IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.11.2025
COM(2025) 672 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar id-delega ta' setgħa skont id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-KUnsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq
1.
INTRODUZZJONI
Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva”) tistabbilixxi qafas u obbligu għall-Istati Membri tal-UE biex iwettqu proċeduri tas-sikurezza fit-toroq immirati lejn it-titjib tal-aspetti tas-sikurezza fit-toroq kemm tal-proġetti tat-toroq kif ukoll tal-infrastruttura tat-toroq mibnija. L-Annessi tad-Direttiva jipprovdu lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati meta jitwettqu proċeduri ta’ sikurezza fit-toroq.
Id-Direttiva ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2019/1936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Waħda mill-emendi, l-Artikolu 12, tikkonferixxi setgħat delegati lill-Kummissjoni, filwaqt li tiddikjara li “Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemenda l-Annessi sabiex tadattahom għall-progress tekniku.”
B’rabta ma’ din is-setgħa, skont l-Artikolu 12 a(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar id-delega tas-setgħa mogħtija lilha mid-Direttiva, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati tagħha.
2.
EŻERĊITAR TAS-SETGĦA GĦALL-ADOZZJONI TA’ ATTI DELEGATI
2.1. Atti delegati adottati
Mid-dħul fis-seħħ tal-Artikoli 12 u 12a, il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat delegati tagħha, u l-ebda att delegat ma ġie adottat skont id-Direttiva.
3.
KONKLUŻJONIJIET
F’konformità mal-Artikolu 12 a(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni se terġa’ tħejji rapport dwar is-setgħat delegati qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin li jmiss.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.