|
14.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/26
tat-13 ta’ Jannar 2020
li temenda l-Anness A tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tad-29 ta’ Novembru 2011 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jeżiġi li l-Prinċipat ta’ Monaco japplika l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fir-Repubblika Franċiża għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-atti legali Ewropej li jikkonċernaw l-attivitajiet u r-regolamentazzjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-prevenzjoni tar-riskji sistemiċi fis-sistemi tal-pagament u tas-saldu tat-titoli li jinsabu fl-Anness A. |
|
(2) |
L-Anness A huwa emendat skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim Monetarju, li jipprevedi li l-Anness A jrid jiġi aġġornat mill-Kummissjoni għal kull emenda li ssir fit-testi rilevanti kif ukoll kull darba li jiġi adottat test ġdid mill-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Ġew adottati testi ġodda mill-Unjoni Ewropea u saru emendi għal testi diġà eżistenti fl-Anness A, |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness A tal-Ftehim Monetarju jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
L-Anness A tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS A
|
|
Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-attività u għall-kontroll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-prevenzjoni tar-riskji sistemiċi għas-sistemi ta’ pagament u s-sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u titoli |
|
1 |
Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) |
|
|
emendata bi: |
|
2 |
Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28) |
|
3 |
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16) |
|
4 |
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1) |
|
5 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-obbligi ta’ fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40) |
|
6 |
Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalista ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45). |
|
|
emendata bi: |
|
7 |
Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalista ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37) |
|
8 |
Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120) |
|
9 |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1) |
|
10 |
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1) |
|
11 |
Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15) |
|
|
emendata bi: |
|
12 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) |
|
13 |
Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43) |
|
|
emendata bi: |
|
14 |
Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalista ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37) |
|
15 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) |
|
16 |
Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1), u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendata bi: |
|
17 |
Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9) |
|
18 |
Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40) |
|
19 |
Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea |
|
|
(Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120) |
|
20 |
Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113) |
|
21 |
Ħlief għat-Titolu V tagħha: Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) |
|
22 |
Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7) |
|
|
emendata bi: |
|
23 |
Ħlief għat-Titolu V tagħha: Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) |
|
24 |
Bl-eċċezzjoni tat-Titoli III u IV tagħha: Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35) |
|
25 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12) |
|
|
emendat bi: |
|
26 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta’ kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5) |
|
27 |
Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34) |
|
28 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) |
|
29 |
Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1) |
|
30 |
Bl-eċċezzjoni tat-Titoli III u IV tagħha: Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35) |
|
31 |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1) u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2. |
|
|
emendat bi: |
|
32 |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) |
|
33 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) |
|
34 |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84) u, fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendat bi: |
|
35 |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) |
|
36 |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73) |
|
37 |
Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1) f’dak li jirrigwarda l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
38 |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1), u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendat bi: |
|
39 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27) |
|
40 |
Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1) |
|
41 |
Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 11, 25.4.2019, p. 4) |
|
42 |
Ħlief għat-Titolu V tagħha: Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338), u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendata bi: |
|
43 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) |
|
44 |
Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149) |
|
45 |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190) u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendata bi: |
|
46 |
Id-Direttiva (UE) 2017/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva (UE) 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 96) |
|
47 |
F’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ħlief għall-Artikoli minn 34 sa 36 u għat-Titolu III tagħha: Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349) u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |
|
|
emendata bi: |
|
48 |
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1) |
|
49 |
Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8) |
|
50 |
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1) |
|
|
emendat bi: |
|
51 |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) |
|
52 |
Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84) |
|
|
emendat bi: |
|
53 |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1) |
|
54 |
Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1) f’dak li jirrigwarda l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
|
55 |
Bl-eċċezzjoni tat-Titoli III u IV tagħha: Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35) u fejn applikabbli, il-miżuri relatati tal-livell 2 |