Brussell, 2.10.2025

COM(2025) 585 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

f'konformità mal-Artikolu 105a(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar id-derogi fuq ir-rati tal-VAT applikati mill-Istati Membri


derogi tar-rati 
Daħla

Il-Kummissjoni tippreżenta dan ir-rapport f’konformità mal-Artikolu 105a(6) tad-Direttiva 2006/112/KE 1 (id-Direttiva tal-VAT), li tagħti dettalji dwar il-provvisti ta’ oġġetti u servizzi koperti mill-Artikolu 105a, il-paragrafi 1 u 3 u mill-Artikolu 105b. Ir-rapport jispjega kif l-Istati Membri japplikaw derogi li jinvolvu rati mnaqqsa, inklużi rati aktar baxxi mill-minimu speċifikat fl-Artikolu 98(1) (rati mnaqqsa ħafna), u eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT, Value Added Tax) imħallsa fl-istadju preċedenti (rati żero).

Id-dettalji pprovduti f’dan ir-rapport huma bbażati esklużivament fuq l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni mhi responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ akkuratezza fid-data. Kwalunkwe konklużjoni jew spjegazzjoni li tinsab f’dan ir-rapport mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. La l-Kummissjoni u lanqas il-persuni li jaġixxu f’isimha mhuma responsabbli għall-użu sussegwenti tal-informazzjoni f’dan ir-rapport.

Werrej

1.Sommarju Eżekuttiv

2.Kuntest

3.Oġġetti u servizzi li għalihom l-Istati Membri japplikaw derogi fuq ir-rati tal-VAT

3.1Osservazzjonijiet ġenerali dwar id-derogi kollha

3.2Derogi għall-oġġetti u għas-servizzi elenkati fl-Anness III

3.3Derogi għal oġġetti u servizzi mhux elenkati fl-Anness III

3.4Derogi għall-akkomodazzjoni li mhumiex parti minn politika soċjali

3.5Derogi li jinvolvu għażliet magħmula skont l-Artikolu 105a(5)

4.Prospettiva

Anness 1: Lista simplifikata ta’ derogi

Anness 2: Lista simplifikata ta’ derogi skont is-settur

Anness 3: Lista dettaljata ta’ derogi skont l-Istat Membru

Lista ta’ Illustrazzjonijiet

Illustrazzjoni 1: Numru ta’ derogi applikati mill-Istati Membri    7

Illustrazzjoni 2: Tranżazzjonijiet koperti minn diversi derogi    8

Illustrazzjoni 3: Numru ta’ derogi skont it-tip ta’ rata tal-VAT    8

Illustrazzjoni 4: Derogi skont is-settur ekonomiku    9

Illustrazzjoni 5: Derogi b’rata mnaqqsa ħafna skont l-Istat Membru    10

Illustrazzjoni 6: Derogi magħżula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 105a(5)    13

Glossarju

Rata mnaqqsa:        Rata tal-VAT mhux inqas mill-minimu ta’ 5 %.

Rata mnaqqsa ħafna:    Rata mnaqqsa inqas mill-minimu ta’ 5 %.

Rata żero:    Eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

Rata parking:        Rata mnaqqsa mhux inqas minn 12 %.

Deroga:    Għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, “deroga” tfisser l-applikazzjoni ta’ rata tal-VAT aktar baxxa mir-rata standard ibbażata fuq l-Artikoli 105a(1), 105a(3) jew 105b tad-Direttiva tal-VAT.

Informazzjoni Legali

Dan ir-rapport huwa bbażat esklużivament fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-komunikazzjonijiet tagħhom lill-Kumitat tal-VAT.

Skont l-Artikolu 105a(6) tad-Direttiva tal-VAT, sal-1 ta’ Lulju 2025 u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta rapport b’lista komprensiva li tindika l-oġġetti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 105a, il-paragrafi 1 u 3 u fl-Artikolu 105b li għalihom jiġu applikati r-rati mnaqqsa, inklużi r-rati mnaqqsa ħafna, jew ir-rati żero, fl-Istati Membri.

Mhux aktar tard mis-7 ta’ Lulju 2022, l-Istati Membri kellhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali u l-kundizzjoni għall-applikazzjoni tagħhom kif applikat fl-1 ta’ Jannar 2021 rigward:

·ir-rati mnaqqsa ħafna u r-rati żero msemmija fl-Artikolu 105a(1) 2    
(oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness III, minbarra l-punti 1–6 u 10c)

·ir-rati parking imsemmija fl-Artikolu 105a(3), l-ewwel subparagrafu 3    
(oġġetti u servizzi mhux elenkati fl-Anness III)

·ir-rati mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 105b(1) 4    
(tranżazzjonijiet rigward l-akkomodazzjoni li ma jkunux parti minn politika soċjali).

L-Istati Membri li ma kinux qegħdin japplikaw rati parking, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero għat-tranżazzjonijiet imsemmija hawn fuq fl-1 ta’ Jannar 2021, iżda li xtaqu jagħmlu dan, kellhom jadottaw ir-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dawk l-għażliet sas-7 ta’ Ottubru 2023. Huma kellhom ukoll jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li adottaw 5 . Dawk l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw dawn ir-rati għall-istess provvisti ta’ oġġetti jew servizzi u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2021 fl-Istati Membri li, sas-7 ta’ Lulju 2022 6 , ikkomunikaw id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ewlenin tad-derogi li diġà ġew applikati.

Kif stabbilit fl-Artikolu 105a(6) tad-Direttiva tal-VAT, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-rapport ikopri biss id-derogi permanenti.

Hemm derogi oħra, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 105a(2) tad-Direttiva tal-VAT, li jkopru tranżazzjonijiet mhux elenkati fl-Anness III, li għalihom l-Istati Membri japplikaw rata tal-VAT aktar baxxa minn 12 %, inklużi rati mnaqqsa ħafna u rati żero. Dawn id-derogi huma temporanji, peress li l-Istati Membri jistgħu japplikaw biss rati mnaqqsa ta’ VAT ta’ inqas minn 12 % jew rati mnaqqsa ħafna jew rati żero sal-1 ta’ Jannar 2032, jew sal-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi skont l-Artikolu 402 tad-Direttiva tal-VAT. Ir-rapport ma jirreferix għal dawn id-derogi temporanji.

1.Sommarju Eżekuttiv

Dan ir-rapport jirrieżamina kif l-Istati Membri japplikaw id-derogi tar-rati tal-VAT, u jiżvela distribuzzjoni mhux uniformi. Minn total ta’ 64 deroga, il-Lussemburgu, l-Irlanda u l-Italja waħedhom ikopru 75 % minnhom. Il-bqija jikkonċernaw seba’ Stati Membri oħra, jiġifieri Malta, Ċipru, il-Greċja, Franza, il-Portugall, Spanja u l-Awstrija.

Hemm 54 tip distint ta’ tranżazzjonijiet affettwati, li l-applikazzjoni ta’ 10 minnhom tikkoinċidi fi 8 Stati Membri. Aktar minn 90 % tad-derogi jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ħafna (31 deroga) u rati parking (28 deroga).

Is-settur tal-akkomodazzjoni u tal-kostruzzjoni jiddomina d-derogi bi kważi 30 %, segwit minn setturi bħall-kultura u t-turiżmu, is-servizzi pubbliċi, l-ikel u l-ospitalità u s-servizzi finanzjarji, li flimkien jiffurmaw sehem ta’ 40 %. Setturi oħra kkonċernati huma l-agrikoltura, il-benesseri tal-annimali u x-xandir.

Total ta’ 33 deroga li jkopru l-oġġetti u s-servizzi elenkati fl-Anness III taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 105a(1) tad-Direttiva tal-VAT ġew applikati minn seba’ Stati Membri, bil-Lussemburgu waħdu jammonta għal 45 %. L-Irlanda hija l-uniku pajjiż li japplika rati żero ta’ VAT fuq il-ħwejjeġ tat-tfal u s-servizzi marittimi. L-Italja, Ċipru, Franza, Spanja u l-Greċja japplikaw ukoll derogi ta’ din il-kategorija li jkopru rati mnaqqsa ħafna li jvarjaw minn 2,1 % sa 4 %.

Barra minn hekk, 28 deroga applikati minn 6 Stati Membri huma relatati ma’ oġġetti u servizzi mhux elenkati fl-Anness III, li jirrikjedu rata minima ta’ 12 % biex jibqgħu permanenti. L-Irlanda tinsab fil-quċċata tal-lista f’din il-kategorija, wara li applikat għal nofs id-derogi kollha. Il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, l-Awstrija u l-Greċja jaqsmu n-nofs l-ieħor tad-derogi f’din il-kategorija. Ir-rati parking applikati f’din il-kategorija jvarjaw minn 12 % sa 14 %.

L-Italja hija l-uniku pajjiż li japplika t-tielet kategorija ta’ derogi relatati mal-akkomodazzjoni mhux soċjali. Tuża rata tal-VAT ta’ 10 % għal diversi tranżazzjonijiet relatati mal-kostruzzjoni u mar-rinnovazzjoni tal-binjiet, u dan jista’ jitkompla wara l-1 ta’ Jannar 2042 jekk jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ rata minima ta’ 12 %.

Il-possibbiltà li wieħed jagħżel mid-derogi applikati minn Stati Membri oħra fl-1 ta’ Jannar 2021 intużat ftit li xejn. Raġuni plawżibbli waħda għal dan hija li l-Istati Membri kkonċernati mhux dejjem qiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-applikazzjoni bħala adatti għall-ħtiġijiet tagħhom. Ċipru, il-Greċja u Malta biss għażlu total ta’ disa’ derogi applikati minn sitt Stati Membri oħra, b’dawn id-derogi jinqasmu b’mod pjuttost ugwali bejn ir-rati mnaqqsa ħafna u r-rati parking.

2.Kuntest

Is-Sitt Direttiva tal-VAT 7 tal-1977 wittiet it-triq għal sistema komuni tal-VAT fl-UE. Din armonizzat aspetti ewlenin bħall-bażi taxxabbli u l-obbligazzjoni, iżda tat lill-Istati Membri libertà konsiderevoli fl-istabbiliment tar-rati tal-VAT. B’riżultat ta’ dan, ħarġu prattiki nazzjonali differenti, inklużi rati mnaqqsa u żero multipli, li spiss jinżammu permezz ta’ miżuri tranżizzjonali mogħtija lill-Istati Membri l-ġodda dwar l-adeżjoni.

It-tlestija tas-suq uniku fl-1993 għamlet approssimazzjoni aktar mill-qrib tas-sistemi tal-VAT meħtieġa minħabba t-tneħħija tal-fruntieri fiskali. Għal dan l-għan, l-introduzzjoni ta’ regoli tranżizzjonali li jinvolvu eżenzjoni għall-provvisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti u t-tassazzjoni korrispondenti tal-akkwiżizzjonijiet fid-destinazzjoni żgurat li t-tranżazzjonijiet kienu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru tal-konsum, u b’hekk naqqset ir-riskju ta’ distorsjonijiet fil-kummerċ minħabba rati differenti tal-VAT 8 . Miżuri ġodda ta’ simplifikazzjoni appoġġaw il-bidla 9 , bil-kamp ta’ applikazzjoni għar-rati tal-VAT emendat biex jinkludi rata standard minima ta’ 15 % kif ukoll rata jew tnejn imnaqqsa ta’ mill-inqas 5 % għall-entrati elenkati fl-Anness III 10 .

Madankollu, skont ċerti derogi, l-Istati Membri jistgħu jżommu rati mnaqqsa jew żero introdotti qabel l-1991. Inizjalment, dawn id-derogi kellhom ikunu temporanji, sakemm tiġi introdotta sistema definittiva tal-VAT, iżda ppersistew għal għexieren ta’ snin. Maż-żmien, l-akkumulazzjoni ta’ eċċezzjonijiet individwali rriżultat f’xenarju tal-VAT frammentat u kumpless, li jagħmel il-konformità diffiċli, u joħloq inċertezza legali fis-suq uniku. It-tranżizzjoni għal sistema tal-VAT ibbażata fuq id-destinazzjoni, estiża progressivament għas-servizzi, wittiet it-triq għal flessibbiltà akbar fl-iffissar tar-rati. Issa li l-VAT trid titħallas fl-Istat Membru tal-konsum, id-differenzi fir-rati nazzjonali tal-VAT saru inqas probabbli li joħolqu distorsjoni fil-kummerċ transfruntier.

