|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1691 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1691
tal-11 ta’ Ġunju 2024
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/570 (ATALANTA/2/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK., li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA. |
|
(3) |
Fis-6 ta’ Frar 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/570 (2), li ħatret lill-Kontrammirall Francesco SALADINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ATALANTA mill-11 ta’ Frar 2024. |
|
(4) |
Fit-18 ta’ April 2024, l-awtoritajiet militari Spanjoli pproponew il-ħatra tal-Kontrammirall Manuel ALVARGONZÁLEZ MÉNDEZ biex jieħu post il-Kontrammirall Francesco SALADINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ATALANTA (il-“ħatra proposta”) mill-20 ta’ Ġunju 2024. |
|
(5) |
Fid-29 ta’ April 2024, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(6) |
Fis-7 ta’ Mejju 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Kontrammirall Manuel ALVARGONZÁLEZ MÉNDEZ jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ATALANTA mill-20 ta’ Ġunju 2024. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kontrammirall Manuel ALVARGONZÁLEZ MÉNDEZ bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ATALANTA. |
|
(8) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/570 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kontrammirall Manuel ALVARGONZÁLEZ MÉNDEZ huwa b’dan maħtur bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-20 ta’ Ġunju 2024.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/570 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2024.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/570 tas-6 ta’ Frar 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2730 (EUNAVFOR ATALANTA/1/2024) (ĠU L, 2024/570, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/570/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1691/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)