2004R1450 — MT — 01.01.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1450/2004 tat-13 ta' Awissu 2004 li jimplementa d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni (ĠU L 267, 14.8.2004, p.32) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007 |
L 216 |
10 |
21.8.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1450/2004
tat-13 ta' Awissu 2004
li jimplementa d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2003 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet il-miżuri indiviwali ta’ statistika meħtieġa sabiex tibda tinġabar statistika tal-Komunità dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implementazzjoni ta' miżuri individwali ta' statistika kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE. |
|
(3) |
Il-miżuri individwali ta’ l-istatistika għandhom jikkunsidraw id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità għal bejn l-2003 u l-2007 ( 2 ) li speċifikament jiddetermina il-programm ta' ħidma għall-produzzjoni u t-titjib ta' l-istatistika dwar l-innovazzjoni għall-perijodu ta' bejn l-2003 u l-2007. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni ma’ standards internazzjonali oħrajn, li jfisser li x-xogħol li sar mill-Organizazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn irid jiġi kkunsidrat. |
|
(5) |
Fl-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE għandu jiġi kkunsidrat il-qafas provdut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità ( 3 ) li fih disposizzjonijiet li jkopru l-aċċess għal sorsi amministrattivi u kunfidenzjalità fl-istatistika. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar tal-Programm ta’ l-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE fir-rigward ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jkopri l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni. Għal dawn l-istatistiċi, il-lista ta’ varjabbli statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data u l-perijodu transizzjonali għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.
2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet fir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE, il-lista ta’ varjabbli statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data u karatteristiċi oħrajn stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu riveduti f’perijodi regolari ta’ żmien.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jakkwistaw id-data meħtieġa billi jużaw kombinazzjoni ta’ sorsi differenti bħal kampjuni ta’ stħarriġ, sorsi amministrattivi ta’ data u sorsi oħrajn ta’ data. Is-sorsi l-oħrajn ta’ data għandhom mill-anqas ikunu f’termini ta’ kwalità jew proċeduri ta' stima statistika, daqs il-kampjuni ta’ stħarriġ jew is-sorsi amministrativi tad-data.
Artikolu 4
L-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni elenkata fl-Anness għandha tkun ibbażata fuq kunċetti u definizzjonijiet armonizzati, li jinsabu fl-aktar verżjoni reċenti tal-Manwal ta’ Oslo.L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-kunċetti u definizzjonijiet armonizzati fl-istatistika li trid tinġabar.
Ir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE għandhom jirreferu għal kunċetti u definizzjonijiet u l-applikazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-istatistika miġbura kif elenkat fl-Anness fuq bażi ta’ bilfors u d-data individwali fuq bażi volontarja, lill-Kummissjoni (Eurostat) billi jużaw il-format standard ta’ trasmissjoni li jrid jiġi stipulat mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni magħhom.
Artikolu 6
L-evalwazzjoni tal-kwalità għandha ssir mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (Eurostat).
L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament li tkun meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
STATISTIKA DWAR L-INNOVAZZJONI
Sezzjoni 1
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru din l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni li ġejja:
|
Kodiċi |
Titolu |
Kummenti |
|
1 |
Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala % ta’ impriżi |
|
2 |
Numru ta' impriżi nnovattivi li ntroduċew prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda fis-suq. |
Bħala valur assolut, bħala % ta’ l-impriżi kollha u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni |
|
3 |
Fatturat mill-innovazzjoni, marbuta ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda għas-suq |
Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impiriżi attivi fl-innovazzjoni. |
|
4 |
Fatturat mill-innovazzjoni, marbuta ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda għall-impriża iżda mhux għas-suq |
Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impiriżi attivi fl-innovazzjoni. |
|
5 |
Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni involuti fil-kooperazzjoni fl-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni |
|
6 |
Spiża fuq l-innovazzjoni |
Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impriżi attivi fl-innovazzjoni – mhux bilfors |
|
7 |
Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni li jindika effetti importanti ħafna fl-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala % ta’ l-impriżi kollha attivi fl-innovazzjoni |
|
8 |
Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni li jindika sorsi importanti ħafna ta’ informazzjoni għall-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala % ta’ l-impriżi kollha attivi fl-innovazzjoni – mhux bilfors |
|
9 |
Numru ta' impriżi li qed jaffaċċjaw fatturi importanti ta' ostakolu |
Bħala valur assolut, bħala % ta’ l-impriżi kollha u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni u bħala % ta’ impriżi mhux attivi fl-innovazzjoni |
Lil hinn mill-istatistika elenkata hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jiġbru statistika addizzjonali (inkluż it-tqassim tagħha) skond it-temi prinċipali elenkati fil-Manwal ta’ Oslo. Din l-istatistika addizzjonali ser tiġi deċiża f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.
