European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2624

24.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2624

tal-20 ta’ Novembru 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1), l-Artikolu 232(1), il-punt (b), u l-Artikolu 232(3), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 14 il tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċji ta’ Alberta, British Columbia, Manitoba, Saskatchewan u Quebec, li ġew konfermati bejn it-30 ta’ Ottubru 2026 u s-16 ta’ Novembru 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar seba’ tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ East Riding of Yorkshire, Lancashire, Lincolnshire, u Norfolk, fl-Ingilterra, u fiż-żona amministrattiva ta’ Orkney, fl-Iskozja, li ġew ikkonfermati bejn l-4 ta’ Novembru 2026 u t-12 ta’ Novembru 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni b’seba’ tifqigħat ġodda tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California, Idaho, Kansas, Oregon, South Dakota, Utah u Washington, li ġew konfermati bejn l-4 ta’ Novembru 2026 u t-12 ta’ Novembru 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti nnotifikaw l-istabbiliment ta’ żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti ssottomettew iktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(10)

L-informazzjoni pprovduta mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dawk il-pajjiżi terzi, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Barra minn hekk, il-Kanada pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha fir-rigward ta’ tliet tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella tal-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Il-Kanada infurmat lill-Kummissjoni li, wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimentat politika tal-qerda biex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lestiet ukoll it-tindif u d-diżinfettar meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada f’dak ir-rigward u jidhrilha li tat garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness V, u fit-tabella tat-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, m’għadhiex qed toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tal-Kanada li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għall-Kanada f’dawk it-tabelli ta’ dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(14)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.280, CA-2.281 u CA-2.282 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.280

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

11.11.2026

 

CA-2.281

N, P1

 

11.11.2026

 

CA-2.282

N, P1

 

11.11.2026”

 

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.292 u CA-2.293 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.292

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

6.11.2026

 

CA-2.293

N, P1

 

6.11.2026”

 

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.295 u CA-2.296 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.295

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.11.2026

 

CA-2.296

N, P1

 

12.11.2026”

 

(iv)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.342 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.342

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.9.2026

13.11.2026”

(v)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.345 u CA-2.346 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.345

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.9.2026

13.11.2026

CA-2.346

N, P1

 

1.10.2026

14.11.2026”

(vi)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.356 sa CA-2.366 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.355:

“CA

Il-Kanada

CA-2.356

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.10.2026

 

CA-2.357

N, P1

 

1.11.2026

 

CA-2.358

N, P1

 

5.11.2026

 

CA-2.359

N, P1

 

4.11.2026

 

CA-2.360

N, P1

 

5.11.2026

 

CA-2.361

N, P1

 

9.11.2026

 

CA-2.362

N, P1

 

10.11.2026

 

CA-2.363

N, P1

 

12.11.2026

 

CA-2.364

N, P1

 

16.11.2026

 

CA-2.365

N, P1

 

16.11.2026

 

CA-2.366

N, P1

 

14.11.2026”

 

(vii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.474 sa GB-2.480 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.473:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.474

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.11.2026

 

GB-2.475

N, P1

 

7.11.2026

 

GB-2.476

N, P1

 

7.11.2026

 

GB-2.477

N, P1

 

9.11.2026

 

GB-2.478

N, P1

 

11.11.2026

 

GB-2.479

N, P1

 

12.11.2026

 

GB-2.480

N, P1

 

12.11.2026”

 

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1437 sa US-2.1443 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1436:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1437

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.11.2026

 

US-2.1438

N, P1

 

4.11.2026

 

US-2.1439

N, P1

 

4.11.2026

 

US-2.1440

N, P1

 

5.11.2026

 

US-2.1441

N, P1

 

6.11.2026

 

US-2.1442

N, P1

 

6.11.2026

 

US-2.1443

N, P1

 

12.11.2026”

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.356 sa CA-2.366 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.355:

“Il-Kanada

CA-2.356

Alberta – Latitude 52.76, Longitude -113.08

The municipalities involved are:

