|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1058 |
11.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1058
tal-5 ta’ Mejju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Marzu 2026 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) (ECB/2026/8) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) ilu soġġett għall-Artikolu 27.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru), Ernst and Young Audit OOD, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2026. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għalhekk irrakkomanda li l-Kunsill japprova l-awdituri esterni attwali, Ernst and Young Audit OOD, bħala l-awdituri esterni ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) għas-sena finanzjarja 2026. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“21. Ernst and Young Audit OOD huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) għas-sena finanzjarja 2026.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU C, C/2026/1938, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1938/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/70(1)/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1058/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)