28.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1471

tal-24 ta' Awwissu 2015

li japprova emenda mhix minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Olives noires de Nyons (AOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Olives noires de Nyons”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1486/2007 tal-Kummissjoni (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Olives noires de Nyons” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2007 tal-14 ta' Diċembru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Olives noires de Nyons (DPO) (ĠU L 330, 15.12.2007, p. 15).

(4)   ĠU C 123, 17.4.2015, p. 13.