Official Journal L 234 , 20/09/2003 P. 0001 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1656/2003 tal-11 ta' Settembru 2003 atimponi dazju definit ta' anti-dumping u ġbir definit ta' dazju provviżorju impost fuq importazzjoni ta' para-cresol li joriġina mir-Repubblika taċ-Ċina IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] ("ir-Regolament Bażiku"), u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. MIŻURI PROVVIŻORJI (1) Il-Kummissjoni, b'Regolament (KE) Nru 510/2003 [2] (ir-"Regolament provviżorju") impona dazji ta' anti-dumping provviżorji fuq importazzjoni ta' para-cresol li qiegħed fil-kodiċi tan-NM ex29071200, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (2) Ta' min jerġa jiftakar li l-investigazzjoni dwar dumping u ħsara fil-perjodu mill-1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002 ("perjodu investigattiv" jew "PI"). L-eżami ta' tendenzi relevanti ta' l-analażi tal-ħsara fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1998 sal-31 ta' Marzu 2002 ("perjodu li qed jiġi kkunsidrat"). B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI (3) Wara l-imposizzjoni ta' dazju proviżorju ta' anti-dumping fuq importazzjoni ta' para-cresol li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, xi partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu biex jinstemgħu b'mod orali ġew mogħtija din l-opportunità. (4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li hija neċessarja għas-sejbiet definitivi tagħha. (5) Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u kunsiderazzjonijiet li kienu intiżi biex jirrakkmandaw l-imposizzjoni ta' dazji definitivi ta' anti-dumping duties u l-ġbir definittiv ta' ammonti li huma assigurati b'dazji provviżorji. Huma kienu mogħtija ukoll perjodu fejn ikunu jistgħu jagħmlu r-rappresentazzjoniet dan dan l-isvelar. (6) Il-kummenti orali u bil-miktub li ġew sottometti mill-partijiet kienu kkunsidrati, u fejn xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati għal din ir-raġuni. C. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI (7) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, id-deskrizzjoni tal-prodott u d-definizzjoni ta' prodott simili kif elenkat fil-premessi 11 sa 14 tar-Regolament provviżorju huma kkonfirmati. D. DUMPING 1. Valur Normali (8) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw it-trattament ta' l-ekonomija tas-suq u l-pajjiż analogu kif deskritt fil-premessi 15 sa 22 tar-Regolament proviżorju huma kkonfirmati. (9) B'referenza għall-isvelar ta' sejbiet provviżorji, produttur li jesporta, Nanjing Jingmei Chemical Co., Ltd, issottometta li l-ispiża tal-materja prima tal-prodott irfinut konċernat kien magħdud darbtejn fir-risposta tagħhom. It-talba kienet ikkunsidrata ġustifikata u l-ispiża tal-produzzjoni kienet imnaqqsa għal din ir-raġuni. (10) Barra dan, intalab li l-allokazzjoni ta' l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott intermedjarju għandu jinbidel, billi proporzjon ta' dan il-prodott ma kienx użat biex jiġi produċut il-prodott konċernat. Fil-fatt, l-ispejjeż rraportati kienu skond id-dokumenti interni li ġew miġbura fil-post. Madankollu, ma kienx hemm prova li ssuġġeriet li dan il-prodott intermidjarju kien użat għall-produzzjoni ta' prodotti oħra u għalhekk l-ispiża totali tal-produzzjoni tal-prodott intermidijarju kien attribwit għall-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat.. (11) Minkejja it-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni kif elenkat fil-premess 9, inqas minn 10 % tal-bejgħ domestiku ta' prodott simili matul l-IP ta' din l-azjenda kienu jħallu l-qliegħ, kif diġa indikat fir-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-valur normali kellu jkun kkalkolat skond l-Artikolu 2 [3] tar-Regolament bażiku. Il-produttur li jesporta kkunsidra li il-marġni tal-qliegħ li ġie stabbilit fl-istadju provviżorju ma kienx xieraq għaliex kien jinkludi il-bejgħ ta' l-esportazzjoni għal dawk il-pajjiżi li ma humiex fil-Komunità. Dan l-argument kien aċċettat għaliex il-marġni tal-qliegħ użat f'valur normali kostruit kif definit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) u l-Artikolu 2(6)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' bejgħ domestiku biss. B'konsegwentement sar aġġustament biex jikkoreġu dan. Reviżjoni addizzjonali żvelat li il-kategorija ta' prodotti kienet qed tagħmel telf fis-suq domestiku. Skond l-Artikolu 2(6)(c), marġni ta' qliegħ raġjonevoli fil-pajjiż analogu kien għalhekk stabbilit u kien bbażat fuq il-marġni tal-qliegħ medju peżat tal-produttur tal-pajjiż analagu u tal-produttur l-ieħor, basta jikkopera, li jesporta,. Ta' min ifakkar li produttur li jesporta f'pajjiż analogu (fl-Istati Uniti ta' l-Amerika) kien investigat għaliex ir-Repubblika Poplari taċ-Ċina ma hijiex ikkunsidrata bħala pajjiż fejn tiġi pprattikata l-ekonomija tas-suq. (12) Il-produttur l-ieħor li jesporta, Shandong Reipu Co., Ltd, talab li l-ispiża tal-produzzjoni ta' żewġ prodotti oħra għandhom jitnaqqsu mill-ispiża totali tal-produzzjoni għaliex huma jirriżultaw mill-istess proċess ta' produzzjoni u jinbiegħu separatament. Il-produttur li jesporta ma ssosstanzjax din it-talbab'evidenza dokumentata. Tabilħaqq id-dokumenti miġbura fil-post indikaw li l-ispejjeż diretti kienu diġa allokati fil-prodotti differenti li kienu konformi mat-tweġiba inizjali tal-kwestjonarju. (13) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw il-kalkolu tal-valur normali fil-pajjiż analogu kif deskritt fil-premessi 26 u 27 tar-Regolament provviżorju huma konfirmati. 2. Il-prezz ta' l-esportazzjoni (14) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, is-sejbiet provviżorju li jikkonċernaw il-kalkolu tal-prezz ta' l-esportazzjoni kif deskritt fil-premessi 28 u 29 tar-Regolament provviżorju huma konfirmati. 3. Paragun (15) Għall-għanijiet biex jiżgura paragun fier bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni f'livell ex-works, konċessjoni mistħoqqa fil-forma ta' aġġustamenti kienet magħmula għad-differenzi li ttalbu u murija biex jaffettwaw il-prezzijiet u jipparagunaw il-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Barra dan għal aġġustamenti li diġa ttieħdu inkonsiderazzjoni fl-istadju provviżorju, wara analiżi dettaljat, aġġustament għad-differenzi fit-taxxi indiretti li ma kinux irrifondati dwar l-esportazzjoni kien magħmul skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. Barra dan, xi aġġustamenti żgħar kienu magħmula dwar meta jseħħ il-ħlas u l-ispejjeż tat-trasport, assigurazzjoni u mmaniġġjar. 4. Marġni tad-dumping (16) Fin-nuqqas ta' xi kummenti li jikkonċernaw il-marġni residwu ta' dumping, il-metodoloġija deskritta fil-premess 31 tar-Regolament provviżorju huwa hawnhekk konfirmat. (17) Il-marġni definitivi ta' dumping, iddikjarati bħala persentaġġ tal-prezz importatat cif fil-konfini tal-Komunità, huma: Nanjing Jingmei kimiċi Co., Ltd, Nanjing: | 10,8 % | Shandong Reipu Chemicals Co., Ltd, Qihe County: | 12,3 % | Il-marġni ta' dumping mal-pajjiż kollu: | 40,7 % | E. ĦSARA 1. L-industrija tal-Komunità (18) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw kif il-Komunità l-industrijali hi komposta, kif deskritt fil-premessi 34 sa 37 tar-Regolament huma konfermati. 2. Is-suq ta' l-Komunità (19) Produttur li jesporta stqarr li fir-Regolament provviżorju ma kienx hemm data separata u l-anqas xi analiżi għall-bejgħ li jrid isir bil-fors, imma data u analiżi għall-attivitajiet tas-suq liberu u għall-attività kollha li tinkludi il-bejgħ ta' bil-fors. (20) Madankollu, din il-kwistjoni ġiet ittrattata fil-premessi 40 sa 43 tar-Regolament provviżorju, fejn kien spjegat li para-cresol li kien destinat għall-użu bil-fors għax ma hemmx għażla, ġie stabbilit li ma kienetx affettwata direttament mill-importazzjoni u għalhekk, l-attenzjoni kienet iffokata fuq is-suq ħieles. Xi indikaturi ekonomici relatati ma' l-industrja tal-Komunità li kienu ċertament analizzati u evalwati, kienu jirreferu ghas-sitwazzjoni prevalenti fis-suq hieles, filwaqt oħrajn kienu eżaminati b'mod ragjonevoli billi jirreferu ghall-attività kollha. Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida, is-sejbiet proviżjorji li jikkoncernaw is-suq relevanti tal-Kommunità kif deskritt fil-permessi 38 sa 43 tar-Regolament proviżorju huma ghalhekk konfermati. 3. Il-konsum fil-Komunità (21) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, is-sejbiet provizorji li jikkonċernaw il-konsum tal-Komunità kif deskritti fil-premessi 44 sa 46 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. 4. Importazzjoni mill-pajjiz konċernat (22) Fin-nuqqas ta' xi kummenti li qeghdin taħt dawn l-intestaturi, is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessi 47 sa 51 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. 5. Is-Sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità (23) Wieħed produttur li jesporta, kif ukoll utent, staqsa dwar il-fatt li l-ispiża tal-materja prima, partikolarment tas-soda kawstika, żdied fl-2001. Dan l-element ġie vverififikat mill-Kummissjoni u kien konfermat minn għejun differenti ta' informazzjoni li l-ispiża tas-soda kawstika żdiedet tassew verament konsiderovlment mis-sena 2000 sas-sena 2001. Il-parti l-kbira taż-żieda saret matul ir-raba' kwart tas-sena 2000 u fl-ewwel nofs ta' l-2001. Is-sejbiet li huma ddikjarati fil-premessi 60 u 61 tar-Regolament proviżorju jista' ghalhekk jiġi kkonfermat. (24) Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra, il-fatti u figuri kif elenkati fil-premessi 52 sa 65 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. Billi ma kienx hemm l-ebda indikazzjoni ta' dumping fl-imgħoddi, dan ma kienx ikkunsidrat bħala fattur relevanti fl-analiżi. 6. Konklużjoni dwar ħsara (25) Kien hemm deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità matul il-perjodu 2001 u l-IP, partikolarment f'termini ta' produzzjoni ridotta, l-utilizzazzjoni tal-post, bejgħ, is-sehem fis-suq, profitt, prospett mill-investiment u cash flow. Barra dan, kien hemm tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet, kif ukoll deterjorazzjoni serja fil-profitti u prospett mill-investiment. (26) Fin-nuqqas ta' xi kummenti dwar is-sejbiet, il-konkluzjonijiet li waslu għalihom, kif elenkati fil-premessi 66 sa 70 tar-Regolament huma konfermati. F. KAWŻAR (27) Produttur li jesporta wieħed issottometta li l-attivitajiet industriali tal-Komunità setgħu kienu affettwati negattivament mill-investimenti konsiderevoli, b'mod partikolari dawk li jridu jikkonformaw mal-obligazzi ta' l-ambjent. Madankollu, instab li dan l-argument ma setax idaħħal fil-kwestjoni il-ħolqa każwali kif stabbilit fir-Regolament provviżorju għal din ir-raġuni li ġejja. Filwaqt li huwa korrett li saru investimenti sinifikanti matul il-perjodu li qed jkun ikkunsidrat biex jikkonforma mal-ħtiġijiet ġodda tal-leġislazzjoni dwar sigurtà, saħħa u ambjent, l-investimenti l-kbar fl-ambjent saru fl-ewwel parti tal-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, meta l-industrija fil-Komunità kienet qed tagħmel profitt, u anki hemmhekk għamlet biss parti żgħira tal-investimenti totali fil-linja tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Tajjeb li wieħed jinnota li dawn l-investimenti huma diprezzati fuq numru ta' snin u l-allokazzjoni tal-ispejjeż ta' l-investimenti baqgħu stabbli matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Għalhekk dawn l-investimenti jista' biss kellhom impatt żgħir u ma setgħux qatgħu l-ħolqa każwali bejn id-dumping u l-ħsara materjali li ġarbet l-industrija fil-Komunità. (28) L-istess produttur li jesporta issottometta li t-tnaqqis ta' bejgħ li jrid isir bil-fors seta' ikkontribwixxa għall-ħsara mġarrba' mill-industrija fil-Komunità billi il-prezzijiet tal-bejgħ lill-utenti li kellhom jixtru bil-fors, żdiedu iktar minn dawk il-prezzijiet għall-bejgħ fis-suq ħieles. Din il-kwistjoni ġiet investigata aktar. Kif diġa indikat fir-Regolament proviżorju, il-bejgħ sar bejn wieħed u ieħor bl-istess prezzijiet lill-utenti li kellhom jixtru l-prodott bil-fors, bħal dawk li ġew iċċarġjati fis-suq ħieles u dan ġie kkonfermat minn aktar analiżi. Ghalhekk, huwa biss l-iżvilupp negattiv ta' bejgħ li kellu jsir bil-fors li seta' kkontribwixxa għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija fil-Komunità. Tassew, il-volum ta' bejgħ li kellu jsir bil-fors niżel madwar b'10 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Madanakollu, minħabba l-ammont relattivament żgħir ta' produzzjoni destinat għall-bejgħ li kellu jsir bil-fors, kien ikkunsidrat li l-iżvilupp ta' l-uzu bil-fors tal-prodott ma kontibwixxix b'xi mod sinifikanti għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija fil-Komunità. Il-konklużjoni fir-Regolament proviżorju għandu għalhekk jiġi mantnut. (29) Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra fuq kawżar, is-sejbiet u l-konklużjonijiet li waslu għalihom kif elenkati fil-premessi 71 sa 85 tar-Regolament proviżorju huma konfermati G. INTERESS FIL-KOMUNITÀ (30) One important user claimed that a shortage of supply of para-cresol has become apparent in the market since the imposition of the provisional anti-dumping measure and that deliveries by the Community industry have become irregular(30). Din il-kwistjoni ġiet investigata mill-Kummissjoni. Kien ikkonfermat li l-industrija fil-Komunità kienet riċentament iffaċċjata b'xi diffikultajiet biex tissodisfa d-domanda għall-prodott kkonċernat. Madankollu, ta' min ifakkar li fis-snin riċenti is-suq kien fornut mill-produttur ta' l-Komunità, kif ukoll minn importazzjoni miċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-imposizzjoni ta' dazju proviżorju ta' anti-dumping setgħu għamlu l-importazzjoni ċiniża iktar għalja, imma ma eskludithomx mis-suq billi id-dazji individwali kienu inqas sew mill-livell ta' prezzijiet imnaqqsa li kien hemm. Għalhekk il-konklużjonijiet, ikkorraborati b'evidenza għal dan l-effett, urew li n-nuqqas ta' provvista kien x'aktarx dovut għal ċirkostanzi temporanji, bħal problemi tekniċi u amministrattavi, kemm fil-Komunità kif ukoll fiċ-Ċina, u ma hemm l-ebda raġuni biex tikkonkludi li din l-iskarsezza kienet ikkawżata bid-dazji ta' anti-dumping jew li din l-iskarsezza x'aktarx tippersisti. Din il-konkluzjoni hija appoġġjata bil-fatt li l-industrija fil-Komunità żiedet il-kapaċità tagħha ta' produzzjoni fis-sena 2002 u għalhekk għandha issa tleħħaq waħedha mad-domanda intiera fil-Komunità. (31) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida oħra mogħtija fl-interess ta' l-Komunità, is-sejbiet u l-konkluzjonijiet milħuqa kif elenkati fil-premessi 86 sa 102 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. H. MIŻURI DEFINITTIVI TA' ANTI-DUMPING 1. Il-livell biex tkun eliminata il-ħsara (32) Ibbażata fuq il-metodoloġija kif spjegata fil-premessi 103 sa 107 tar-Regolament proviżorju, il-livell biex tkun eliminata il-ħsara ġiet ikkalkulata għall-għanijiet li jistabbilixxi il-livell ta' miżuri biex jiġu definittivament imposti. (33) Fin-nuqqas ta' xi kummenti, il-metodoloġija użata biex tistabbilixxi l-livell biex tkun eliminata l-ħsara kif deskritt fil-premessi 103 sa 107 tar-Regolament provizorju huwa konfermat. 2. Forma u livell ta' dazji (34) Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel u skond l-Artikolu 9 [4] tar-Regolament Bażiku, dazju definittiv għal anti-dumping għandu jkun impost fil-każ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dan id-dazju għandu jiġi impost skond il-livell li jinstab ta' marġini ta' dumping, billi il-marġini ta' ħsara kienet iktar għolja mill-marġini ta' dumping. (35) Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, id-dazji definittivi huma li ġejjin: Nanjing Jingmei Chemical Co., Ltd, Nanjing: | 10,8 % | Shandong Reipu Chemicals Co., Ltd, Qihe County: | 12,3 % | Il-marġni ta' dumping mal-pajjiż kollu: | 40,7 % | (36) Ir-rati ta' dazju ta' anti-dumping għal kumpanija individwali kif speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi ta' sejbiet ta' l-investigazzjoni prezenti. Għalhekk, huma jirriflettu is-sitwazzjoni li instagħbet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta' dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu li huwa applikabbli għall-"kumpanniji l-oħra kollha") huma għaldaqstant esklussivament applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u produċut mill-kumpanniji u allura mill-entitajiet legali li diġa ssemmew speċifikament. Prodotti importati li huma produċuti minn xi kumpannija oħra li ma hijiex msemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inkluż entitajiet li huma relatati ma' dawk msemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u huma soġġetti għal rata ta' dazju applikabbli lil "kumpanniji l-oħra kollha". (37) Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju għall-anti-dumping tal-kumpannija