq tal-annimali, għas-saħħa jew għat-titjib tal-miżuri tal-bijosigurtà

O.19 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi

Investimenti (Artikoli 73 u 74)

O.20 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment produttiv fl-azjendi agrikoli

O.21 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment mhux produttivi fl-azjendi agrikoli

O.22 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment fl-infrastruttura

O.23 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment mhux produttiv mhux fl-azjendi agrikoli

O.24 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment produttiv mhux fl-azjendi agrikoli

L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda, bidu ta’ negozji rurali u l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar (Artikolu 75)

O.25 Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ għall-istabbiliment

O.26 Għadd ta’ bdiewa ġodda li jirċievu appoġġ għall-istabbiliment (għajr il-bdiewa żgħażagħ irrappurtati f’O.25)

O.27 Għadd ta’ negozji rurali li jirċievu appoġġ għal negozji ġodda

O.27a Għadd ta’ azjendi agrikoli żgħar li jirċievu appoġġ għall-iżvilupp tan-negozju

Kooperazzjoni (Artikolu 77)

O.28 Għadd ta’ gruppi tal-produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

O.29 Għadd ta’ benefiċjarji li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fi skemi tal-kwalità uffiċjali

O.30 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati għat-tiġdid ġenerazzjonali (għajr l-appoġġ għall-istabbiliment)

O.31 Għadd ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali appoġġati (LEADER) jew azzjonijiet preparatorji

O.32 Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet oħra ta’ kooperazzjoni appoġġati (għajr l-EIP irrappurtati f’O.1)

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni (Artikolu 78)

O.33 Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet appoġġati ta’ taħriġ, konsulenza u tixrid tal-għarfien

Indikatur orizzontali

O.34 Għadd ta’ ettari li jaqgħu taħt il-prattiki ambjentali (indikatur ta’ sommarju dwar iż-żona fiżika koperta mill-kondizzjonalità, ekoskemi, impenji fil-qasam tal-ġestjoni ambjentali u klimatika fl-agrikoltura u l-forestrija)

Tipi ta’ intervent f’ċerti setturi (Artikolu 47)

O.35 Għadd ta’ programmi operazzjonali appoġġati

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid (Artikolu 58)

O.36 Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet appoġġati fis-settur tal-inbid

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura (Artikolu 55)

O.37 Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet għall-preservazzjoni jew it-titjib tat-trobbija tan-naħal

(2)   

fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-Tabella “APPOĠĠ DOMESTIKU TAD-WTO SKONT L-ARTIKOLU 10”, tiżdied l-entrata li ġejja:

“Pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi

Artikolu 78a

8”

(3)   

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata “KAAT 1” hija sostitwita b’dan li ġej:

“KAAT 1

Preservazzjoni ta’ bwar permanenti abbażi ta’ proporzjon ta’ bwar permanenti mqabbla ma’ żona agrikola fil-livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali, grupp ta’ azjendi jew livell ta’ azjendi meta mqabbel mas-sena ta’ referenza 2018

Tnaqqis massimu ta’ 10 % meta mqabbel mas-sena ta’ referenza.

Salvagwardja ġenerali kontra l-konverżjoni għal użi agrikoli oħra biex tiġi ppreservata l-ħażna tal-karbonju”

(b)

l-entrata “KAAT 4” hija sostitwita b’dan li ġej:

“KAAT 4

Stabbiliment ta’ strixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma (*2)

Protezzjoni tal-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet

(c)

fin-nota f’qiegħ il-paġna għall-entrata “KAAT 7”, l-aħħar sentenza hija mħassra.


(*1)  Data ddikjarata kull sena għan-nefqa notifikata tagħhom.”;

(*2)  L-istrixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma skont dan l-istandard tal-KAAT għandhom, bħala regola ġenerali, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jirrispettaw il-wisa’ minima ta’ 3 metri mingħajr l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti.

Fiż-żoni bi kwantità sinifikanti ta’ fosos fejn joskula l-ilma u fosos tal-irrigazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw, jekk ikun debitament ġustifikat għal dawk iż-żoni, il-wisa’ minima skont ċirkostanzi lokali speċifiċi.

Għall-finijiet ta’ dan l-istandard tal-KAAT, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-definizzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, diment li dik id-definizzjoni tkun konformi mal-objettiv ewlieni ta’ dan l-istandard tal-KAAT.”;


ANNESS II

“ANNESS XV

L-ammont massimu li jista’ jiġi riżervat minn kull Stat Membru għall-pagamenti f’każ ta’ kriżi lill-bdiewa fl-ambitu tal-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 96a(1)

(Prezzijiet kurrenti f’EUR)

Stat Membru

Sena finanzjarja 2026

Sena finanzjarja 2027

il-Belġju

17 331 805

17 331 805

il-Bulgarija

33 153 681

33 412 568

iċ-Ċekja

33 122 850

33 122 850

id-Danimarka

28 149 040

28 149 040

il-Ġermanja

180 241 656

180 241 656

l-Estonja

8 705 240

8 791 062

l-Irlanda

44 937 679

44 937 679

il-Greċja

73 458 409

73 458 409

Spanja

177 305 135

177 524 124

Franza

261 562 218

261 394 218

il-Kroazja

20 162 329

20 162 329

l-Italja

149 173 516

149 173 516

Ċipru

2 142 542

2 142 542

il-Latvja

14 276 793

14 429 368

il-Litwanja

23 989 755

24 246 239

il-Lussemburgu

1 351 754

1 351 754

l-Ungerija

49 801 629

49 801 629

Malta

737 356

737 356

in-Netherlands

23 719 521

23 719 521

l-Awstrija

35 928 198

35 928 198

il-Polonja

134 243 576

135 179 090

il-Portugall

35 146 807

35 410 328

ir-Rumanija

89 072 611

89 899 353

is-Slovenja

7 251 007

7 251 007

is-Slovakkja

20 090 491

20 146 020

il-Finlandja

26 326 118

26 380 675

l-Iżvezja

26 954 340

26 961 185 ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2649/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)