Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU 2003 L 289, p. 1).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Ir-Região autónoma dos Açores għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal‑Kunsill, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3) Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4) Seas at Risk VZW u WWF – World Wide Fund for Nature għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5) Stichting Greenpeace Council għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati ma’ din il-kawża.

6) Porto de Abrigo – Organização de Produtores da Pesca CRL u GÊ-Questa – Associação de Defesa do Ambiente għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.