3km PZ: Wetaskiwin

10km SZ: Camrose, Ferintosh, Maskwacis, Ponoka, Samson, and Wetaskiwin

CA-2.357

Manitoba – Latitude 50.27, Longitude -98.061

The municipalities involved are:

3km PZ: Portage la Praire

10km SZ: Delta Beach, High Bluffs, Oakland, Portage la Praire, and Saint Marks

CA-2.358

Quebec – Latitude 47.02, Longitude -70.8

The municipalities involved are:

3km PZ: L'Île-d'Orléans, Sainte-Famille-de-Îled'Orléans and Saint-Jean-de-l'Île-d'Orléans

10km SZ: L'Île-d'Orléans, Saint-François-del'Île-d'Orléans, Sainte-Famille-de-l'Îled'Orléans, Saint-Jean-de-l'Île-d'Orléans, Saint-Laurent-de-l'Île-d'Orléans, and Saint-Pierre-del'Île-d'Orléans

CA-2.359

Alberta – Latitude 53.91, Longitude -113.71

The municipalities involved are:

3km PZ: Sturgeon, Vimy and Westlock

10km SZ: Alcomdale, Busby, Legal, Pickardville, Sturgeon, Vimy and Westlock

CA-2.360

Alberta – Latitude 52.76, Longitude -114.55

The municipalities involved are:

3km PZ: Bluffton and Ponoka

10km SZ: Bluffton, Clearwater, Hoadley, Ponoka, Wetaskiwin

CA-2.361

Alberta – Latitude 54.49, Longitude -113.86

The municipalities involved are:

3km PZ: Westlock County

10km SZ: Westlock County, Lesser Slave River

CA-2.362

Saskatchewan – Latitude 52.28, Longitude -105.76

The municipalities involved are:

3km PZ: Bayne

10km SZ: Bayne, Grant, Prud’homme

CA-2.363

Saskatchewan – Latitude 52.15, Longitude -102.66

The municipalities involved are:

3km PZ: Endeavor and Preeceville

10km SZ: Endeavor, Hinchliffe, Preeceville, Usherville

CA-2.364

Manitoba – Latitude 49.89, Longitude -97.52

The municipalities involved are:

3km PZ: Cartier and St. François Xavier

10km SZ: Cartier, Dacotah, Headingley, Macdonald, Rosser, Springstein, St. François Xavier

CA-2.365

Alberta – Latitude 50.71, Longitude -113.36

The municipalities involved are:

3km PZ: Mossleigh and Vulvan

10km SZ:Blackie, Foothills, Mossleigh and Vulvan

CA-2.366

Saskatchewan – Latitude 54, Longitude -108.91

The municipalities involved are:

3km PZ: Loon Lake

10km SZ: Loon Lake, Makwa, Meadow Lake”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.474 sa GB-2.480 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.473:

“Ir-Renju Unit

GB-2.474

near Brigg, North Lincolnshire, Lincolnshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.50 and Long: W0.53

GB-2.475

near Garstang, Wyre, Lancashire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.90 and Long: W2.88

GB-2.476

near Pocklington, East Riding of Yorkshire, East Riding of Yorkshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.88 and Long: W0.90

GB-2.477

near Dersingham, King’s Lynn and West Norfolk, Norfolk, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.82 and Long: E0.56

GB-2.478

near Market Rasen, West Lyndsey, Lincolnshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.38 and Long: W0.49

GB-2.479

near Dereham, Breckland, Norfolk, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.76 and Long: E0.87

GB-2.480

near Stromness, Orkney, Scotland, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N58.98 and Long: W3.30”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1437 sa US-2.1443 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1436:

“L-Istati Uniti

US-2.1437

State of Oregon

Clackamas 04

Clackamas County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 122.8271753°W 45.3596792°N)

US-2.1438

State of Washington

Pierce 09

Pierce County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 122.5189246°W 46.9790624°N)

US-2.1439

State of South Dakota

Beadle 23

Beadle County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.9602797°W 44.7087578°N)

US-2.1440

State of Idaho

Gooding 04

Gooding County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 114.7966023°W 42.8142361°N)

