7.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1095/2008

tas-6 ta' Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 109/2007 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-addittiv monensin sodium (Coxidin) kien awtorizzat taħt ċerti kundizzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2007 (2) awtorizza dak l-addittiv għal għaxar snin għall-użu għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani, u b’hekk għaqqad l-awtorizzazzjoni mad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ dak l-addittiv.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf monensin sodium (Coxidin) ressaq applikazzjoni li biha jipproponi l-bidla tat-termini tal-awtorizzazzjoni billi jitnaqqas il-perjodu tal-irtirar qabel il-qatla u billi jiġu stabbiliti l-Limiti Massimi ta’ Residwi (l-MRLs) finali.

(4)

Fl-opinjoni tagħha li adottat fit-18 ta’ Ġunju 2008 (3), l-Awtorità kkonkludiet, wara li studjat mill-ġdid l-espożizzjoni lill-bniedem, li seta’ jiġi stabbilit jum wieħed bħala żmien ta’ rtirar għal Coxidin għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani. Ma ġiet ippreżentata l-ebda dejta ġdida min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni li tippermetti lill-Awtorità biex toħroġ b’MRL finali.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 109/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 109/2007 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 31, 6.2.2007, p. 6.

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-perjodu tal-irtirar għall-Coxidin għat-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin u l-istudju mill-ġdid tal-Limitu Massimu ta’ Residwi proviżorju. The EFSA Journal (2008) 731, 1-14.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwi (MRLs) Proviżorji fl-oġġetti tal-ikel rilevanti ta’ oriġini mill-annimali

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidijostati u istomonostati

5 1 701

Huvepharma

NV Belgium

Monensin sodium

(Coxidin)

 

Sustanza attiva:

C36H61O11Na

Sodium salt ta’ polyether monocarboxylic acid prodott minn Streptomyces cinnamonensis, 28682, LMG S-19095 f’forma ta’ trab.

Il-kompożizzjoni tal-fatturi:

 

Monensin A: mhux inqas minn 90 %

 

Monensin A + B: mhux inqas minn 95 %

 

Monensin C 0,2-0,3 %

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Sustanza teknika monensin sodium ekwivalenti għall-attività ta’ monensin: 25 %

Perlit: 15-20 %

Nuħħala tal-qamħ 55-60 %

 

Metodu analitiku  (1):

Metodu għad-determinazzjoni tas-sustanza attiva: kromotografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC) derivatizzazzjoni post-kolonnali u individwazzjoni tal-UV (λ = 520 nm)

Tiġieġ għat-tismin

—

100

125

1.

Użu pprojbit mill-inqas jum wieħed qabel it-tbiċċir.

2.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ qabel it-taħlita.

3.

Doża massima permessa ta’ monensin sodium f’għalf komplementari:

—

625 mg/kg għat-tiġieġ għat-tismin;

—

500 mg/kg għad-dundjani.

4.

Monensin sodium ma għandux jitħallat ma’ koċċidijostati oħrajn.

5.

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Perikoluż għall-ekwini. Dan l-għalf fih l-ionophore: evita amministrazzjoni simultanja ma’ tiamulin u ċċekkja għal reazzjonijiet avversi possibbli meta jintuża fl-istess waqt ma’ sustanzi mediċinali oħrajn.”

6.

Ilbes ħwejjeġ protettivi adatti, ingwanti u protezzjoni għall-wiċċ u l-għajnejn. F’każ ta’ ventilazzjoni insuffiċjenti fil-bini, ilbes tagħmir respiratorju adatt.

6.2.2017

25 μg monensin sodium/kg ta’ ġilda mxarrba + xaħam.

8 μg monensin sodium/kg ta’ fwied, kliewi u muskoli mxarrbin.

Dundjani

16-il ġimgħa

60

100


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives