<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0330</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170601">1.6.2017</DATE> – KAWŻA C-330/16</P><P>ZARSKI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/7/UE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kiri kummerċjali għal żmien indeterminat</KEYWORD><KEYWORD>Tardività ta’ ħlasijiet ta’ kera</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi qabel l-iskadenza tal-perijodu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-imsemmija direttiva għal dawn il-kuntratti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-330/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (qorti distrettwali ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160516">16 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160610">10 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Piotr Zarski</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Andrzej Stadnicki,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Piotr Zarski, minn B. Stankiewicz u Z. Korsak kif ukoll minn A. Ostrowska-Maciąg, radcy prawni,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Patakia u A. C. Becker kif ukoll minn J. Szczodrowski, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1), il-punt 1 tal-Artikolu 2, kif ukoll tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 6, tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 48, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Piotr Zarski u <HT TYPE="BOLD">Andrzej</HT> Stadnicki dwar il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru mogħtija minn P. Zarski sabiex jirkupra l-arretrati tal-kera mingħand A. Stadnicki.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/35/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE> dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 200, p. 35</REF.DOC.OJ>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Fit-transposizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jeskludu:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kuntratti li kienu ġew konklużi qabel it-<DATE ISO="20020808">8 ta’ Awwissu 2002</DATE> […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/7</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tad-Direttiva 2011/7 tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ħlas tard jikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt li kien finanzjarjament attraenti għad-debituri fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri minn rati baxxi ta’ imgħax fuq ħlasijiet tard u/jew proċeduri bil-mod għar-rimedju. Jeħtieġ tibdil deċiżiv lejn kultura ta’ ħlas fil-ħin, inkluż dik fejn l-esklużjoni tad-dritt li jintalab imgħax għandha dejjem titqies bħala kondizzjoni jew prassi kuntrattwali inġusta għall-aħħar biex titreġġa’ lura din it-tendenza u jiġi skoraġġit il-ħlas tard. Tali tibdil għandu jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-perjodi ta’ ħlas u dwar il-kumpens tal-kredituri għall-ispejjeż imġarrba, u, fost l-oħrajn, li l-esklużjoni tad-dritt għall-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/7:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hu l-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern, biex b’hekk titrawwem il-kompetittività tal-intrapriżi u, b’mod partikulari, tal-[impriżi żgħar u medji (SMEs)].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>transazzjonijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser transazzjonijiet bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi għar-remunerazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-imgħax għal ħlas tard isir dovut fi transazzjonijiet kummerċjali b’mod konformi mal-Artikolu 3 jew 4, il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur, bħala minimu, somma stabbilita ta’ EUR 40.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1 tkun dovuta mingħajr il-ħtieġa ta’ tfakkira u bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru tal-kreditur stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kreditur, apparti s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun intitolat li jikseb kumpens raġonevoli mid-debitur għal kwalunkwe spejjeż ta’ rkupru li jaqbżu dik is-somma stabbilita u mġarrba minħabba l-ħlas tard tad-debitur. Dawn jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba, fost l-oħrajn, biex jitqabbdu avukat jew aġenzija tal-ġbir tad-djun.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jeskludux il-kuntratti konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-Direttiva 2000/35/KE hija mħassra b’effett mis-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha. Madankollu, hija għandha tibqa’ applikabbli għal kuntratti konklużi qabel dik id-data li għaliha ma tapplikax din id-Direttiva skont l-Artikolu 12(4).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/7 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Pollakk permezz tal-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE> dwar it-terminu ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20130428">28 ta’ April 2013</DATE> u li ħassret il-liġi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE> dwar it-termini ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>liġi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi:</P><P>tranżazzjoni kummerċjali, kuntratt li għandu bħala għan il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas jew provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas, jekk il-partijiet kif imsemmija fl-Artikolu 2 jidħlu għal dan il-kuntratt b’konnessjoni mal-attività li jeżerċitaw;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mid-data li fiha jiġu eżiġibbli l-interessi li jsir riferiment għalihom fl-Artikolu 7(1) jew fl-Artikolu 8(1), il-kreditur għandu d-dritt li jirċievi mingħand id-debitur u mingħajr ma jitolbu qabel, l-ekwivalenti ta’ ammont ta’ EUR 40 ikkonvertit fi [zloty Pollakki] PLN b’rata medja ffissata mill-Bank Nazzjonali tal-Polonja fl-aħħar jum ta’ xogħol tax-xahar ta’ qabel li matulu l-ħlas li jikkostitwixxi kumpens għall-irkupru jkun sar eżiġibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Barra mill-ammont li jsir riferiment għalih fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu wkoll dritt għar-rimbors, f’ammont raġonevoli, tal-ispejjeż ta’ rkupru sostnuti b’eċċess ta’ dak l-ammont.