US-2.1441

State of California

Placer 04

Placer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.1442019°W 38.9218822°N)

US-2.1442

State of Kansas

Greeley 02

Greeley County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 101.8033364°W 38.5675828°N)

US-2.1443

State of Utah

Cache 07

Cache County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 111.8641641°W 41.6574400°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.280, CA-2.281 u CA-2.282 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.280

POU, RAT

N, P1

 

11.11.2026

 

GBM

P1

 

11.11.2026

 

CA-2.281

POU, RAT

N, P1

 

11.11.2026

 

GBM

P1

 

11.11.2026

 

CA-2.282

POU, RAT

N, P1

 

11.11.2026

 

GBM

P1

 

11.11.2026”

 

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.292 u CA-2.293 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.292

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2026

 

GBM

P1

 

6.11.2026

 

CA-2.293

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2026

 

GBM

P1

 

6.11.2026”

 

(c)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.295 u CA-2.296 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.295

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026

 

CA-2.296

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026”

 

(d)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.342 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.342

POU, RAT

N, P1

 

21.9.2026

13.11.2026

GBM

P1

 

21.9.2026

13.11.2026”

(e)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.345 u CA-2.346 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.245

POU, RAT

N, P1

 

25.9.2026

13.11.2026

GBM

P1

 

25.9.2026

13.11.2026

CA-2.246

POU, RAT

N, P1

 

1.10.2026

14.11.2026

GBM

P1

 

1.10.2026

14.11.2026”

(f)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.356 sa CA-2.366 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.355:

“CA

Il-Kanada

CA-2.356

POU, RAT

N, P1

 

30.10.2026

 

GBM

P1

 

30.10.2026

 

CA-2.357

POU, RAT

N, P1

 

1.11.2026

 

GBM

P1

 

1.11.2026

 

CA-2.358

POU, RAT

N, P1

 

5.11.2026

 

GBM

P1

 

5.11.2026

 

CA-2.359

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2026

 

GBM

P1

 

4.11.2026

 

CA-2.360

POU, RAT

N, P1

 

5.11.2026

 

GBM

P1

 

5.11.2026

 

CA-2.361

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2026

 

GBM

P1

 

9.11.2026

 

CA-2.362

POU, RAT

N, P1

 

10.11.2026

 

GBM

P1

 

10.11.2026

 

CA-2.363

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026

 

CA-2.364

POU, RAT

N, P1

 

16.11.2026

 

GBM

P1

 

16.11.2026

 

CA-2.365

POU, RAT

N, P1

 

16.11.2026

 

GBM

P1

 

16.11.2026

 

CA-2.366

POU, RAT

N, P1

 

14.11.2026

 

GBM

P1

 

14.11.2026”

 

(g)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.474 sa GB-2.480 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.473:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.474

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2026

 

GBM

P1

 

4.11.2026

 

GB-2.475

POU, RAT

N, P1

 

7.11.2026

 

GBM

P1

 

7.11.2026

 

GB-2.476

POU, RAT

N, P1

 

7.11.2026

 

GBM

P1

 

7.11.2026

 

GB-2.477

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2026

 

GBM

P1

 

9.11.2026

 

GB-2.478

POU, RAT

N, P1

 

11.11.2026

 

GBM

P1

 

11.11.2026

 

GB-2.479

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026

 

GB-2.480

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026”

 

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1437 sa US-2.1443 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1436:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1437

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2026

 

GBM

P1

 

4.11.2026

 

US-2.1438

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2026

 

GBM

P1

 

4.11.2026

 

US-2.1439

POU, RAT

N, P1

 

4.11.2026

 

GBM

P1

 

4.11.2026

 

US-2.1440

POU, RAT

N, P1

 

5.11.2026

 

GBM

P1

 

5.11.2026

 

US-2.1441

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2026

 

GBM

P1

 

6.11.2026

 

US-2.1442

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2026

 

GBM

P1

 

6.11.2026

 

US-2.1443

POU, RAT

N, P1

 

12.11.2026

 

GBM

P1

 

12.11.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2624/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)