|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
772 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2006
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE fir-rigward il-listi tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi u l-istituti Statali
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5856)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/911/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi ta' saħħa ta' annimali li jolqtu l-kummerċ intra-Komunitarji ta' annimali bovini u majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1) tiegħu;
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġewwa l-Komunità fi, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta', tjur u bajd li jfaqqas (2), u partikolarment l-Artikolu 34 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistipola r-regoli u miżuri ta' kontroll biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (3), b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha;
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li ntroduċiet miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontrol ta' ċertu mard ta' l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KE ta' l-14 ta' Ġunju 1992 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut (5), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 18 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (6), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (id-deni klassiku) tal-ħnieżer (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2) tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (9) u partikolarment l-Artikolu 26(1) tagħha;
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipola lista ta' istituzzjonijiet Statali u laboratorji nazzjonali tar-referenzi li huma risponsabbli għat-testjar uffiċjali tat-tuberkulini u r-rejaġġenti, lista ta' laboratorji nazzjonali tar-referenzi għall-bruċellożi bovina, kif ukoll lista ta' istituzzjonijiet responsabbli għall-klibrazzjoni u l-antiġen standard li jintuża fit-testjar fil-laboratorju kontra s-sjeru standard tal-KEE (sjeru EI) li huwa pprovdut mil-Laboratorju Veterinarju Statali tas-Sjeru ġewwa Kopenagen, fir-rigward tal-lewkożi enzootika bovina. |
|
(2) |
Id-Direttiva 90/539/KEE tipprovdi għan-nominazzjoni mill-Istati Membri ta' laboratorji nazzjonali tar-referenzi li huma risponsabbli għall-koordinazzjoni ta' metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi huma elenkati f'dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Id-Direttiva 92/35/KEE tipprovdi għan-nominazzjoni mill-Istati Membri ta' laboratorji nazzjonali tar-referenzi li huma responsabbli għall-koordinazzjoni ta' metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi huma elenkati f'dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Id-Direttiva 92/119/KEE tipprevedi għan-nominazzjoni ta' l-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali, għal kull marda li tissemma f'dik id-Direttiva. Il-lista tal-laboratorji nazzjonali għall-marda vesikulari tal-ħnieżer hija stipulata f'dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Id-Direttiva 93/53/KEE tipprevedi għan-nominazzjoni ta' l-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi, għal kull marda li tissemma f'dik id-Direttiva. Il-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza għall-mard tal-ħut hija stipulata f'dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Id-Direttiva 95/70/KE tipprevedi għan-nominazzjoni ta' l-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi sabiex iġibu fis-seħħ il-ksib tal-kampjuni u t-testjar. Il-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza għall-mard tal-molluski bivalvi hija stipulata f'dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2000/75/KEE tipprevedi għan-nominazzjoni ta' l-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq għal tali testijiet tal-laboratorju. Dawk il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi huma elenkati f'dik id-Direttiva. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2001/89/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li laboratorju nazzjonali tar-referenzi ikun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi huma elenkati f'dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li laboratorju nazzjonali tar-referenzi ikun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi huma elenkati f'dik id-Direttiva. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta' Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali fil-kummerċ intra-Komunitarjutal-majjali fir-rigward tal-marda ta' Aujeszky, kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u tirrevoka d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (10) tistabbilixxi l-lista ta' l-istituti responsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA f'kull Stat Membru, u b'mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri li huma standard nazzjonali skond is-sjeri ta' referenza Komunitarji. Dik il-lista hija stipolata f'dik id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' kważi l-Istati Membri kollha ressqu rikjesti għad-dettalji ta' aġġornamet li jikkonċernaw il-laboratorji ta' referenzi nazzjonali elenkati f'numru ta' Direttivi u Deċiżjoni. Aktar minn hekk, jixraq li l-laboratorji nazzjonali tar-referenzi u l-istituti Statali li jissemmew f'dawk l-atti huma elenkati f'ordni alfabetiku tal-kodiċi ISO għal kull Stat Membru. |
|
(12) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżalzzjoni Komunitarja, jixraq li tali listi jiġu sostitwiti f'dawk id-Direttivi u f'dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. |
|
(14) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE huma emendati skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 5 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(2) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(4) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(5) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(6) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/775/KE (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 33).
(7) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(8) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(9) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(10) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/768/KE (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 27).
ANNESS
Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness B għad-Direttiva 64/432/KEE, punt 4.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness C għad-Direttiva 64/432/KEE, punt 4.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE, punti A.1 u A.2. fil-Kapitolu II huma sostitwiti kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness I għad-Direttiva 90/539/KEE, punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness I għad-Direttiva 92/35/KEE, punt A jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
Fl-Anness II tad-Direttiva 92/119/KEE, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
L-Anness A għad-Direttiva 93/53/KEE huwa mibdul b'dan li ġej: “ANNESS A LABORATORJI TA' RIFERENZA NAZZJONALI GĦALL-MARD TAL-ĦUT
|
|
(8) |
L-Anness C għad-Direttiva 95/70/KE huwa mibdul b’dan li ġej: “ANNESS C LABORATORJI NAZZJONALI TA' REFERENZA GĦALL-MARD TAL-MOLLUSKI BIVALVI
|
|
(9) |
Fl-Anness I għad-Direttiva 2000/75/KE, punt A jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(10) |
Fl-Anness III tad-Direttiva 2001/89/KE, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(11) |
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2002/60/KE, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(12) |
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/618/KE, il-punt (d) paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:
|