European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2272

9.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 129/2023

tat-28 ta’ April 2023

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2272]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

‘-

32022 R 0201: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/201 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2294/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2272/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)