|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2566 |
30.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2566
tat-23 ta’ Settembru 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehim Ewropew dwar il-ħidma tal-ekwipaġġi ta’ vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq (AETR) u fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) fir-rigward tal-emendi għall-Appendiċi 1B tal-Anness għall-AETR
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewropew dwar il-ħidma ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq (AETR) (1) daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Jannar 1976. L-aħħar li dan ġie emendat kien fl-20 ta’ Settembru 2010. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 22bis tal-AETR, proposti għal emendi għall-Artikoli introduttorji tal-Appendiċi 1B tal-Anness tal-AETR jistgħu jiġu adottati mill-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) b’maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti preżenti u li jivvutaw. Wara l-adozzjoni, l-emendi jiġu ppreżentati lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal notifika lill-Partijiet Kontraenti kollha. |
|
(3) |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u l-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq ġew stabbiliti min-NU/KEE fil-qafas tal-AETR. Il-Grupp ta’ Ħidma huwa korp li għandu s-setgħa li jiżviluppa u jadotta emendi għall-Artikoli introduttorji tal-Appendiċi 1B tal-Anness għall-AETR, filwaqt li l-Grupp ta’ Esperti huwa korp li għandu s-setgħa li jiżviluppa u jissottometti proposti għal emendi għall-Grupp ta’ Ħidma. |
|
(4) |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u l-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq, matul is-sessjonijiet tagħhom li għandhom isiru rispettivament fit-28 ta’ Ottubru 2024 u mid-29 sal-31 ta’ Ottubru 2024, jew f’sessjonijiet sussegwenti, ser jiżviluppaw, rispettivament, il-proposta għal u l-adozzjoni tal-emenda tal-Appendiċi 1B tal-Anness għall-AETR relatata mal-implimentazzjoni futura ta’ ċerti attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni fil-qafas għall-Anness għall-AETR. Dawk l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni huma meħtieġa biex titħaddem l-iskema tat-takografu diġitali tal-AETR, li hija bbażata b’mod ġenerali fuq is-sistema tal-Unjoni. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq, peress li l-emendi għall-Appendiċi 1B tal-Anness għall-AETR ser ikunu vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 21(6) u 22bis(2) tal-AETR, u huma kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 (2) u (UE) Nru 165/2014 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
L-emendi proposti għandhom l-għan li jsolvu sitwazzjoni diffiċli fl-implimentazzjoni tal-iskema tat-takografu diġitali tal-AETRrigward il-provvista ta’ ċerti attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti Partijiet Kontraenti tal-AETR mhux tal-UE skont memorandum ta’ qbil iffirmat bejn n-NU/KEE u s-servizzi tal-Kummissjoni fl-2009. Dak il-memorandum ta’ qbil ġie imġedded diversi drabi permezz ta’ arranġamenti amministrattivi, u l-aktar reċenti ġie imġedded fit-28 ta’ Novembru 2023 għal perjodu sal-31 ta’ Mejju 2024. |
|
(7) |
Skont dawn l-arranġamenti amministrativi, il-Kummissjoni toħroġ ċertifikati ta’ interoperabbiltà lill-manifatturi tal-apparat, li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip AETR ta’ tali apparat. Ir-Rekwiżit 278 tal-Appendiċi 1B tal-Anness tal-AETR bħalissa jipprevedi korp kompetenti wieħed li jkun responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-interoperabbiltà. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll għall-ħidmiet relatati mal-ġenerazzjoni, iż-żamma u l-ġestjoni tal-par kjavi Ewropej fi ħdan l-infrastruttura tal-kjavi pubblika tas-sistema tat-takografu diġitali tal-AETR. Dan il-par kjavi jintuża biex jiċċertifika l-kjavi pubbliċi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti, li huma stess jintużaw biex jiċċertifikaw il-kjavijiet imdaħħla f’kull biċċa apparat. Ir-rekwiżit CSM_007 tas-Sottoappendiċi XI tal-Appendiċi 1B tal-AETR bħalissa jipprevedi korp rikonoxxut f’livell internazzjonali li jkun responsabbli għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tal-għerq. |
|
(9) |
Wara d-deċiżjoni mill-Kummissjoni li tissospendi dawk l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni għar-Russja u għall-Belarussja bħala riżultat tal-gwerra ta’ agressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bl-appoġġ militari kontinwu minn Belarus, ir-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-AETR ġie ddubitat minn dawk il-pajjiżi. Għalhekk arranġament amministrattiv ġdid huwa improbabbli ħafna, li jipperikola l-attivitajiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikazzjoni mill-Kummissjoni għal 14-il Parti Kontraenti oħra tal-AETR mhux tal-UE. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa proposta biex jiġi emendat l-Appendiċi 1B tal-Anness tal-AETR biex ir-rwol tal-Kummissjoni jiġi rikonoxxut fl-AETER innifsu, biex tkompli tappoġġa l-implimentazzjoni tal-AETR u tipprovdi attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni għal pajjiżi mhux tal-UE taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
(11) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Esperti tal-AETR għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni, u l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq għandha tiġi espressa mill-Istati Membri filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fis-36 sessjoni tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehim Ewropew dwar il-ħidma ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq (AETR) u fil-119-il sessjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), jew fi kwalunkwe sessjoni sussegwenti, rigward l-emendi għall-Appendiċi 1B tal-Anness tal-AETR hija stabbilita fl-Hemża ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Bidliet minuri fil-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni fil-Grupp ta’ Esperti dwar l-AETR u mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, fil-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar it-Trasport bit-Triq.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
FELDMAN Z.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
HEMŻA
L-Artikolu 2(2) tal-Appendiċi 1B tal-Anness għall-AETR huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.4.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdied il-punt li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2566/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)