32004R0223



Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2004

tad-9 ta’ Frar 2004

li jżid ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2301/97 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku kif hemm provdut dwar dan fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2082/92 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Hushållsost)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1],u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92, l-Isvezja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex l-"Hushållsost" jiddaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku.

(2) Id-deskrizzjoni "specjalità tradizzjonali garantita" tista’ tintuża biss għal ismijiet mdaħħla f’dak ir-reġistru.

(3) Ma ntbagħtet l-ebda oġġezzjoni lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament wara li gie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [2] l-isem li jidher fl-Anness għal dan.

(4) Bħala konsegwenza, l-isem imniżżel fl-Anness għandu jiddaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku u, permezz ta’ dak, protett bħala speċjalita garantita fi ħdan il-Komunità’ skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92.

(5) L-Anness għal dan jiżdied ma’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2301/97 [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem fl-Anness għal dan huwa hawnhekk miżjud ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2301/97 u mdaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92.

Il-protezzjoni mogħtija bl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament ma tapplikax.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, 24.07.92, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 1).

[2] ĠU C 110, tat-8.5.2003, p. 18 (Hushållsost).

[3] ĠU L 319, 21.11.97, p. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 317/2003 (ĠU L 46, 20.02.03, p. 19).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ISVEZJA

Ġobnijiet

- Hushållsost

--------------------------------------------------