Dan ir-rapport jimmarka stadju importanti wara l-ewwel riforma ewlenija tar-rati tal-VAT fl-UE mill-bidu tas-snin 90. Abbażi ta’ din ir-riforma, regoli ġodda dwar ir-rati tal-VAT daħlu fis-seħħ fis-6 ta’ April 2022 11 .

Ir-riforma tipprovdi flessibbiltà akbar għall-Istati Membri u tallinja r-rati tal-VAT ma’ objettivi Ewropej usa’, inklużi s-saħħa pubblika, it-trasformazzjoni diġitali u s-sostenibbiltà ambjentali. Ir-regoli l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri japplikaw sa żewġ rati mnaqqsa ta’ VAT ta’ mill-inqas 5 % għall-oġġetti u għas-servizzi elenkati fl-Anness III rivedut tad-Direttiva tal-VAT. Għandhom ukoll l-għażla li japplikaw rata mnaqqsa ta’ inqas minn 5 % (rata mnaqqsa ħafna) jew rata żero ta’ VAT (eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis fl-istadju preċedenti) għal prodotti u servizzi essenzjali speċifiċi, bħall-ikel u l-mediċini, iżda wkoll il-pannelli solari. Barra minn hekk, tistabbilixxi skadenzi għall-eliminazzjoni gradwali ta’ rati mnaqqsa għal prodotti li jagħmlu ħsara lill-ambjent bħall-fjuwils fossili u l-pestiċidi kimiċi sal-2030 u sal-2032, rispettivament.

Ir-riforma tar-rati tal-VAT żgurat ukoll trattament aktar ugwali sa fejn ippermettiet lill-Istati Membri jagħżlu u jibbenefikaw minn ċerti eżenzjonijiet jew rati mnaqqsa li Stati Membri oħra ngħataw fiż-żmien tal-adeżjoni mal-UE u li ma ġewx offruti lill-Istati Membri li ssieħbu aktar reċentement.

F’dan il-qafas, dan ir-rapport, abbozzat f’konformità mal-Artikolu 105a(6) tad-Direttiva tal-VAT, jagħti ħarsa ġenerali lejn id-derogi permanenti tar-rati tal-VAT li bħalissa huma applikati mill-Istati Membri. Dawn id-derogi huma mifruxa fuq tliet gruppi: wieħed relatat mal-oġġetti u mas-servizzi elenkati fl-Anness III; wieħed relatat mal-oġġetti u mas-servizzi mhux elenkati fl-Anness III; u wieħed relatat mat-tranżazzjonijiet tal-akkomodazzjoni mhux soċjali.

Ir-rapport jipprovdi informazzjoni siewja li tista’ tintuża biex issir analiżi ulterjuri u biex jintlaħqu konklużjonijiet addizzjonali dwar kif dawn id-derogi jallinjaw mal-objettivi usa’ tal-qafas rivedut tal-VAT tal-UE u jappoġġawhom.

3.Oġġetti u servizzi li għalihom l-Istati Membri japplikaw derogi fuq ir-rati tal-VAT

3.1Osservazzjonijiet ġenerali dwar id-derogi kollha

 
L-applikazzjoni tad-derogi tar-rata tal-VAT mhijiex uniformi. L-informazzjoni pprovduta minn 10 Stati Membri turi li japplikaw total ta’ 64 deroga. Il-Lussemburgu japplika l-ogħla għadd ta’ derogi (21), li jirrappreżentaw kważi terz tat-total. L-Irlanda ssegwi b’16, u l-Italja bi 11. Flimkien, dawn it-3 Stati Membri jkopru 48 deroga, jew 75 % tal-għadd totali.

Is-16-il deroga li jifdal li jirrappreżentaw 25 % tat-total huma relatati ma’ Malta (4), Ċipru (3), Franza (2), il-Greċja (2), il-Portugall (2), Spanja (2) u l-Awstrija (1).

Malta, Ċipru u l-Greċja biss indikaw li għażlu li japplikaw id-derogi partikolari applikati minn Stati Membri oħra f’konformità mal-Artikolu 105a(5) tad-Direttiva tal-VAT.

Illustrazzjoni 1:

L-Anness 1 jipprovdi lista simplifikata tad-derogi kollha, imqassma skont l-Artikoli rispettivi tad-Direttiva tal-VAT.

L-Anness 3 jipprovdi lista dettaljata tad-derogi kollha, li tispeċifika t-tranżazzjonijiet u l-kundizzjonijiet applikati mill-Istati Membri.

Hemm total ta’ 64 deroga stabbiliti; f’xi każijiet, tapplika aktar minn deroga waħda għall-istess tranżazzjoni, jiġifieri l-istess tip ta’ provvista ta’ oġġetti jew servizzi. It-trikkib jirriżulta f’total ta’ 54 tip ta’ tranżazzjonijiet li jibbenefikaw minn derogi. Konsegwentement, 10 tipi ta’ tranżazzjonijiet huma s-suġġett ta’ derogi applikati minn żewġ Stati Membri, jiġifieri l-Irlanda, il-Lussemburgu, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta u l-Portugall.

Disgħa minn dawn l-applikazzjonijiet doppji jirriżultaw mill-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 105a(5) tad-Direttiva tal-VAT, li tippermettilhom jagħżlu deroga mill-miżuri applikati minn Stati Membri oħra.

It-tranżazzjoni li jifdal tirrigwarda l-Irlanda u l-Lussemburgu; dawn it-tnejn applikaw rati żero u mnaqqsa ħafna rispettivament fl-1 ta’ Jannar 2021 għall-ħwejjeġ u għax-xedd is-saqajn tat-tfal.

Illustrazzjoni 2:

Mit-tipi differenti ta’ rati tal-VAT, ir-rata mnaqqsa ħafna tammonta għall-akbar sehem, b’31 deroga li jirrappreżentaw kważi nofs it-total (48,4 %). Ir-rati parking isegwu mill-qrib bi 28 deroga, li jammontaw għal 43,8 %.

Il-grupp ta’ derogi li jifdal huwa relatat mal-Italja u l-Irlanda, li jkopru l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa u rati żero, rispettivament.

Illustrazzjoni 3:

Mil-lat tas-setturi ekonomiċi kkonċernati, is-settur tal-akkomodazzjoni u tal-kostruzzjoni jiddomina b’mod ċar, u jirrappreżenta kważi 30 % tad-derogi kollha. Is-settur tal-kultura, l-isport u t-turiżmu jiġi t-tieni b’madwar 15 %, segwit mis-servizzi pubbliċi b’madwar 10 %.

L-ikel u l-ospitalità, flimkien mas-servizzi finanzjarji, ikopru 14 % oħra tad-derogi. Is-settur soċjali, il-bdiewa (li jinkludu l-agrikoltura), il-benesseri tal-annimali u x-xandir flimkien jammontaw għal inqas minn 19 %, bi 3 derogi kull wieħed.

L-10 % li jifdal jinkludu diversi tranżazzjonijiet ta’ natura ekonomika differenti.

Illustrazzjoni 4:

L-Anness 2 jipprovdi lista simplifikata ta’ derogi, imqassma skont is-settur ekonomiku.

3.2Derogi għall-oġġetti u għas-servizzi elenkati fl-Anness III 12  

Id-derogi f’din il-kategorija huma relatati mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva tal-VAT, ħlief il-punti 1-6 u 10c. Ir-regoli standard stabbiliti fl-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-VAT ma jippermettux l-applikazzjoni ta’ rati tal-VAT imnaqqsa ħafna jew żero għal dawn il-prodotti u s-servizzi. Dan huwa possibbli biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 105a(1).

Dawn id-derogi huma permanenti. L-Istati Membri li japplikawhom jistgħu jkomplu jagħmlu dan wara l-1 ta’ Jannar 2032, u anke wara l-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi stabbiliti fl-Artikolu 402 tad-Direttiva tal-VAT.

F’din il-kategorija, 7 Stati Membri japplikaw total ta’ 33 deroga.

Il-Lussemburgu jirrappreżenta l-akbar sehem (45 %) f’din il-kategorija, bi 15-il deroga, segwit mill-Italja, bi 8 derogi (24 %).

L-Irlanda hija l-uniku Stat Membru li japplika rata żero tal-VAT għal żewġ derogi, jiġifieri ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal, u t-tħaddim ta’ bastimenti tad-dwal, fanali u dgħajjes tas-sopravivenza.

Il-31 deroga li jifdal ikopru l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ħafna li jvarjaw minn 2,1 % sa 4 %.

Illustrazzjoni 5:

Bi 12-il deroga kondiviżi minn 4 Stati Membri, is-settur tal-akkomodazzjoni u tal-kostruzzjoni huwa dak bl-aktar derogi.

Il-Lussemburgu japplika rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % għall-valur meqjus ipprovdut ta’ abitazzjonijiet privati ġodda u rinnovati, inkluż l-użu tagħhom, kif ukoll għar-rinnovazzjoni ta’ abitazzjonijiet privati.

L-Italja tapplika rata mnaqqsa ħafna ta’ 4 % għall-provvista u għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni mhux lussuża, l-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni, il-provvista u l-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni tal-bdiewa, il-kostruzzjoni ta’ ċerti binjiet u faċilitajiet b’użu mħallat fil-kostruzzjoni tal-bini, u t-tneħħija ta’ ostakli arkitettoniċi. Il-Greċja għandha wkoll rata mnaqqsa ħafna ta’ 4 % stabbilita għal dan tal-aħħar.

Spanja tapplika rata mnaqqsa ħafna ta’ 4 % għall-akkomodazzjoni taħt protezzjoni pubblika.

Fl-oqsma tal-kultura, l-isport u t-turiżmu, il-Lussemburgu għandu derogi li jkopru rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % għas-servizzi pprovduti minn kittieba u kompożituri, aċċess għal avvenimenti, mużewijiet u faċilitajiet sportivi, u akkomodazzjoni għal terminu qasir.

Franza u Ċipru japplikaw rati mnaqqsa ħafna, ta’ 2,1 % u 3 % rispettivament, għall-ewwel spettakli teatrali.

Kemm il-Lussemburgu kif ukoll Ċipru japplikaw rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % għas-servizzi pubbliċi bħall-ġbir tal-iskart, it-trattament tal-iskart, ir-rimi tad-drenaġġ u t-trattament tad-drenaġġ. Il-Lussemburgu japplika wkoll din ir-rata għas-servizzi tal-impriżi funebri u tal-kremazzjoni.

Kif diġà ssemma’, l-Irlanda hija l-uniku Stat Membru b’rata żero ta’ VAT, applikata għat-tħaddim ta’ bastimenti tad-dwal, fanali u dgħajjes tas-sopravivenza.

F’termini ta’ politika soċjali, l-Irlanda tapplika wkoll rata żero tal-VAT għall-provvista tal-ħwejjeġ u tax-xedd is-saqajn tat-tfal, filwaqt li l-Lussemburgu japplika rata mnaqqsa ta’ 3 %. Fi Spanja, is-servizzi relatati mal-kura ta’ individwi dipendenti huma soġġetti għal rata mnaqqsa ħafna ta’ 4 %.

Franza, l-Italja u l-Lussemburgu stabbilew rati mnaqqsa ħafna għal ċerti tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ix-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni. Dawn ir-rati huma 2,1 % fi Franza, 3 % fil-Lussemburgu u 4 % fl-Italja.

Fir-rigward tas-settur tal-ikel u l-ospitalità, il-Lussemburgu japplika rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % għas-servizzi tar-ristoranti u tal-catering. Fl-Italja, l-ikel u x-xorb fil-kantins huma soġġetti għal rata ta’ 4 %.

Għall-attivitajiet imwettqa mill-bdiewa, il-Lussemburgu stabbilixxa rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % fuq l-inputs agrikoli.

3.3Derogi għal oġġetti u servizzi mhux elenkati fl-Anness III 13  

Id-derogi f’din il-kategorija huma relatati mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi mhux elenkati fl-Anness III. Ir-regoli standard stabbiliti fl-Artikolu 98(1) tad-Direttiva tal-VAT ma jippermettux l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għal dawn l-oġġetti u s-servizzi. Huwa possibbli biss li dan isir jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 105a(3) tad-Direttiva tal-VAT. L-Artikolu 105a(3) jirrikjedi li r-rata tal-VAT ma tkunx inqas minn 12 %.

Għall-kuntrarju ta’ dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 105a(2), dawn id-derogi huma permanenti, peress li jirrispettaw ir-rata minima tal-VAT ta’ 12 %. Konsegwentement, l-Istati Membri li japplikawhom jistgħu jkomplu jagħmlu dan wara l-1 ta’ Jannar 2032, u anke wara l-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi stabbiliti fl-Artikolu 402 tad-Direttiva tal-VAT.

Total ta’ 28 deroga ġew applikati minn 6 Stati Membri skont l-Artikolu 105a(3) tad-Direttiva tal-VAT.

B’14-il deroga, l-Irlanda tkopri 50 % ta’ din il-kategorija, segwita mil-Lussemburgu, b’6 derogi (21 %), u Malta, b’4 derogi (14 %).

Ir-rati parking applikati f’din il-kategorija jvarjaw minn 12 % f’Malta għal 14 % fil-Lussemburgu.

Fis-settur tal-akkomodazzjoni u tal-kostruzzjoni, l-Irlanda tapplika rata parking ta’ 13,5 % għall-provvista ta’ ċerta proprjetà immobbli, xogħlijiet tal-konkrit u djar mobbli użati bħala residenzi.

Fl-oqsma tal-kultura, l-isport u t-turiżmu, Malta u l-Irlanda rispettivament japplikaw rati parking ta’ 12 % u 13,5 % għall-kiri għal terminu qasir ta’ ċerti mezzi ta’ trasport. L-Irlanda tapplika wkoll din ir-rata ta’ 13,5 % għas-servizzi ta’ jockey u ta’ gwida tat-turisti.

Il-kustodja u l-ġestjoni tat-titoli, kif ukoll il-ġestjoni tal-krediti u tal-garanziji ta’ kreditu, huma servizzi finanzjarji li huma soġġetti għal rati parking ta’ 12 % f’Malta u 14 % fil-Lussemburgu.

Ċerti provvisti relatati mal-inbid fis-setturi tal-ikel u l-ospitalità huma soġġetti għal rati parking ta’ 13 % fl-Awstrija u fil-Portugall, u 14 % fil-Lussemburgu.

L-Irlanda għandha rata parking ta’ 13,5 % għat-tranżazzjonijiet relatati mal-annimali, inklużi s-servizzi veterinarji u l-provvista u l-inseminazzjoni tal-klieb tal-fenek.

Il-Portugall u l-Greċja japplikaw derogi li jkopru t-tranżazzjonijiet għall-bdiewa, jiġifieri rata parking ta’ 13 % għall-għodod u t-tagħmir agrikoli.

Fis-servizzi pubbliċi, il-Lussemburgu japplika rata parking ta’ 14 % għall-provvista ta’ sħana, tkessiħ u fwar.

Din il-kategorija tkopri għadd ta’ derogi oħra relatati ma’ varjetà ta’ tranżazzjonijiet. Pereżempju, Malta u l-Irlanda japplikaw rati tal-VAT ta’ 12 % u 13,5 % rispettivament għas-servizzi tal-kura tal-ġisem. L-Irlanda tapplika wkoll rata ta’ 13 % għal provvisti tal-fotografija u dawk relatati, ċerti servizzi ta’ tiswija u servizzi ta’ għalliema tas-sewqan. Il-Lussemburgu japplika rata tal-VAT ta’ 14 % għall-provvista ta’ servizzi ta’ ħasil u tindif, u għal materjal ta’ reklamar stampat.

3.4Derogi għall-akkomodazzjoni li mhumiex parti minn politika soċjali 14  
 

Din il-kategorija tkopri derogi rigward l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-VAT mhux inqas mill-minimu ta’ 5 % għat-tranżazzjonijiet tal-akkomodazzjoni li mhumiex parti minn politika soċjali. L-Istati Membri li applikaw dawn ir-rati mnaqqsa f’konformità mad-dritt tal-UE fl-1 ta’ Jannar 2021 jistgħu jkomplu jagħmlu dan.

Madankollu, dawn id-derogi se jibqgħu permanenti biss jekk l-Istati Membri jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2042, ir-rati mnaqqsa tal-VAT applikati għal dawn it-tranżazzjonijiet ma jaqgħux taħt it-12 %, kif meħtieġ skont l-Artikolu 105b(1) tad-Direttiva tal-VAT.

L-Italja hija l-uniku Stat Membru f’din il-kategorija, li tapplika rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 10 % għal ċerti tranżazzjonijiet fis-settur tal-akkomodazzjoni u tal-kostruzzjoni. Dawn jinkludu l-provvista u l-kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet privati mhux lussużi u xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, kif ukoll il-provvista ta’ binjiet rinnovati.

3.5Derogi li jinvolvu għażliet magħmula skont l-Artikolu 105a(5) 
 

L-Artikolu 105a(5) tad-Direttiva tal-VAT ipprovda lill-Istati Membri opportunità li jagħżlu mid-derogi applikati minn Stati Membri oħra fl-1 ta’ Jannar 2021. Sabiex jinżammu d-derogi, l-Istati Membri kellhom jikkomunikawhom lill-Kumitat tal-VAT sas-7 ta’ Lulju 2022. L-Istati Membri li jixtiequ jeżerċitaw dawn l-għażliet kellhom jadottaw ir-regoli dettaljati li jirregolawhom sas-7 ta’ Ottubru 2023. Kellhom ukoll jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li kienu adottaw lill-Kumitat tal-VAT.

Il-Kummissjoni rċeviet dawn il-komunikazzjonijiet minn Ċipru, il-Greċja u Malta. Dawn it-tliet Stati Membri għamlu għażliet relatati ma’ disa’ derogi li ħames Stati Membri oħra applikaw inizjalment.

Ċipru ddeċieda li japplika rata mnaqqsa ħafna ta’ 3 % għall-ewwel spettakli teatrali, magħżula minn Franza 15 , kif ukoll għall-ġbir u għat-trattament tal-iskart u għar-rimi u għat-trattament tad-drenaġġ, magħżula mil-Lussemburgu, li għandu l-istess rata ta’ 3 % stabbilita.

Malta għażlet li tapplika rata parking ta’ 12 % għar-reklutaġġ għal terminu qasir ta’ ċerti mezzi ta’ trasport u ta’ servizzi għall-kura tal-ġisem, kif tagħmel l-Irlanda 16 , kif ukoll għall-kustodja u għall-ġestjoni ta’ titoli u għall-ġestjoni ta’ krediti u garanziji ta’ kreditu, kif tagħmel il-Lussemburgu 17 .

Il-Greċja ddeċidiet li tapplika l-istess rata mnaqqsa ħafna tal-VAT ta’ 4 % għat-tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi bħall-Italja, u l-istess rata parking ta’ 13 % għall-provvista ta’ għodod u tagħmir agrikoli bħall-Portugall.

Illustrazzjoni 6:

 

4.Prospettiva

Wara r-riforma tar-rati tal-VAT fl-2022, dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni siewja dwar id-derogi applikati mill-Istati Membri lil hinn mir-regoli normali, bħal dawk stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva tal-VAT. Dan jikkontribwixxi għal trasparenza akbar fir-rigward tar-rati tal-VAT.

Ir-rieżami tad-derogi madwar l-Istati Membri jindika distribuzzjoni varjata u mhux uniformi fl-applikazzjoni tagħhom, b’konċentrazzjoni notevoli fi ftit Stati Membri biss u preferenza għal setturi ekonomiċi speċifiċi.

Dawn l-osservazzjonijiet, flimkien ma’ ħafna oħrajn, se jkunu utli għar-rapport tal-2028 dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness III, f’konformità mal-Artikolu 100 tad-Direttiva tal-VAT, u għal kwalunkwe proposta li tista’ takkumpanja r-rapport.

Anness 1: Lista simplifikata ta’ derogi

Deroga/tranżazzjoni

Stat Membru li qiegħed japplika

Magħżula minn Stat Membru 
Art. 105a(5)

Artikolu

Tip ta’ rata

Rata

1

Ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal

L-Irlanda

105a(1)

ZR

0,0 %

2

Tħaddim ta’ bastimenti tad-dwal, fanali u dgħajjes tas-sopravivenza eċċ.

L-Irlanda

105a(1)

ZR

0,0 %

3

L-ewwel spettaklu teatrali

Franza

105a(1)

SRR

2,1 %

4

Kontribuzzjoni għax-xandir pubbliku

Franza

105a(1)

SRR

2,1 %

5

Inputs agrikoli

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

6

Ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

7

Servizzi ta’ ristoranti u catering

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

8

Akkomodazzjoni għal terminu qasir

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

9

Aċċess għall-avvenimenti u għall-mużewijiet

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

10

Aċċess għall-faċilitajiet sportivi

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

11

Ġbir u trattament tal-iskart

Il-Lussemburgu

L-Italja

105a(1)

SRR

3,0 %

12

Rimi u trattament tad-drenaġġ

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

13

Servizzi tal-impriżi funebri u tal-krematorji

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

14

Servizzi minn kittieba u kompożituri

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

15

Servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

16

Valur meqjus ipprovdut ta’ abitazzjonijiet privati ġodda u rinnovati

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

17

Użu ta’ abitazzjonijiet privati ġodda u rinnovati

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

18

Rinnovazzjoni ta’ abitazzjonijiet privati użati mis-sid

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

19

Rinnovazzjoni ta’ abitazzjonijiet privati użati minn oħrajn minbarra s-sid

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

20

L-ewwel spettaklu teatrali

Ċipru

Franza

105a(1)

SRR

3,0 %

21

Ġbir u trattament tal-iskart

Ċipru

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

22

Rimi u trattament tad-drenaġġ

Ċipru

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

23

Servizzi tax-xandir bir-radju

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

24

Provvista u kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni mhux lussuża

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

25

Allokazzjoni tal-akkomodazzjoni

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

26

Provvista u kostruzzjoni tal-akkomodazzjoni tal-bdiewa

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

27

Kostruzzjoni ta’ ċerti binjiet b’użu mħallat

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

28

Ċerti faċilitajiet fil-kostruzzjoni tal-bini

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

29

Tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

30

Ikel u xorb fil-kantins

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

31

Akkomodazzjoni taħt protezzjoni pubblika

Spanja

105a(1)

SRR

4,0 %

32

Kura għan-nies f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza

Spanja

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

4,0 %

33

Tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi

Il-Greċja

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

34

Kiri għal terminu qasir ta’ mezzi tat-trasport

Malta

L-Irlanda

105a(3)

PR

12,0 %

35

Servizzi għall-kura tal-ġisem

Malta

L-Irlanda

105a(3)

PR

12,0 %

36

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Malta

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

12,0 %

37

Ġestjoni tal-krediti u tal-garanziji ta’ kreditu

Malta

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

12,0 %

38

Inbid fornut mill-produttur

L-Awstrija

105a(3)

PR

13,0 %

39

Inbejjed tal-mejda

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

40

Għodod u tagħmir agrikoli

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

41

Għodod u tagħmir agrikoli

Il-Greċja

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

42

Proprjetà immobbli għall-akkomodazzjoni

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

43

Proprjetà immobbli minbarra l-akkomodazzjoni

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

44

Xogħlijiet tal-konkrit

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

45

Provvisti fotografiċi u provvisti relatati

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

46

Kiri għal terminu qasir ta’ mezzi tat-trasport

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

47

Servizzi ta’ tiswija u servizzi relatati

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

48

Servizzi għall-kura tal-ġisem

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

49

Servizzi ta’ jockey

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

50

Servizzi ta’ kirurgi veterinarji

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

51

Servizzi ta’ gwida turistika

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

52

Servizzi ta’ għalliema tas-sewqan

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

53

Klieb tal-fenek

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

54

Inseminazzjoni tal-klieb tal-fenek

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

55

Dar mobbli bħala residenza

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

56

Inbid tal-għeneb frisk

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

57

Ħasil u tindif

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

58

Materjal ta’ reklamar stampat

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

59

Tisħin, tkessiħ u fwar

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

60

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

61

Ġestjoni tal-krediti u tal-garanziji ta’ kreditu

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

62

Provvista u kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet privati mhux lussużi

L-Italja

105b

RR

10,0 %

63

Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni

L-Italja

105b

RR

10,0 %

64

Provvista ta’ binjiet rinnovati

L-Italja

105b

RR

10,0 %

ZR = rata żero / eżenzjoni

SRR = rata tat-taxxa mnaqqsa ħafna

PR = rata parking

L-Istati Membri li għażlu mil-lista skont l-Artikolu 105a(5)

L-Istati Membri b’deroga għall-istess tranżazzjoni



Anness 2: Lista simplifikata ta’ derogi skont is-settur

Qasam ta’ politika

Deroga/tranżazzjoni

Stat Membru li qiegħed japplika

Magħżula minn Stat Membru 
Art. 105a(5)

Artikolu

Tip ta’ rata

Rata

1

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Valur meqjus ipprovdut ta’ abitazzjonijiet privati ġodda u rinnovati

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

2

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Użu ta’ abitazzjonijiet privati ġodda u rinnovati

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

3

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Rinnovazzjoni ta’ abitazzjonijiet privati użati mis-sid

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

4

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Rinnovazzjoni ta’ abitazzjonijiet privati użati minn oħrajn minbarra s-sid

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

5

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Provvista u kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni mhux lussuża

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

6

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Allokazzjoni tal-akkomodazzjoni

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

7

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Provvista u kostruzzjoni tal-akkomodazzjoni tal-bdiewa

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

8

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Kostruzzjoni ta’ ċerti binjiet b’użu mħallat

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

9

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Ċerti faċilitajiet fil-kostruzzjoni tal-bini

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

10

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

11

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi

Il-Greċja

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

12

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Akkomodazzjoni taħt protezzjoni pubblika

Spanja

105a(1)

SRR

4,0 %

13

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Proprjetà immobbli għall-akkomodazzjoni

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

14

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Proprjetà immobbli minbarra l-akkomodazzjoni

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

15

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Xogħlijiet tal-konkrit

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

16

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Dar mobbli bħala residenza

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

17

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Provvista u kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet privati mhux lussużi

L-Italja

105b

RR

10,0 %

18

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni

L-Italja

105b

RR

10,0 %

19

Akkomodazzjoni, kostruzzjoni

Provvista ta’ binjiet rinnovati

L-Italja

105b

RR

10,0 %

20

Kultura, Sport, Turiżmu

L-ewwel spettaklu teatrali

Franza

105a(1)

SRR

2,1 %

21

Kultura, Sport, Turiżmu

L-ewwel spettaklu teatrali

Ċipru

Franza

105a(1)

SRR

3,0 %

22

Kultura, Sport, Turiżmu

Akkomodazzjoni għal terminu qasir

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

23

Kultura, Sport, Turiżmu

Aċċess għall-avvenimenti u għall-mużewijiet

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

24

Kultura, Sport, Turiżmu

Aċċess għall-faċilitajiet sportivi

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

25

Kultura, Sport, Turiżmu

Servizzi minn kittieba u kompożituri

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

26

Kultura, Sport, Turiżmu

Kiri għal terminu qasir ta’ mezzi tat-trasport

Malta

L-Irlanda

105a(3)

PR

12,0 %

27

Kultura, Sport, Turiżmu

Kiri għal terminu qasir ta’ mezzi tat-trasport

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

28

Kultura, Sport, Turiżmu

Servizzi ta’ jockey

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

29

Kultura, Sport, Turiżmu

Servizzi ta’ gwida turistika

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

30

Servizz pubbliku

Tħaddim ta’ bastimenti tad-dwal, fanali u dgħajjes tas-sopravivenza eċċ.

L-Irlanda

105a(1)

ZR

0,0 %

31

Servizz pubbliku

Ġbir u trattament tal-iskart

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

32

Servizz pubbliku

Ġbir u trattament tal-iskart

Ċipru

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

33

Servizz pubbliku

Rimi u trattament tad-drenaġġ

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

34

Servizz pubbliku

Rimi u trattament tad-drenaġġ

Ċipru

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

35

Servizz pubbliku

Servizzi tal-impriżi funebri u tal-krematorji

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

36

Servizz pubbliku

Tisħin, tkessiħ u fwar

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

37

Ikel u ospitalità

Servizzi ta’ ristoranti u catering

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

38

Ikel u ospitalità

Ikel u xorb fil-kantins

L-Italja

105a(1)

SRR

4,0 %

39

Ikel u ospitalità

Inbid fornut mill-produttur

L-Awstrija

105a(3)

PR

13,0 %

40

Ikel u ospitalità

Inbejjed tal-mejda

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

41

Ikel u ospitalità

Inbid tal-għeneb frisk

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

42

Servizzi finanzjarji

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Malta

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

12,0 %

43

Servizzi finanzjarji

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

44

Servizzi finanzjarji

Ġestjoni tal-krediti u tal-garanziji ta’ kreditu

Malta

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

12,0 %

45

Servizzi finanzjarji

Ġestjoni tal-krediti u tal-garanziji ta’ kreditu

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

46

Soċjali

Ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal

L-Irlanda

105a(1)

ZR

0,0 %

47

Soċjali

Ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

48

Soċjali

Kura għan-nies f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza

Spanja

105a(1)

SRR

4,0 %

49

Bdiewa

Inputs agrikoli

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

50

Bdiewa

Għodod u tagħmir agrikoli

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

51

Bdiewa

Għodod u tagħmir agrikoli

Il-Greċja

Il-Portugall

105a(3)

PR

13,0 %

52

Annimali

Servizzi ta’ kirurgi veterinarji

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

53

Annimali

Klieb tal-fenek

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

54

Annimali

Inseminazzjoni tal-klieb tal-fenek

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

55

Xandir, Radju

Xandir, Radju

Franza

105a(1)

SRR

2,1 %

56

Xandir, Radju

Xandir, Radju

Il-Lussemburgu

105a(1)

SRR

3,0 %

57

Xandir, Radju

Xandir, Radju

L-Irlanda

105a(1)

SRR

4,0 %

58

Oħra

Servizzi għall-kura tal-ġisem

Malta

L-Irlanda

105a(3)

PR

12,0 %

59

Oħra

Servizzi għall-kura tal-ġisem

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

60

Oħra

Provvisti fotografiċi u provvisti relatati

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

61

Oħra

Servizzi ta’ tiswija u servizzi relatati

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

62

Oħra

Servizzi ta’ għalliema tas-sewqan

L-Irlanda

105a(3)

PR

13,5 %

63

Oħra

Ħasil u tindif

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

64

Oħra

Materjal ta’ reklamar stampat

Il-Lussemburgu

105a(3)

PR

14,0 %

ZR = rata żero / eżenzjoni

SRR - rata tat-taxxa mnaqqsa ħafna

PR = rata parking

L-Istati Membri li għażlu mil-lista skont l-Artikolu 105a(5)

L-Istati Membri b’deroga għall-istess tranżazzjoni

Anness 3: Lista dettaljata ta’ derogi skont l-Istat Membru

L-Awstrija

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Provvisti ta’ nbid magħmul minn għeneb frisk taħt is-subintestaturi 2204 21, 2204 22 u 2204 29 tan-Nomenklatura Magħquda u xarbiet oħra ffermentati taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda prodotti f’azjenda agrikola domestika, dment li l-produttur jipprovdi x-xarbiet bħala parti min-negozju agrikolu tiegħu. Dan ma japplikax għall-provvista ta’ xarbiet prodotti minn materjali mixtrija (eż. għeneb, maxx, most, most iffermentat) jew servuti fil-bini tal-azjenda, inklużi l-ġonna tar-ristoranti (Buschenschank). Fil-każ ta’ trasferiment ta’ azjenda agrikola kollha kemm hi lill-konjuġi jew lis-sieħeb/sieħba irreġistrat/a, kif ukoll lid-dixxendenti, lit-tfal tal-konjuġi, lit-tfal adottivi jew lill-konjuġi, lis-sħab irreġistrati jew lid-dixxendenti tagħhom, iċ-ċessjonarju tal-azjenda għandu jitqies ukoll bħala l-produttur tax-xarbiet meħud fil-qafas tat-trasferiment tal-azjenda, sa fejn it-tnaqqis fit-taxxa kien ikun applikabbli wkoll għall-provvista ta’ dawn ix-xarbiet mit-trasferitur tal-azjenda.

L-inbid ta’ għeneb frisk (is-subintestaturi 2204 21 u 2204 29 tan-Nomenklatura Magħquda) ma jinkludix inbid spumanti.

Xarbiet iffermentati oħra tal-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda jinkludi, pereżempju, is-sidru, il-perry, l-inbid tal-passolina u l-idromel. Ix-xarbiet distillati mhumiex inklużi hawnhekk.

Il-prerekwiżiti għat-trattament preferenzjali skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3, is-subparagrafu 11 tal-UStG 1994 huma l-produzzjoni tax-xarba minn għeneb jew frott proprju u l-provvista fin-negozju agrikolu proprju fl-Awstrija.

Il-bejgħ permezz ta’ intrapriża kummerċjali tal-istess imprenditur (eż. ristorant) huwa ta’ ħsara wkoll.

Jekk ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-inbid mibjugħ mill-bidwi kienx prodott minn għeneb maħsud minnu stess jew mixtri, it-trattament preferenzjali għalhekk ma jintilifx kompletament. F’tali każijiet, il-firxa tat-trattament preferenzjali trid tiġi ddeterminata permezz ta’ stima, filwaqt li jitqiesu x-xiri addizzjonali u r-rati tar-rendiment tas-soltu. It-trasferiment tan-negozju jinkludi t-trasferiment inter vivos gratuwit tan-negozju (eż. matul suċċessjoni antiċipata), it-trasferiment permezz ta’ wirt kif ukoll it-trasferiment ta’ negozju bi ħlas. It-trattament preferenzjali jista’ jiġi applikat ukoll fil-każ ta’ lokazzjoni, dment li jkun jista’ jiġi preżunt li l-lokatur qatt ma jerġa’ jiġġestixxi n-negozju akkont tiegħu u għar-riskju tiegħu stess.

Rata parking (13 %)

Franza

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

L-irċevuti mill-ewwel spettakli teatrali ta’ xogħlijiet drammatiċi, liriċi, mużikali jew koreografiċi maħluqa ġodda jew ta’ xogħlijiet klassiċi li ttellgħu mill-ġdid, kif ukoll minn spettakli taċ-ċirku li jinkludu esklużivament kreazzjonijiet oriġinali maħsuba u prodotti mill-kumpanija u li jeħtieġu s-servizzi regolari ta’ grupp ta’ mużiċisti.

Digriet jiddefinixxi n-natura tax-xogħlijiet u jistabbilixxi l-għadd ta’ prestazzjonijiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal riċevuti minn:

a. Spettakli teatrali ta’ natura pornografika;

b. (Dispożizzjoni li ma għadhiex applikabbli).

c. Il-bejgħ tal-biljetti ntaxxati bir-rata mnaqqsa ta’ 5,5 % skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’2° ta’ F tal-Artikolu 278-0 bis.

140 spettaklu debuttanti teatrali u taċ-ċirklu

Rata mnaqqsa ħafna (2,1 %)

2

X

Kontribuzzjoni għax-xandir pubbliku.

Kontribuzzjoni għax-xandir pubbliku

Rata mnaqqsa ħafna (2,1 %)

L-Irlanda

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Akkomodazzjoni

Il-provvista ta’ beni immobbli użati jew li għandhom jintużaw għal finijiet residenzjali.

Rata parking (13 %)

2

X

Beni immobbli mhux residenzjali

15. (1) Il-provvista ta’ beni immobbli, minbarra beni immobbli użati jew li għandhom jintużaw għal finijiet residenzjali.

(2) Servizzi li jikkonsistu fl-iżvilupp ta’ beni immobbli (li ma jkunux oġġetti msemmija fil-paragrafu 9(1)) u xogħol fuq dawk l-oġġetti (inkluża l-installazzjoni ta’ oġġetti fissi), fejn il-valur ta’ kwalunkwe ben mobbli pprovdut skont ftehim relatat mas-servizzi ma jaqbiżx żewġ terzi tal-ammont totali li fuqu hija imposta t-taxxa fir-rigward tal-ftehim.

Rata parking (13,5 %)

3

X

Xogħlijiet tal-konkrit

16. (1) Il-provvista ta’ konkrit lest biex jitferra’, iżda bl-esklużjoni tal-provvista tal-iskema ta’ marġni tal-konkrit.

(2) Il-provvista ta’ blokok tal-konkrit ta’ tip li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni li tinsab fl-Ispeċifikazzjoni Standard (Blokok tal-Bini tal-Konkrit, Parti 1, Blokok ta’ Densità Normali) Dikjarazzjoni 1987 (Standard Irlandiż 20: Parti 1: 1987), iżda bl-esklużjoni tal-provvista tal-iskema ta’ marġni ta’ dawk il-blokok.

Rata parking (13,5 %)

4

X

Provvisti fotografiċi u provvisti relatati

18. (1) Il-provvista lil persuna ta’ ritratti fotografiċi (minbarra oġġetti prodotti permezz ta’ proċess tal-ikkopjar), slides jew negattivi, li jkunu ġew prodotti minn oġġetti pprovduti minn dik il-persuna.

(2) Il-provvista tal-oġġetti tkun:

(a) ritratti fotografiċi (minbarra oġġetti prodotti permezz ta’ proċess tal-ikkopjar) immuntati jew mhux immuntati, iżda mhux fl-inkwatri,

(b) slides u negattivi u

(c) films ċinematografiċi u vidjos,

li jirrekordjaw persuni, oġġetti jew avvenimenti partikolari, ipprovduti skont ftehim biex jittieħdu r-ritratti ta’ dawk il-persuni, l-oġġetti jew l-avvenimenti.

(3) Il-provvista minn fotografu ta’:

(a) negattivi li ġew prodotti minn film esposti għall-iskop tan-negozju tal-fotografu, u

(b) film li kien espost għall-finijiet tan-negozju tal-fotografu.

(4) Il-provvista ta’ ritratti fotografiċi prodotti permezz ta’ magna tal-bejgħ li tinkorpora kamera u tagħmir tal-iżvilupp u tal-istampar.

(5) Servizzi li jikkonsistu minn dan li ġej:

(a) editjar ta’ films fotografiċi, ċinematografiċi u tal-vidjos, jew

(b) iffilmjar mikro.

(6) Servizzi tal-Aġenzija relatati ma’ provvista speċifikata fis-subparagrafu (1).

Rata parking (13,5 %)

5

X

Reklutaġġ għal perjodi qosra

19. Kiri:

(a) vettura ddisinjata u mibnija, jew adattata, għat-trasport ta’ persuni bit-triq,

(b) bastiment iddisinjat u mibni għat-trasport ta’ passiġġieri u li ma jaqbiżx il-15-il tunnellata gross,

(c) kwalunkwe tip ta’ dgħajsa tal-isport jew tad-divertiment, jew

(d) karavan, dar mobbli, tinda jew tinda tat-trejler,

lil persuna taħt ftehim (minbarra ftehim tat-tip imsemmi fit-taqsima 19(1)(c)) għal kwalunkwe terminu jew parti minn terminu li, meta jiżdied mat-terminu ta’ kiri preċedenti (kemm jekk tal-istess oġġetti kif ukoll jekk ta’ oġġetti oħra tal-istess tip) lill-istess persuna matul it-12-il xahar li jintemmu fid-data tal-bidu tal-kiri eżistenti, ma jkunx itwal minn 5 ġimgħat.

Rata parking (13,5 %)

6

X

Ċerti servizzi ta’ tiswija u servizzi relatati.

20. (1) Servizzi, minbarra dawk speċifikati fil-paragrafu 13(2), li jikkonsistu minn dan li ġej:

(a) it-tiswija jew il-manutenzjoni ta’ oġġetti mobbli, jew

(b) il-modifika ta’ oġġetti mobbli użati (minbarra xogħol kuntrattwali jew servizzi tat-tip speċifikat fis-subparagrafu (2)), iżda bl-esklużjoni tal-provvista matul kwalunkwe tiswija, manutenzjoni jew modifika bħal din ta’:

(i) aċċessorji jew batteriji, jew

(ii) tajers, kaxxi tat-tajers, treads tat-tajers interkambjabbli, tubi ta’ ġewwa u flaps tat-tajers, għal roti ta’ kull tip.

(2) Is-servizzi li ġejjin huma speċifikati għall-finijiet tas-subparagrafu (1):

(a) is-servizzi speċifikati fil-paragrafu 3(4) tal-Iskeda 2 (Xogħol fuq oġġetti mobbli għall-esportazzjoni);

(b) is-servizzi speċifikati fil-paragrafu 4(2) tal-Iskeda 2 (Tiswija, eċċ. ta’ bastimenti li jbaħħru jew inġenji tal-ajru);

(c) is-servizzi speċifikati fil-paragrafu 4(4) tal-Iskeda 2 (Tiswija, eċċ. ta’ tagħmir użat f’inġenji tal-ajru internazzjonali).

Rata parking (13,5 %)

7

X

Servizzi li jikkonsistu fil-kura tal-ġisem tal-bniedem, inklużi servizzi fornuti fl-ambitu ta’ negozju ta’ ċentru tas-saħħa jew negozju simili, iżda bl-esklużjoni tal-attivitajiet eżentati msemmija fil-Parti 1 tal-Iskeda 1 jew servizzi ta’ parrukkiera msemmija fil-paragrafu 13(3).

21. (1) Servizzi li jikkonsistu fil-kura tal-ġisem tal-bniedem, inklużi servizzi pprovduti fl-ambitu ta’ negozju ta’ ċentru tas-saħħa jew negozju simili, iżda li ma jinkludux attivitajiet eżentati msemmija fil-Parti 1 tal-Iskeda 1 jew servizzi ta’ parrukkiera msemmija fil-paragrafu 13(3).

Rata parking (13,5 %)

8

X

Servizzi fornuti fl-ambitu tal-professjoni tagħhom minn jockeys.

(2) Servizzi fornuti fl-ambitu tal-professjoni tagħhom minn jockeys.

Rata parking (13,5 %)

9

X

Servizzi fornuti fl-ambitu tal-professjoni tagħhom minn kirurgi veterinarji.

(3) Servizzi fornuti fl-ambitu tal-professjoni tagħhom minn kirurgi veterinarji.

Rata parking (13,5 %)

10

X

Servizzi fornuti fil-kors tal-professjoni tagħhom permezz ta’ gwidi tat-turisti.

(4) Servizzi fornuti fl-ambitu tal-professjoni tagħhom permezz ta’ gwidi tat-turisti.

Rata parking (13,5 %)

11

X

Struzzjoni fis-sewqan ta’ vetturi tat-triq immexxija b’mod mekkaniku, iżda bl-esklużjoni tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew tat-taħriġ mill-ġdid tat-tip speċifikat fil-paragrafu 4(3) tal-Iskeda 1.

(5) Struzzjoni fis-sewqan ta’ vetturi tat-triq bil-mutur, iżda bl-esklużjoni tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew tat-taħriġ mill-ġdid tat-tip speċifikat fil-paragrafu 4(3) tal-Iskeda 1.

Bħala Nota, il-paragrafu 4(3) tal-Iskeda 1 jiddikjara

“Il-forniment minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni rikonoxxuti mill-Istat ta’ edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika jew universitarja, jew taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid (inkluża l-provvista ta’ oġġetti u servizzi inċidentali għal dak il-forniment, minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ riċerka), u l-forniment minn persuni oħra ta’ edukazzjoni, taħriġ jew taħriġ mill-ġdid ta’ tip simili, iżda bl-esklużjoni tal-istruzzjoni fis-sewqan ta’ vetturi tat-triq bil-mutur għajr:

(a) vetturi ddisinjati jew mibnija għall-ġarr ta’ 1,5 tunnellati ta’ oġġetti jew aktar, jew

(b) vetturi ddisinjati jew mibnija għall-ġarr ta’ aktar minn 9 persuni (inkluż is-sewwieq).

Rata parking (13,5 %)

12

X

Il-provvista ta’ klieb tal-fenek ħajjin

(3) Il-provvista ta’ klieb tal-fenek ħajjin.

Rata parking (13,5 %)

13

X

Il-provvista ta’ servizzi ta’ inseminazzjoni għall-klieb tal-fenek

(4) Il-provvista ta’ servizzi ta’ inseminazzjoni għall-klieb tal-fenek.

Rata parking (13,5 %)

14

X

Karavan jew dar mobbli għall-użu bħala residenza.

1. (1) Din l-Ordni tista’ tiġi ċitata bħala l-Ordni dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Rifużjoni tat-Taxxa) (Nru 12), 1980.

(2) Din l-Ordni għandha titqies li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu, 1979.

2. (1) F’din l-Ordni “l-Att” tfisser l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, 1972 (Nru 22 tal-1972).

(2) Referenza f’din l-Ordni għal karavan tinkludi referenza għal dar mobbli jew kwalunkwe struttura simili ddisinjata primarjament għal skopijiet residenzjali.

3. Persuna li tistabbilixxi għas-sodisfazzjon tal-Kummissarji tad-Dħul li ġarrbet jew ħallset taxxa fir-rigward tal-provvista lilha jew l-importazzjoni minnha ta’ karavan u li tissodisfa l-kundizzjonijiet li huma speċifikati fil-paragrafu 4 ta’ din l-Ordni għas-sodisfazzjon tal-Kummissarji msemmija għandha tkun intitolata li titħallas lura daqstant minn tali taxxa kif speċifikat fil-paragrafu 5 ta’ din l-Ordni.

4. Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn persuna msemmija fil-paragrafu 3 ta’ din l-Ordni huma:

(a) għandha titlob rifużjoni tat-taxxa billi timla tali formola ta’ talba li tista’ tiġi pprovduta għall-iskop mill-Kummissarji tad-Dħul u għandha tiċċertifika d-dettalji murija f’tali formola ta’ talba bħala korretti;

(b) għandha tistabbilixxi li l-karavan li fir-rigward tiegħu ssir talba għal rifużjoni tat-taxxa:

(i) jintuża minnha bħala residenza permanenti għaliha nnifisha u li la hi u lanqas (jekk ikun raġel miżżewweġ li jkollu l-konjuġi tiegħu li jgħix/tgħix miegħu) il-konjuġi tiegħu ma jkollux/ikollhiex xi post ieħor ta’ residenza fl-Istat disponibbli għall-okkupazzjoni tiegħu, jew

(ii) huwa, fil-każ ta’ awtorità lokali, okkupat bħala residenza minn inkwilin tal-awtorità lokali;

(c) għandha, fil-każ ta’ persuna minbarra awtorità lokali, bil-produzzjoni ta’ ċertifikat mill-awtorità lokali xierqa jew ta’ tali evidenza dokumentarja oħra li tista’ tkun aċċettabbli għall-Kummissarji tad-Dħul, tistabbilixxi li l-karavan ġie kklassifikat skont l-Atti ta’ Valutazzjoni;

Rata parking (13,5 %)

15

X

Ħwejjeġ u xedd is-saqajn tat-tfal

10. (1) Il-provvista ta’ oġġetti tal-ħwejjeġ personali tat-tfal ta’ daqsijiet li ma jaqbżux id-daqsijiet ta’ dawk l-oġġetti xierqa għat-tfal ta’ binja medja ta’ 10 snin, iżda li jeskludu:

(a) oġġetti ta’ ħwejjeġ magħmula kompletament jew parzjalment mill-ġilda tal-fer minbarra ħwejjeġ sempliċiment imżejna b’ġilda tal-fer, sakemm it-tiżjin ma jkollux erja akbar minn kwint tal-erja tal-materjal ta’ barra, u

(b) oġġetti tal-ħwejjeġ li mhumiex deskritti, tikkettati, immarkati jew kummerċjalizzati abbażi tal-età jew tad-daqs.

(2) Il-provvista ta’ oġġetti tax-xedd tas-saqajn personali tat-tfal ta’ daqsijiet li ma jaqbżux id-daqs xieraq għat-tfal b’daqs medju tas-sieq ta’ 10 snin, iżda bl-esklużjoni tax-xedd tas-saqajn li mhuwiex deskritt, tikkettat, immarkat jew kummerċjalizzat abbażi tal-età jew tad-daqs.

(3) F’dan il-paragrafu, wild li jkollu 10 snin jew 10 snin u frazzjoni ta’ sena jitqies bħala wild ta’ 10 snin.

Eżenzjoni (0 %)

16

X

Bastimenti tad-dwal, fanali u dgħajjes tas-sopravivenza, għajnuniet għan-navigazzjoni

13. (1) Is-servizzi pprovduti mill-Kummissarji tal-Irish Lights b’rabta mal-operat ta’ bastimenti tad-dwal, fanali jew għajnuniet għan-navigazzjoni.

(2) Is-servizzi ta’ salvataġġ tal-ħajja pprovduti mir-Royal National Lifeboat Institution inkluż l-organizzazzjoni u l-manutenzjoni tas-servizz tad-dgħajjes ta’ salvataġġ.

Eżenzjoni (0 %)

L-Italja

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Tariffi ta’ abbonament għal servizzi ta’ xandir bir-radju ċirkolari bl-esklużjoni ta’ dawk imxandra f’forma kodifikata; servizzi tax-xandir bir-radju bl-esklużjoni ta’ dawk imxandra f’forma kodifikata li jinvolvu primarjament kwistjonijiet politiċi, kulturali, reliġjużi, sportivi, edukattivi, rikreattivi jew tat-trade unions imwettqa skont l-Artikolu 19(b) u (c) tal-Liġi Nru 103 tal-14 ta’ April 1975. Inklużi wkoll servizzi ta’ xandir bir-radju ċirkolari relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku jew mas-servizzi ta’ kiri tal-karozzi minn garaxx.

Tapplika, essenzjalment, għat-tariffa ta’ abbonament għas-servizzi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. Ma tapplikax għat-TV bil-ħlas.

Is-servizz tat-taxi bir-radju huwa ttrattat bħala s-servizz tax-xandir bir-radju ċirkolari soġġett għar-rata mnaqqsa ħafna ta’ 4 %.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

2

X

Il-provvista u l-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni mhux lussuża li tikkostitwixxi l-hekk imsejħa “prima casa” (proprjetà residenzjali primarja) għax-xerrej, kif ukoll it-tagħmir rilevanti (kundizzjonijiet stipulati fin-Nota II-bis tal-Artikolu 1 dwar it-tariffi, l-ewwel parti, annessa mat-Test Konsolidat tad-Dispożizzjonijiet dwar it-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni, approvata bid-Digriet Presidenzjali Nru 131 tas-26 ta’ April 1986).

Tapplika taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

− Id-dar tinbiegħ mill-intrapriża li bnietha jew irrinnovatha fi żmien 5 snin mit-tlestija tax-xogħlijiet (jew, jekk il-persuna taxxabbli tagħżel it-tassazzjoni sħiħa, wara dak il-perjodu) jew hija maħsuba għal akkomodazzjoni soċjali (il-bejgħ l-ieħor ta’ abitazzjonijiet privati huwa eżentat mill-VAT);

− Ix-xerrej ma jkunx sid fil-muniċipalità fejn jirrisjedi (jew fil-muniċipalità li fiha jkun intitolat jixtri l-ewwel dar), kwalunkwe abitazzjoni oħra, inklużi pro rata jew djar komuni mal-konjuġi tiegħu. Barra minn hekk, ix-xerrej ma jkunx sid fit-territorju nazzjonali kollu, lanqas pro rata jew b’mod komuni mal-konjuġi tiegħu, ta’ xi abitazzjoni oħra mixtrija bl-użu tat-tnaqqis fir-rata. Jekk ix-xerrej ikun sid ta’ abitazzjoni oħra, jista’ jibbenefika mir-rata mnaqqsa fuq ix-xiri tal-ewwel dar bil-kundizzjoni li jbigħ id-dar ta’ qabel fi żmien sena mix-xiri l-ġdid;

− id-dar mhijiex dar lussuża (id-djar lussużi huma identifikati skont il-klassifikazzjoni katastali tagħhom u huma: djar maestużi antiki, vilel, palazzi ta’ valur storiku u artistiku partikolari u kastelli, taħt il-kategoriji katastali A1, A8 u A9);

− id-dar tinsab fil-muniċipalità fejn ix-xerrej għandu r-residenza tiegħu (jew li jittrasferixxi fiha r-residenza tiegħu fi żmien 18-il xahar) jew, fejn differenti, fil-muniċipalità fejn ix-xerrej imexxi n-negozju tiegħu jew, jekk ix-xerrej ikun mar jgħix barra minn pajjiżu għal raġunijiet ta’ xogħol, fil-muniċipalità fejn l-impjegatur tiegħu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu jew imexxi n-negozju tiegħu jew, jekk ix-xerrej ikun emigra barra minn pajjiżu, fi kwalunkwe muniċipalità tat-territorju Taljan. Il-persunal tal-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà pubblika jistgħu wkoll jixtru l-ewwel dar tagħhom f’muniċipalità minbarra l-muniċipalità fejn jgħixu;

− it-tnaqqis japplika anke jekk il-proprjetà ma tkunx kompluta, dment li jinżamm l-użu oriġinali maħsub.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

3

X

Allokazzjonijiet, inkluż abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni għall-użu, tal-proprjetà residenzjali msemmija fin-Nru 21), magħmula mill-kooperattivi tal-akkomodazzjoni u mill-konsorzji tagħhom lill-membri tagħhom.

Il-kooperattivi tal-akkomodazzjoni jistgħu jkunu:

− karatterizzati mill-fatt li l-membri jiġu allokati d-dar bl-għan li jsiru s-sidien reali tagħha (“cooperative a proprietà divisa” – kooperattivi tal-akkomodazzjoni bi sjieda separata);

− karatterizzati mill-fatt li l-abitazzjonijiet jiġu allokati lill-membri abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni li jagħti d-dritt li jintużaw, mingħajr ebda trasferiment ta’ sjieda, li tibqa’ f’idejn il-kooperattiva (“cooperative a proprietà indivisa” - kooperattivi tal-akkomodazzjoni bi sjieda komuni).

L-allokazzjonijiet tal-abitazzjonijiet mill-kooperattivi tal-akkomodazzjoni jingħataw it-tnaqqis tar-rata taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti għall-assenjazzjoni tal-ewwel dar: il-membri jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għax-xiri ta’ prima casa u d-djar iridu jkunu “mhux lussużi” u jridu jkunu jinsabu fil-muniċipalità ta’ residenza jew fi kwalunkwe muniċipalità oħra fejn hija permessa r-rata mnaqqsa (ara Nru 2).

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

4

X

Il-provvista u l-kostruzzjoni ta’ djar rurali maħsuba għal użu residenzjali mis-sid tal-art jew minn kwalunkwe persuna oħra involuta fil-kultivazzjoni tal-art jew fit-trobbija tal-bhejjem u attivitajiet relatati mal-agrikoltura, fornuti minn kumpaniji tal-kostruzzjoni, anke jekk mhux kompluti, dment li jinżamm l-użu oriġinali maħsub, sa fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3, l-ittri c) u e), tad-Digriet-Liġi Nru 557 tat-30 ta’ Diċembru 1993, konvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 133 tas-26 ta’ Frar 1994.

− Id-djar huma maħsuba għall-abitazzjoni ta’ persuni involuti f’attivitajiet agrikoli, inkluż it-trobbija tal-bhejjem. Il-kostruzzjonijiet minbarra abitazzjonijiet privati huma esklużi mit-tnaqqis fir-rata;

− l-art li fuqha tinsab il-binja għandha erja tas-superfiċe ta’ mhux inqas minn 10 000 metru kwadru u hija rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet bl-introjtu agrarju rilevanti (l-Artikolu 9, il-paragrafu 3, l-ittra c);

− il-binjiet għal użu residenzjali jrid ikollhom il-karatteristiċi ta’ binjiet mhux lussużi (l-Artikolu 9, l-ittra e).

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

5

X

Servizzi pprovduti taħt kuntratti relatati mal-kostruzzjoni tal-binjiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Liġi Nru 408 tat-2 ta’ Lulju 1949, u l-emendi sussegwenti, lil persuni taxxabbli involuti fil-kostruzzjoni ta’ binjiet għal bejgħ sussegwenti, inklużi kooperattivi tal-akkomodazzjoni u l-konsorzji tagħhom, anke meta huma “cooperative a proprietà indivisa”.

Tapplika għal binjiet li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

− huma binjiet residenzjali mhux lussużi li jinkludu wkoll uffiċċji u ħwienet;

− jekk jinkludu wkoll uffiċċji u ħwienet, aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċe totali tas-sulari ’l fuq mil-livell tal-art trid tintuża għal skopijiet residenzjali filwaqt li mhux aktar minn 25 % tal-erja tas-superfiċe totali tas-sulari ’l fuq mil-livell tal-art tista’ tintuża għal skopijiet kummerċjali.

Il-kuntratt ta’ kostruzzjoni jiġi konkluż ma’ kumpaniji involuti fin-negozju tal-kostruzzjoni ta’ binjiet għall-bejgħ sussegwenti, inklużi kooperattivi tal-akkomodazzjoni u l-konsorzji tagħhom.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

6

X

Oġġetti, esklużi l-materja prima u l-materjali semimanifatturati, fornuti għall-kostruzzjoni, inkluż “in economia” (fuq bażi interna), tal-binjiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Liġi Nru 408 tat-2 ta’ Lulju 1949, kif emendata, u tal-binjiet rurali msemmija fin-Nru 21-bis)

Tapplika taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

− l-oġġetti lesti għall-kostruzzjoni huma inkorporati fil-binja mingħajr ma jitilfu l-karattru individwali tagħhom. Dawn jikkostitwixxu elementi strutturali u/jew funzjonali tal-binja, u b’hekk isiru parti integrali minnha (eż. oġġetti sanitarji, pajpijiet, bojlers, elementi tar-radjatur, eċċ.). Il-materja prima u l-materjali semimanifatturati (bħal briks, madum, imsiemer, vireg tal-ħadid, ġir, siment, eċċ.) huma esklużi;

− l-oġġetti lesti għall-kostruzzjoni huma maħsuba għall-kostruzzjoni ta’ binjiet residenzjali mhux lussużi (abitazzjonijiet privati, binjiet prinċipalment għal użu residenzjali, binjiet rurali, li ma jikkwalifikawx bħala djar lussużi);

− il-provvista tista’ ssir lil kumpaniji tal-kostruzzjoni, kooperattivi tal-akkomodazzjoni u individwi privati li jibnu abitazzjonijiet “in economia”;

− l-użu maħsub tal-oġġett lest huwa ddikjarat fid-dikjarazzjoni tax-xerrej u taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

7

X

Il-forniment ta’ servizzi skont kuntratti għal xogħlijiet li għandhom l-għan dirett li jegħlbu jew ineħħu ostakli arkitettoniċi.

Tapplika għal xogħlijiet għat-tneħħija ta’ ostakli arkitettoniċi li jxekklu l-mobbiltà ta’ persuni b’diżabbiltà, f’binjiet privati u pubbliċi u f’binjiet ta’ interess pubbliku.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

8

X

Il-provvista ta’ ikel u xorb li ssir f’kantins tal-persunal tal-kumpaniji u bejn il-kumpaniji, kantins ta’ skejjel ta’ kull tip u livell, u dispensi tal-ikel, anke fejn il-provvista ssir abbażi ta’ kuntratti ta’ akkwist jew ftehimiet speċjali.

Dan jirreferi għall-provvista ta’ ikliet lill-impjegati fil-pawżi skedati tagħhom f’nofsinhar matul is-sigħat tax-xogħol u l-provvista ta’ ikliet lill-istudenti matul is-sigħat tal-iskola. Il-provvista ta’ ikliet tista’ ssir ukoll taħt kuntratti jew ftehimiet speċjali konklużi mill-impjegatur jew mill-iskola.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

9

X

Il-provvista u l-kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet privati mhux lussużi, inklużi dawk allokati bħala sjieda jew abbażi ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni għall-użu tagħhom minn kooperattivi tal-akkomodazzjoni u l-konsorzji tagħhom lill-membri tagħhom, anke jekk mhux kompluti, dment li jinżamm l-użu maħsub oriġinali, meta ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fin-Nru 21) tal-Parti II tat-Tabella A; binjiet jew porzjonijiet ta’ binjiet, minbarra l-abitazzjonijiet privati msemmija hawn fuq, imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Liġi 408 tat-2 ta’ Lulju 1949, kif emendata u supplimentata sussegwentement, anke jekk mhux kompluti, dment li jinżamm l-użu maħsub oriġinali, fornuti minn kumpaniji tal-kostruzzjoni.

Tapplika għall-provvista u għall-kostruzzjoni ta’:

− abitazzjonijiet privati mhux lussużi. L-abitazzjonijiet mhux lussużi huma identifikati skont il-klassifikazzjoni katastali tagħhom u huma: djar maestużi antiki, vilel, palazzi ta’ valur storiku u artistiku partikolari, kastelli, taħt il-kategoriji katastali A1, A8 u A9 (ara l-punt 4) minbarra l-prima casa (ara l-punt 4);

− abitazzjonijiet privati mhux lussużi allokati mill-kooperattivi tal-akkomodazzjoni u mill-konsorzji tagħhom lill-membri tagħhom;

− binjiet jew porzjonijiet ta’ binjiet, minbarra l-prima casa, anke jekk jinkludu uffiċċji u ħwienet, li ma għandhomx il-karatteristiċi ta’ binjiet lussużi, anke jekk mhux kompluti, dment li jinżamm l-użu oriġinali maħsub, fornut minn kumpaniji tal-kostruzzjoni (il-binjiet jistgħu jinkludu wkoll uffiċċji u ħwienet. F’dak il-każ, aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċe totali ’l fuq mil-livell tal-art trid tintuża għal skopijiet residenzjali filwaqt li mhux aktar minn 25 % tal-erja tas-superfiċe totali ’l fuq mil-livell tal-art tista’ tintuża għal skopijiet kummerċjali (ara l-punt 7)).

Il-proprjetà immobbli tinbiegħ mill-intrapriża li bnietha jew irrinnovatha fi żmien 5 snin mit-tlestija tax-xogħlijiet (jew, jekk il-persuna taxxabbli tagħżel it-tassazzjoni sħiħa, wara dak il-perjodu). Il-bejgħ l-ieħor tad-djar huwa eżentat mill-VAT.