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt għall-ammont li jsir riferiment għalih fil-paragrafu 1 jirriżulta minn tranżazzjoni kummerċjali, suġġetta għall-punt 2 tal-Artikolu 11(2).<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-tranżazzjonijiet kummerċjali konklużi qabel il-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi huma koperti bid-dispożizzjonijiet applikabbli sa dak iż-żmien.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod differenti mill-Artikolu 10(1) tal-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE>, ebda dispożizzjoni tal-liġi tat-<DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE> dwar it-termini ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali ma kienet tipprevedi id-dritt għall-kreditur li jinvoka kumpens f’daqqa ta’ EUR 40 għall-ispejjeż ta’ rkupru sostnuti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali huma impriżi li, fl-<DATE ISO="20100920">20 ta’ Settembru 2010</DATE>, ikkonkludew kuntratt ta’ kera għal tul indeterminat skont liema l-kerrej, A. Stadnicki, uża l-ispazji tal-uffiċċji li huma proprjetà ta’ sid il-kera P. Zarski, inkambju għal ħlas ta’ kera. Sid il-kera talab lill-kerrej il-ħlas ta’ rkupru ta’ ammont f’daqqa ta’ EUR 40 għall-ispejjeż ta’ rkupru tal-kirjiet mħallsa tardivament mid-<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE> sax-xahar ta’ Frar 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-Sąd Rejonowy dla m. st. Warszawy (qorti distrettwali tal-belt ta’ Varsavja, il-Polonja) ċaħdet ir-rikors ta’ P. Zarski, ibbażat fuq l-Artikolu 10(1) tal-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE>, minħabba li, konformement mal-Artikolu 15 ta’ din il-liġi, din ma tapplikax għall-kuntratti konklużi qabel it-<DATE ISO="20130428">28 ta’ April 2013</DATE>. P. Zarski, appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi, l-ewwel nett, dwar jekk il-kirja tal-post hijiex servizz fis-sens tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fuq il-punt ta’ jekk, fil-każ ta’ kuntratt ta’ kera għal tul indeterminat, it-tranżazzjoni kummerċjali tikkorrispondix għall-kuntratt jew għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> iżolata u distinta li huwa kkostitwit minn kull ħlas ta’ kera. Skont din il-qorti, il-kuntratt huwa kompost minn serje ta’ operazzjonijiet li jikkostitwixxu sekwenza ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali. Ċertament, il-liġi tat-<DATE ISO="20130308">8 ta’ Marzu 2013</DATE> tillimita, it-tranżazzjonijiet kummerċjali għall-kuntratti. Madankollu, jissussisti dubju dwar il-punt ta’ jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea jipproteġix biss att legali bħalma huwa kuntratt jew jekk jiggarantixxix ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>fatt ekonomiku mwettaq minn parti ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, bħalma huwa l-ħlas inkambju tal-provvista ta’ merkanzija jew ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7, li jekk kull kuntratt huwa tranżazzjoni kummerċjali, kull tranżazzjoni kummerċjali ma tikkostitwixxix neċessarjament kuntratt. B’hekk diversi tranżazzjonijiet kummerċjali individwali jistgħu jirriżultaw f’kuntratt qafas wieħed. Barra minn hekk, il-protezzjoni tad-dritt tal-kreditur li jikseb ħlas mingħajr tardività f’tranżazzjoni kummerċjali tindika li l-imsemmija protezzjoni ma għandhiex tiġi limitata għall-kuntratti, iżda li tiġi estiża għall-operazzjonijiet kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tranżazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għandu jinftiehem bħala tranżazzjoni iżolata u distinta li hija kkostitwita minn kull ħlas ta’ kera, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Istati Membri humiex f’qagħda li jeskludu, skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-kuntratti ta’ kera konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, meta l-ħlasijiet ta’ kera tardivi jsiru wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 12(4), tal-imsemmija direttiva juża l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u mhux ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, filwaqt li, f’diversi dispożizzjonijiet oħra, jissemma l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Madankollu, hija tqis li jissussisti dubju fuq il-punt ta’ jekk l-għan tad-Direttiva 2011/7 ma huwiex li jipproteġi r-relazzjonijiet individwali permanenti jew perijodiċi u jekk ma jkunx jaqbel, għaldaqstant, fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(4) ta’ din id-direttiva, li tingħata l-preferenza lill-prinċipju tal-applikazzjoni immedjata tal-liġi l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Okręgowy w Warszawie (qorti distrettwali ta’ Varsavja, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Il-lokazzjoni ta’ bini hija servizz fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 u fis-sens tal-Artikolu 3 (kif ukoll tal-premessi 2, 3, 7, 11, 18 u 23) tad-Direttiva 2011/7?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni għal żmien indeterminat, it-tranżazzjoni kummerċjali tkun il-kuntratt jew tkun it-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> iżolata, distinta, li hija kkostitwita minn kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet fis-sens tal-Artikolu 1(1), tal-punt 1 tal-Artikolu 2, u tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 8 (kif ukoll tal-premessi 1, 3, 4, 8, 9, 26, 35) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun li t-tranżazzjoni kummerċjali hija kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet, l-Artikolu 1(1), il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 12(4) (kif ukoll il-premessa 3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta[l-imsemmija] Direttiva għall-kuntratti ta’ lokazzjoni konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE> meta l-ħlas tardiv tal-kirjiet individwali jseħħ wara dik id-data?