individwali (eż. wara li jkun hemm tibdil fl-isem ta' l-entità jew wara li jkunu stabbiliti entitatijiet ġodda ta' produzzjoni jew ta' bejgħ) għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni [5] minnufih bl-informazzjoni kollha relevanti, partikolarment meta jkun hemm xi tibdil fl-attivitajiet tal-kumpannija li huma relatati mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u bejgħ għall-esportazzjoni li jkun assoċjat ma', per eżempju, dak it-tibdil fl-isem jew tibdil fl-entitatijiet fejn jirrigwarda produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jkun imbagħad amendat kif suppost billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpanniji li jgawdu minn rati ta' dazju individwali. 3. Kollezzjoni ta' dazji proviżorji (38) Minħabba l-kobor ta' marġini ta' dumping li nstabu u fid-dawl ta' l-livell ta' ħsara ikkaġunat mill-industrija ta' l-Komunità, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti li huma assikurati bid-dazju proviżorju ta' anti-dumping, impost mir-Regolament proviżorju, i.e. Regolament (KE) Nru 510/2003, għandhom jiġu definittivament miġbura skond ir-rata ta' dazju li kien definittivament impost. Meta id-dazji definittivi huma iktar għolja mid-dazji proviżorji, l-ammonti assikurati fil-livell ta' dazji proviżorji biss għandhom jiġu definittivament miġbura. (39) Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju għall-anti-dumping tal-kumpannija individwali (eż. wara li jkun hemm tibdil fl-isem ta' l-entità jew wara li jkunu stabbiliti entitatijiet ġodda ta' produzzjoni jew ta' bejgħ) għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni [6] minnufih bl-informazzjoni kollha relevanti, partikolarment meta jkun hemm xi tibdil fl-attivitajiet tal-kumpannija li huma relatati mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u bejgħ għall-esportazzjoni li jkun assoċjat ma', per eżempju, dak it-tibdil fl-isem jew tibdil fl-entitatijiet fein jirrigwarda produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jkun imbagħad amendat kif suppost billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpanniji li jgawdu minn rati ta' dazju individwali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv ta' anti-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjoni ta' para-cresol b'minimu ta' purità ta' 97 % ta' para-isomer, kalkulat fuq bażi xotta u netta, li qiegħda fil-kodiċi CN ex29071200 (TARIC kodiċi 2907120091), li oriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2. Ir-rata definittiva ta' dazju għal anti-dumping li huwa applikabbli għall-prezz nett u liberu, tal-fruntiera ta' l-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġejjin għall-prodotti manifatturati minn: Manifattur | Rata ta' dazju | TARIC kodiċi addizzjonali | Nanjing Jingmei Chemical Co., Ltd, Jingqiao Town, Lishui County, Nanjing 211224, Repubblika Popolari taċ-Ċina Shandong Reipu Chemicals Co., Ltd, | 10,8 % | A434 | Chenming West Road, Qihe County, Shandong, Repubblika Popolari taċ- China | 12,3 % | A435 | Il-kumpanniji l-oħra kollha | 40,7 % | A999 | 3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 Ammonti assikurati b'dazji proviżorji ta' anti-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 510/2003 fuq importazzjoni ta' para-cresol li qegħdin fil-kodiċi tan-NM ex29071200 (TARIC kodiċi 2907120091), li oriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom definittivament jinġabru. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti assikurati biss fil-livell ta' dazji provviżorji għandhom definittavament jinġabru. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Settembru 2003. F'isem il-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1; Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1). [2] ĠU L 75, 21.03.03, p. 12. [3] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direzzjoni B, J-79 5/16, B-1049 Brussel. [4] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direzzjoni B, J-79 5/16, B-1049 Brussel. [5] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direzzjoni B, J-79 5/16, B-1049 Brussel. [6] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direzzjoni B, J-79 5/16, B-1049 Brussel. --------------------------------------------------