Rata mnaqqsa (10 %)

10

X

“Interventi di recupero” (xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni) imsemmija fl-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 457 tal-5 ta’ Awwissu 1978, esklużi dawk imsemmija fl-ittri a) u b) tal-ewwel paragrafu tal-istess Artikolu, inklużi dawk fuq binjiet minbarra binjiet residenzjali, binjiet pubbliċi jew binjiet ta’ interess pubbliku.

Tapplika għat-twettiq ta’ xogħol ta’ rinnovazzjoni tal-bini minbarra “interventi di manutenzione ordinaria” (xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ rutina) u “straordinaria” (xogħlijiet speċjali għar-rinnovazzjoni tal-binja).

Rata mnaqqsa (10 %)

11

X

Provvisti ta’ binjiet jew porzjonijiet ta’ binjiet li fuqhom sar xogħol ta’ rinnovazzjoni tal-bini skont l-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 457 tal-5 ta’ Awwissu 1978, esklużi dawk imsemmija fl-ittri a) u b) tal-ewwel paragrafu tal-istess Artikolu, mill-kumpaniji li wettqu x-xogħol.

Tapplika għall-provvista ta’ binjiet rinnovati mibjugħa mill-impriżi li wettqu x-xogħol ta’ rinnovazzjoni.

Rata mnaqqsa (10 %)

Il-Lussemburgu

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Inputs agrikoli, minbarra l-prodotti tal-intestatura NM 3808

Żwiemel, ħmir, bgħula tad-debba u bgħula tal-ħmara ħajjin, normalment maħsuba għall-użu fit-tħejjija ta’ oġġetti tal-ikel jew normalment użati minn persuna taxxabbli b’rabta man-negozju agrikolu jew tal-forestrija tagħha; annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi bovina; annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi porċina; annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi ovina u tal-ispeċi kaprina; tjur ħajjin tal-ispeċi Gallus domesticus; papri, wiżż, dundjani u fargħuni ħajjin; fniek domestiċi ħajjin; naħal domestiku; riżomi tar-rabarbru u kuruni tal-ispraġ; pjanti u għeruq taċ-ċikwejra (minbarra għeruq NM 1212; siġar, arbuxelli u buxxijiet, tat-tipi li jagħmlu frott li jittiekel, imlaqqma jew le; siġar tal-foresta; biċċiet u żraġen tad-dwieli maqlugħin mill-għeruq; żergħa bajda tal-fungi; nibbieta tal-ħaxix u pjanti tal-frawli; ċereali; żrieragħ taż-żejt u frott żejtni u żrieragħ u frott varji għaż-żrigħ u għall-konsum mill-annimali; pitravi taz-zokkor u kannamieli, friski jew imnixxfin, kemm jekk mitħunin kif ukoll jekk le; tiben u ħliefa taċ-ċereali, kemm jekk imqattgħin, mitħunin, ippressati jew fil-forma ta’ pellets kif ukoll jekk le; semen, ova u embrijuni ta’ annimali li normalment jinżammu f’azjenda agrikola; ġibs verġni u idrossidu tal-kalċju; pit (inkluż pit għall-marqad), kemm jekk agglomerat kif ukoll jekk le; fertilizzanti; suf mhux maħdum; servizzi agrikoli li normalment jikkontribwixxu għall-produzzjoni agrikola jew forestali (kultivazzjoni, ħsad, dris, ippressar, ġbir u ħsad, inkluż iż-żrigħ u t-tħawwil); l-ippakkjar u l-imballaġġ, bħat-tnixxif, il-ħżin, it-trasport u l-ħżin tal-oġġetti tal-ikel, u servizzi oħra li normalment jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-ikel; l-imballaġġ u l-kundizzjonament, bħat-tnixxif, it-tindif, it-tifrik, id-diżinfezzjoni u l-insilaġġ ta’ prodotti agrikoli; il-ħżin ta’ prodotti agrikoli; servizzi relatati mal-inseminazzjoni artifiċjali, il-ġbir ta’ bajd u embrijuni u t-trasferiment ta’ embrijuni minn annimali li normalment jinżammu f’razzett; servizzi relatati mat-titjib tar-razez ta’ annimali normalment imrobbija f’azjenda agrikola; iż-żamma, it-tnissil jew is-simna ta’ annimali normalment imrobbija f’azjenda agrikola; il-kiri ta’ żwiemel tal-ġarr; iż-żbir tas-siġar tal-frott; servizzi ta’ appoġġ tekniku għal azjendi agrikoli u forestali, inklużi servizzi relatati mal-ispezzjoni ta’ prodotti agrikoli jew forestali; il-qerda ta’ pjanti u annimali dannużi u operazzjonijiet ta’ diżinfezzjoni u ta’ tbexxix imwettqa f’għelieqi, f’boskijiet, f’ġonna tas-siġar tal-frott u f’vinji; operazzjoni ta’ irrigazzjoni u installazzjonijiet tad-drenaġġ).

Oġġetti esklużi: prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tal-intestatura NM 3808.

Servizzi esklużi: kiri ta’ makkinarju u ta’ tagħmir agrikolu jew forestali; trasport ta’ prodotti agrikoli jew forestali; qtugħ u trasport tal-injam.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

2

X

Ħwejjeġ, xedd ir-ras, xalel, ingwanti u żraben għal tfal taħt l-14-il sena

Ħwejjeġ, xedd ir-ras, xalel u ingwanti li jaqgħu taħt il-kapitoli NM 61, 62 u 65, sa fejn ikunu ddisinjati u tipiċi għal tfal taħt l-14-il sena; żraben tas-subien li jaqgħu taħt il-kapitolu NM 64, sa u inkluż id-daqs 40; żraben tal-bniet li jaqgħu taħt il-Kapitolu NM 64, sa u inkluż id-daqs 35½ (35 jekk ma jkun hemm l-ebda nofs daqs) fil-każ ta’ żraben ballerina (żraben ħfief, miftuħa jew b’qatgħa baxxa mingħajr qafliet), u sa u inkluż id-daqs 38½ (38 jekk ma jkun hemm l-ebda nofs daqs) fil-każ ta’ kwalunkwe tip ieħor ta’ żarbun, dment li l-għoli massimu tal-għarqub, inkluż il-qiegħ, ma jkunx aktar minn 4 cm.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

3

X

Servizzi ta’ ristoranti u catering, esklużi tali servizzi jew il-parti ta’ tali servizzi li jinvolvu xarbiet alkoħoliċi

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

4

X

Akkomodazzjoni f’bini li persuna taxxabbli tirriżerva għall-akkomodazzjoni temporanja ta’ persuni u l-kiri ta’ kampijiet tal-btajjel jew postijiet tal-kampeġġ

Il-kiri ta’ akkomodazzjoni jew kmamar bl-għamara mill-operatur ta’ stabbiliment ta’ lukanda u, b’mod aktar ġenerali, minn kwalunkwe persuna li topera stabbiliment fejn il-klijenti li jħallsu jiġu akkomodati temporanjament, inkluż il-kiri ta’ karavans stabbiliti fil-post; il-kiri ta’ piċċ mill-operatur ta’ kamp tal-btajjel jew post tal-kampeġġ; operazzjonijiet anċillari għall-kiri, bħall-forniment tal-ilma, tal-elettriku jew tas-sħana u l-forniment tal-faċilitajiet tal-istabbiliment, tal-kamp jew tas-sit, sal-punt li wieħed ma jkollux iħallas għal dawn l-operazzjonijiet bħala tali.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

5

X

L-għoti ta’ aċċess għal kunċerti, wirjiet teatrali, koreografiċi u ċinematografiċi, wirjiet, divertiment, konferenzi, korsijiet u avvenimenti oħra ta’ natura xjentifika, kulturali, edukattiva, ekonomika jew professjonali, kif ukoll għal mużewijiet, arkivji, ġonna botaniċi jew żooloġiċi, parks naturali u ċirki

Inklużi operazzjonijiet anċillari bħas-servizz ta’ vestjarju, il-bejgħ ta’ programmi u r-riservazzjonijiet tas-sits.

Ma tkoprix tranżazzjonijiet anċillari bħal kunsinni ta’ xorb, ikel, tabakk jew ħelu.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

6

X

L-għoti tad-dritt ta’ aċċess għal faċilitajiet sportivi u l-użu tagħhom

Inklużi operazzjonijiet anċillari bħar-riżervazzjonijiet tas-sits, is-servizzi ta’ vestjarju u l-forniment ta’ oġġetti sportivi.

Ma tkoprix tranżazzjonijiet anċillari bħal kunsinni ta’ xorb, ikel, tabakk jew ħelu.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

7

X

Ġbir tal-iskart u trattament tal-iskart

Inkluża l-operazzjoni anċillari li l-utent jiġi pprovdut kontenituri jew reċipjenti oħra għat-tneħħija tal-iskart domestiku.

Ma tkoprix il-kunsinna ta’ oġġetti rkuprati mill-qerda tal-iskart.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

8

X

Ir-rimi u t-trattament tad-drenaġġ u t-tbattil ta’ tankijiet settiċi u tankijiet industrijali

Ma tkoprix il-kunsinna ta’ oġġetti rkuprati b’rabta mar-rimi u mat-trattament tal-ilma mormi jew it-tbattil ta’ tankijiet settiċi u tankijiet industrijali.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

9

X

Servizzi pprovduti mill-impriżi funebri u mill-krematorji

Teskludi provvisti ta’ oġġetti magħmula minn impriżi funebri u krematuri b’rabta ma’ dfin, eżumazzjonijiet u kremazzjonijiet, bħall-provvista ta’ twiebet, kuruni jew fjuri.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

10

X

Servizzi pprovduti minn kittieba, kompożituri u artisti u mir-royalties dovuti lilhom

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

11

X

Ir-riċeviment ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni minbarra dawk b’kontenut maħsub esklużivament għall-adulti, irrispettivament min-network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

Kun af li: Il-Lussemburgu japplika l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2006/112/KE, u jikkunsidra l-provvista ta’ proprjetà immobbli bħala t-twettiq ta’ xogħol fuq proprjetà immobbli, inkluż dak li jinvolvi l-inkorporazzjoni ta’ proprjetà mobbli fi proprjetà immobbli, iżda jeskludi operazzjonijiet ta’ manutenzjoni ta’ rutina mwettqa fuq proprjetà immobbli.

Limitu: Il-fatturi jridu jkunu fuq bażi individwali għal ammont li jaqbeż EUR 1 250 eskluża l-VAT.

12

X

L-użu ta’ abitazzjoni bħala residenza prinċipali minn sid l-abitazzjoni li jkunu sarulha ċerti xogħlijiet ta’ ħolqien u rinnovazzjoni

Prinċipju: Sid l-abitazzjoni jitqies, għall-kostruzzjoni/għar-rinnovazzjoni tal-abitazzjoni, bħala persuna taxxabbli għal finijiet tal-VAT; il-fornituri u min jipprovdi x-xogħlijiet għall-ħolqien u għar-rinnovazzjoni tal-abitazzjoni japplikaw ir-rata tal-VAT normalment applikabbli għall-operazzjonijiet tagħhom; ladarba jitlestew ix-xogħlijiet, is-sid jagħmel il-provvista tal-abitazzjoni lilu nnifsu bir-rata mnaqqsa ħafna tal-VAT u jista’ jnaqqas il-VAT fatturata mill-fornituri u minn min jipprovdi x-xogħol; l-ebda numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ma jiġi allokat lil sid l-abitazzjoni, u għalhekk ma jistax jagħmel akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji ta’ oġġetti.

Operazzjonijiet koperti relatati mal-“ħolqien”, imwettqa sal-livell tal-ħidma strutturali magħluqa bl-istadju tat-tlestija inkluż il-kisi tal-art, tas-soqfa u tal-ħitan kif ukoll il-konnessjoni tiegħu mal-infrastrutturi pubbliċi li ġejjin: drenaġġ, ilma, elettriku, gass, komunikazzjonijiet, tisħin distrettwali, toroq: il-kostruzzjoni ta’ abitazzjoni; il-konverżjoni f’abitazzjoni ta’ binja jew ta’ parti minn binja li qabel kienet tintuża għal skopijiet oħra; l-estensjoni ta’ abitazzjoni eżistenti; il-kostruzzjoni, il-konverżjoni jew l-estensjoni tal-garaxxijiet u tal-parkeġġi li jmissu mal-abitazzjoni, jew li huma separati minnha iżda li jinsabu qribha, dment li jintużaw mal-abitazzjoni minn sid l-abitazzjoni.

