|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1719 |
1.8.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1719
tat-28 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-koordinati ġeografiċi fl-Annessi VII u XIII tiegħu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. B’mod aktar partikolari, fl-Anness VII tiegħu jistabbilixxi l-miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Ilmijiet tal-Lbiċ, filwaqt li l-Anness XIII tiegħu jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 ġie emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2023/56 (2) u ġie aġġornat aktar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3204 (3). Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/56 stabbilixxa diversi każijiet ta’ għeluq spazjutemporali fl-Ilmijiet tal-Lbiċ. F’Marzu 2021, dak ir-Regolament Delegat segwa rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ – il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall. Dik ir-rakkomandazzjoni konġunta tat id-dettalji tal-koordinati ġeografiċi taż-żoni fejn jenħtieġ li japplikaw il-miżuri. |
|
(3) |
L-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ infurmaw lill-Kummissjoni dwar żbalji fil-koordinati ġeografiċi taż-żoni fil-parti tal-Punent tal-Baħar tal-Kantabrija, jiġifieri dik opposta għall-Asturias u għall-Galicia, u talbu għall-korrezzjoni tagħhom. L-iżbalji jidhru fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha tat-test, u jenħtieġ li l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/303 (4), u wara dawk l-emendi stabbilixxa l-għeluq taż-żoni u r-restrizzjonijiet tas-sajd f’għadd ta’ żoni fil-Baħar Baltiku biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena). Dak ir-Regolament Delegat segwa żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti ppreżentati mill-Istati Membri tal-Baħar Baltiku (“BALTFISH”) – id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja, f’Diċembru 2020 u f’Settembru 2021, rispettivament. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet konġunti taw id-dettalji tal-koordinati ġeografiċi taż-żoni fejn jenħtieġ li japplikaw il-miżuri. |
|
(5) |
BALTFISH informa lill-Kummissjoni dwar żbalji fil-koordinati ġeografiċi tas-siti Adlergrund u x-Xatt tal-Baħar Ċentrali tat-Tramuntana u talab għall-korrezzjoni tagħhom. L-iżbalji jidhru fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha tat-test, u jenħtieġ li l-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi VII u XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.07.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/56 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES (ĠU L 5, 6.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/56/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3204 tal-11 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-gandoffla tal-għonq qasir u tal-paġella ħamra. ĠU L, 2024/3204, 31.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3204/oj.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/303 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 fir-rigward tal-miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali tal-popolazzjoni residenti tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fil-Baħar Baltiku (ĠU L 46, 25.2.2022, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/303/oj).
ANNESS
L-Annessi VII u XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VII, il-Parti C, il-punt 5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIII, il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(1) L-għeżula tat-tisqif immażrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.
(2) Skont il-mapep nawtiċi uffiċjali Nri 2920 u 2921 ippubblikati mill-Awtorità Marittima tal-Ġermanja [BSH, Bundesamt für Seeschifffahrt und Hydrographie]
(3) Skont il-mapep nawtiċi uffiċjali Nri 2920 u 2921 ippubblikati mill-Awtorità Marittima tal-Ġermanja [BSH, Bundesamt für Seeschifffahrt und Hydrographie].
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1719/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)