Sezzjoni 2
Bħala minimu, l-intrapriżi fit-taqsimiet B, C, D, E, H, K tan-NACE Rev. 2 u fid-diviżjonijiet 46, 58, 61, 62, 63 u 71 tan-NACE Rev. 2 għandhom ikunu koperti.
Sezzjoni 3
Il-varjabbli kollha għadhom jiġu rrapurtati kull erba’ snin, ħlief għall-varjabbli 1, 2, 3, 4 u 5 li jridu jiġu rappurtati kull sentejn.
Sezzjoni 4
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tinġabar statistika hija s-sena 2004.
Sezzjoni 5
1. Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell tat-taqsima u bil-klassijiet tad-daqs ta’ l-impjieg li ġejjin: 10-49 impjegat, 50-249 impjegat, aktar minn 249 impjegat.
2. Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell ta’ diviżjoni.
3. Ir-riżultati tal-varjabbli 5 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ kooperazzjoni fl-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 7 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ effetti ta' l-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 8 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 9 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ fatturi ta’ ostakolu. Dan it-tqassim ser jiġi deċiż f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.
Sezzjoni 6
1. Ir-riżultati kollha jridu jiġu trasmessi fi żmien 18-il xahar minn għeluq is-sena tal-perijodu ta' referenza.
2. L-Istati Membri jistgħu jitrasmettu fuq bażi individwali dokumenti b’data individwali li tkopri l-entitajiet statistiċi mistħarrġa fil-qafas ta' l-istħarriġ nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat).
Sezzjoni 7
1. Il-kwestjonarju ta' l-istħarriġ, użat għall-Istħarriġ ta’ l-Innovazzjoni tal-Komunità li jsiru kull erba’ snin u li jibdew bis-sena ta’ referenza 2004, għandu jkopri t-temi prinċipali msemmija fil-Manwal ta’ Oslo fir-rigward tal-kejl ta’ l-impriżi ta’ innovazzjoni.
2. F’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-metodu għall-Istħarriġ ta’ l-Innovazzjoni tal-Komunità għandhom jiġu mfassla mill-Kummissjoni (Eurostat) u dan iwassal għal livell għoli ta' armonizzazzjoni tar-riżultati ta' l-istħarriġ. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom mill-anqas ikunu jkopru l-popolazzjoni mmirata, il-metodoloġija ta' l-istħarriġ (inkluż aspetti reġjonali), il-kwestjonarju armonizzat ta' l-istħarriġ, il-kollezzjoni, l-ipproċessar u t-trasmissjoni tad-data u r-rekwiżiti ta' kwalità tad-data.
3. F’kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-metodoloġija għandhom jiġu mfassla wkoll għall-istarriġ dwar l-innovazzjoni l-oħrajn li jsiru kull erba' snin, u li jibdew mis-sena ta' referenza 2006.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-metodoloġija nazzjonali wżata fl-istatistika nazzjonali dwar l-innovazzjoni.
Sezzjoni 8
Fejn is-sistemi nazzjonali ta’ statistika jkollhom bżonn adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistika li trid tinġabar għall-ewwel sena ta’ referenza 2004. Jistgħu jingħataw derogi addizzjonali fir-rigward tal-kopertura ta' l-attivitajiet ekonomiċi skond in-NACE Rev. 1.1 u jew it-tqassim bid-daqs tal-kategorija ta’ l-istatistika li trid tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006.
( 1 ) ĠU C 230, 16.9.2003
( 2 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1
( 3 ) ĠU L 52, 22.2.1997, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1)