Operazzjonijiet koperti fir-rigward tar-“rinnovazzjoni”: xogħol ta’ titjib sostanzjali mwettaq wara l-akkwist ta’ abitazzjoni u li jitlesta fi żmien 5 snin minn dak l-akkwist; xogħlijiet sostanzjali ta’ titjib f’abitazzjoni li l-kostruzzjoni tagħha tmur lura mill-inqas 10 snin fil-bidu tax-xogħlijiet imsemmija, imlestija fi żmien sentejn mill-bidu tagħhom, dment li jkunu inklużi fil-lista ta’ operazzjonijiet koperti taħt "ħolqien", jew li jinvolvu l-kostruzzjoni jew id-demolizzjoni ta’ ħitan diviżorji interni, it-tħaffir ta’ bibien jew twieqi ġodda, jew l-għeluq ta’ bibien jew twieqi eżistenti.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

13

X

L-assenjazzjoni ta’ abitazzjoni għall-użu bħala residenza prinċipali minn persuna minbarra sid l-abitazzjoni li jkunu qegħdin isirulha ċerti xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni

L-istess prinċipju bħal dak taħt il-punt 12a u l-istess operazzjonijiet koperti taħt “rinnovazzjoni” fil-punt 12a.

Limitu: Il-fatturi jridu jkunu fuq bażi individwali għal ammont li jeskludi l-VAT u li jaqbeż EUR 3 000.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

14

X

Ċerti xogħlijiet ta’ ħolqien u ta’ rinnovazzjoni mwettqa għall-benefiċċju ta’ abitazzjoni użata bħala residenza prinċipali minn sid l-abitazzjoni

Prinċipju: Applikazzjoni diretta tar-rata mnaqqsa ħafna mill-fornitur ta’ ċerti xogħlijiet ta’ ħolqien/rinnovazzjoni abbażi ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni provviżorja maħruġa mill-amministrazzjoni kompetenti tal-VAT lil sid l-abitazzjoni.

Operazzjonijiet koperti: l-istess bħal dawk koperti fil-punt 12a.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

15

X

Ċertu xogħol ta’ rinnovazzjoni mwettaq għall-benefiċċju ta’ abitazzjoni użata bħala residenza prinċipali minn persuna minbarra sid l-abitazzjoni

L-istess prinċipju kif imsemmi fil-punt 13a u l-istess operazzjonijiet koperti taħt “rinnovazzjoni” fil-punt 12a.

Limitazzjonijiet: ● L-element tal-abitazzjoni jibbenefika mill-miżura tat-taxxa biss jekk jintuża għall-fini ta’ abitazzjoni prinċipali: fil-każ ta’ “ħolqien”, min-naħa tas-sid biss, fil-każ ta’ “rinnovazzjoni”, jew min-naħa tas-sid jew min-naħa ta’ persuna oħra minbarra s-sid. ● L-ammont kumulattiv ta’ taxxa li jirriżulta mill-applikazzjoni, għax-xogħlijiet ta’ ħolqien u ta’ rinnovazzjoni, ta’ rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata applikabbli normalment u r-rata mnaqqsa ħafna (il-punt 13 tal-prinċipju) u tat-taxxa rimborżata (il-punt 12 tal-prinċipju) ma jistax jaqbeż, rispettivament, għal kull abitazzjoni maħluqa u/jew rinnovata, l-ammont ta’ EUR 50 000. ● Perjodu ta’ sentejn li matulu l-użu ta’ abitazzjoni li ppermettielha tibbenefika mill-miżura tat-taxxa jrid jibqa’ l-istess.

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

16

X

Inbid ta’ għeneb frisk li fih 13° jew inqas ta’ alkoħol, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed imqawwijin, inbejjed spumanti u nbejjed likuri

Rata parking (14 %)

17

X

Preparazzjonijiet għall-ħasil u għat-tindif

Preparazzjonijiet għall-ħasil ibbażati fuq aġenti tensjoattivi (deterġenti), f’forma likwida, trab jew pejst, użati għall-ħasil tal-platti jew oġġetti tal-kċina, għal skopijiet domestiċi jew industrijali; preparazzjonijiet awżiljarji għall-ħasil għat-tixrib (qabel il-ħasil), it-tlaħliħ jew l-ibbliċjar tal-ħwejjeġ; preparazzjonijiet għat-tindif għall-kura tal-art, tat-twieqi jew ta’ uċuħ oħra, li jista’ jkun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ materja bir-riħa

Rata parking (14 %)

18

X

Materjal ta’ reklamar stampat, katalgi kummerċjali u affarijiet simili; pubblikazzjonijiet ta’ propaganda turistika

Rata parking (14 %)

19

X

Tisħin, tkessiħ u fwar, ħlief sħana pprovduta permezz ta’ network tat-tisħin kif imsemmi fil-punt 3 tal-Anness A

Rata parking (14 %)

20

X

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Rata parking (14 %)

21

X

Ġestjoni ta’ krediti u garanziji ta’ kreditu minn persuna jew korp minbarra dawk li taw il-krediti

Rata parking (14 %)

Il-Portugall

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Inbid (inbejjed tal-mejda komuni)

“Inbejjed tal-mejda komuni” jeskludu “inbejjed speċjali” bħal inbejjed imqawwijin, inbejjed likuri jew inbejjed spumanti.

Ir-rata parking tapplika għall-provvista tal-inbid, irrispettivament mill-istatus tal-fornitur jew tal-akkwirent tal-prodott.

Rata parking (13 %)

2

X

Għodod u tagħmir agrikoli, silos mobbli, kultivaturi bil-mutur, pompi mħaddma bl-elettriku, pompi elettriċi, tratturi agrikoli (ikklassifikati bħala tali fid-dokumenti tas-sid rispettiv), u magni u apparati oħra maħsuba esklużivament jew prinċipalment għall-agrikoltura, għar-ragħa jew għall-forestrija

L-applikazzjoni tar-rata parking għal għodod u tagħmir agrikoli mhijiex soġġetta għal kundizzjonijiet addizzjonali, jiġifieri n-natura jew l-istatus tal-akkwirent tal-merkanzija. Ir-rata parking ma tapplikax għas-sempliċi provvista ta’ partijiet u komponenti ta’ dak it-tagħmir. Skont l-interpretazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, l-espressjoni “maħsub esklużivament jew prinċipalment għall-agrikoltura, għar-ragħa jew għall-forestrija” tkopri tagħmir li l-karatteristiċi tiegħu jimplikaw l-użu tagħhom esklużivament jew prinċipalment f’dawk l-attivitajiet.

Rata parking (13 %)

Spanja

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Il-provvista ta’ akkomodazzjoni kklassifikata b’mod amministrattiv bħala uffiċjalment protetta.

Lokazzjoni ta’ binjiet jew ta’ partijiet minnhom maħsuba esklużivament għal abitazzjonijiet ikklassifikati b’mod amministrattiv bħala uffiċjalment protetti.

L-akkomodazzjoni bi protezzjoni pubblika hija kkwalifikata bħala tali mil-liġi, filwaqt li jitqiesu ċerti parametri tal-erja massima, il-prezz tal-abitazzjoni u l-limitu tal-introjtu tax-xerrejja jew tal-utenti

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

2

X

Is-servizzi ta’ telekura, għajnuna fid-dar, ċentru ta’ matul il-jum u ta’ billejl u kura residenzjali, għal persuni f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza

Is-servizzi jridu jingħataw f’postijiet irranġati f’ċentri jew residenzi jew permezz ta’ prezzijiet derivati minn kompetizzjoni amministrattiva mogħtija lill-kumpaniji fornituri.

Il-Liġi 39/2006, tal-14 ta’ Diċembru, dwar il-Promozzjoni tal-Awtonomija Personali u l-Attenzjoni għall-persuni f’sitwazzjoni ta’ dipendenza (BOE ta’ Diċembru 15) tiddefinixxi l-kontenut ta’ dawn is-servizzi.

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

Malta

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Kustodja u ġestjoni tat-titoli

Rata parking (12 %)

2

X

Ġestjoni tal-kreditu u garanziji ta’ kreditu

Ġestjoni tal-kreditu u garanziji ta’ kreditu minn persuna jew korp minbarra dawk li taw il-kreditu

Rata parking (12 %)

3

X

Lokazzjoni ta’ dgħajsa għad-divertiment

Lokazzjoni ta’ dgħajsa għad-divertiment lil persuna taħt arranġament għal kwalunkwe terminu jew parti minn terminu li, meta miżjud mat-terminu tal-lokazzjoni preċedenti, tal-istess oġġetti jew oġġetti oħra tal-istess tip, lill-istess persuna matul it-tnax (12)-il xahar preċedenti li jintemmu fid-data tal-bidu tal-lokazzjoni eżistenti, ma jaqbiżx il-5 ġimgħat.

Rata parking (12 %)

4

X

Kura tal-ġisem tal-bniedem

Servizzi li jikkonsistu fil-kura tal-ġisem tal-bniedem li għandhom jiġu pprovduti minn persuna fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe professjoni regolata mill-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (il-Kap. 464), inklużi servizzi pprovduti fl-ambitu ta’ negozju ta’ ċentru tas-saħħa jew negozju simili, iżda mhux inklużi provvisti eżentati msemmija fil-punt 11 tat-Taqsima Tnejn tal-Ħames Skeda.

Rata parking (12 %)

Ċipru

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Dritt ta’ ammissjoni mill-ewwel spettaklu

Dħul mill-ewwel wirja ta’ spettakli teatrali, mużiċisti u żfin

xogħlijiet jew proġetti klassiċi

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

2

X

Tindif tat-toroq, ġbir u trattament tal-iskart

Tindif tat-toroq, servizzi ta’ ġbir u trattament tal-iskart, esklużi s-servizzi pprovduti minn awtoritajiet pubbliċi, awtoritajiet lokali u korpi rregolati mid-dritt pubbliku

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

3

X

Rimi u trattament tal-ilma mormi

Rimi u trattament tal-ilma mormi u evakwazzjoni ta’ tankijiet settiċi u industrijali

Rata mnaqqsa ħafna (3 %)

Il-Greċja

Numru

Bażi legali

Test tad-dispożizzjonijiet ewlenin

Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni

Rata jew eżenzjoni

105a(1)

105(3)

105b

1

X

Il-forniment ta’ servizzi relatati mal-eliminazzjoni jew mat-tneħħija ta’ ostakli arkitettoniċi

Il-forniment ta’ servizzi abbażi ta’ kuntratti għal xogħlijiet maħsuba esklużivament biex jegħlbu jew inaqqsu l-ostakli arkitettoniċi li jirrestrinġu l-mobbiltà ta’ persuni b’diżabbiltà f’binjiet pubbliċi jew privati jew binjiet li jservu interess pubbliku. Ir-rata tat-taxxa għas-servizzi msemmija f’din id-Deċiżjoni għandha tkun ta’ erbgħa fil-mija (4 %).

Rata mnaqqsa ħafna (4 %)

2

X

Makkinarju agrikolu

Tratturi agrikoli u tratturi tal-forestrija, makkinarju agrikolu, apparat u għodod

Rata parking (13 %)

(1)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1 ), kif emendata.

(2)

   L-Artikolu 98(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva tal-VAT.

(3)

   L-Artikolu 105a(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva tal-VAT.

(4)

   L-Artikolu 105b(2) tad-Direttiva tal-VAT.

(5)

   L-Artikolu 105a(5) tad-Direttiva tal-VAT.

(6)

   L-Artikolu 105a(1), ir-raba’ subparagrafu; L-Artikolu 105a(3), it-tielet subparagrafu; L-Artikolu 105b(3) tad-Direttiva tal-VAT.

(7)

   Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.

(8)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 li tissupplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali, ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1.

(9)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1992 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 384, 30.12.1992, p. 47.

(10)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/77/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 li tissupplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (approssimazzjoni tar-rati tal-VAT), ĠU L 316, 31.10.1992, p. 1.

(11)

   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 107, 6.4.2022, p. 1.

(12)

L-Artikolu 105a(1) tad-Direttiva tal-VAT.

(13)

   L-Artikolu 105a(3) tad-Direttiva tal-VAT.

(14)

   L-Artikolu 105b tad-Direttiva tal-VAT.

(15)

   Rata tal-VAT applikata fi Franza: 2,1 %.

(16)

   Rata tal-VAT applikata fl-Irlanda: 13,5 %.

(17)

   Rata tal-VAT applikata fil-Lussemburgu: 14 %.