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domandi preliminari, li għandhom jiġu eżaminati l-ewwel u flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(4), tad-Direttiva 2011/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, anki jekk din it-tardività sseħħ sussegwentement għal din id-data jew jekk dawn il-ħlasijiet jikkostitwixxu tranżazzjonijiet kummerċjali li jaqgħu neċessarjament fil-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 jippermetti lill-Istati Membri li jiddeċiedu, waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jekk iridux jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-kuntratti konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel l-ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri bl-iskop li jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha normalment għandhom jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha (is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nikiforidis,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-135/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:774">EU:C:2016:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 ma jagħmel ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri, dan għandu għalhekk jiġi interpretat awtonomament u uniformament. Tali interpretazzjoni għandha ssir billi jittieħed inkunsiderazzjoni kemm il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, kemm tal-kuntest li qiegħed fih u kif ukoll tal-għan mixtieq minn din id-direttiva (is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kovalkovas,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-477/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:861">EU:C:2016:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kuntratti konklużi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u mhux dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tranżazzjonijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, imsemmija f’dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, u mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ din id-domanda preliminari, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>tranżazzjonijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jista’ jkopri, kif tidher li qed tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fi kwalunkwe ipoteżi, kien prudenti li ma jużax, b’xi mod, din l-espressjoni meta ddeċieda l-portata tal-fakultà rrikonoxxuta lill-Istati Membri fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-eżami tal-kliem ta’ din id-dispożizzjoni twassal għaldaqstant sabiex jiġi kkunsidrat li, bl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kuntratti konklużi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 ir-relazzjonijiet kuntrattwali konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, fl-intier tagħhom, inklużi l-effetti li jirriżultaw mill-imsemmija relazzjonijiet kuntrattwali u li jimmaterjalizzaw irwieħhom wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kuntest tad-dispożizzjoni inkwistjoni u, b’mod iktar partikolari, mill-portata tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmi Artikolu 13 iħassar id-Direttiva 2000/35 b’effett mis-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, filwaqt li jipprevedi li din id-direttiva tibqa’ madankollu applikabbli għall-kuntratti konklużi qabel din id-data u li għaliha ma tapplikax id-Direttiva 2011/7, skont l-Artikolu 12(4) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta Stat Membru jkun uża l-fakultà rrikonoxxuta lilu fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, il-kuntratti konklużi qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE> jibqgħu, bla ħsara tal-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva 2000/35, irregolati minn din l-aħħar direttiva, inklużi għall-effetti futuri tagħhom, minkejja l-fatt li din l-aħħar direttiva hija, bħala prinċipju, imħassra, mill-istess data. F’dan il-każ, id-Direttiva 2011/7 ma tistax tapplika għall-effetti ta’ tali kuntratti, li jseħħu mis-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, peress li dawn ma jistgħux fl-istess ħin jiġu koperti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/35 u tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-kontestazzjonijiet dwar il-ħlasijiet dovuti wara s-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE> ma jistgħux jiġu koperti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/7 meta l-kuntratt, li skontu dawn il-ħlasijiet għandhom jiġu osservati, kien konkluż qabel din id-data u li l-Istat Membru kkonċernat uża l-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata lit-tieni u t-tielet domandi magħmula hija li l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, anki jekk din it-tardività sseħħ sussegwentement għal din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni tar-risposta għat-tieni u t-tielet domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie konkluż qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE> u peress li r-Repubblika tal-Polonja użat il-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, l-imsemmi kuntratt ma jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni temporali ta’ din id-direttiva, u b’hekk huwa inutli li jiġi ddeterminat jekk għandux jiġi eskluż ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-<DATE ISO="20130316">16 ta’ Marzu 2013</DATE>, anki meta din it-tardività sseħħ sussegwentement għal din id-data.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>