02009D0964 — MT — 31.12.2010 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2009

dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta' Ħidma għall-2010 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13), dwar l-għażla, l-aġġudikazzjoni u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm u l-ħlas Komunitarju għall-Konvenzjoni tal-Qafas tal-WHO dwar il-kontroll tat-Tabakk

(notifikata bid-dokument C(2009) 10183)

(2009/964/UE)

(ĠU L 340 22.12.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta' Diċembru 2010 2010/C 358/04

  C 358

23

31.12.2010




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2009

dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta' Ħidma għall-2010 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13), dwar l-għażla, l-aġġudikazzjoni u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm u l-ħlas Komunitarju għall-Konvenzjoni tal-Qafas tal-WHO dwar il-kontroll tat-Tabakk

(notifikata bid-dokument C(2009) 10183)

(2009/964/UE)



Artikolu 1

1.  Il-Pjan ta' Ħidma għall-2010 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) kif stabbilit fl-Anness I u l-kriterji tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet skont it-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-13), kif stipulat fl-Annessi II, IV, V u VI, u l-ħas Komunitarju lill-Konvenzjoni tal-Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk huma adottati permezz ta' dan ta' hawnhekk.

Dawn iservu bħala d-deċiżjoni għall-iffinanzjar tal-għotjiet u l-kuntratti li l-aġġudikazzjoni tagħhom ma teħtieġx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tiddependi fuq l-adozzjoni mill-Awtorità Baġitarja tal-allokazzjonijiet baġitarji proposti mill-Kummissjoni fil-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2010.

2.  Fl-ambitu tal-baġit indikattiv massimu għal kull azzjoni speċifika, tibdil kumulattiv li ma jaqbiżx l-20 % mhuwiex meqjus bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwax b'mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-Pjan ta' Ħidma. L-uffiċjal awtorizzanti, kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jadotta dan it-tibdil skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda.

3.  Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni globali ta' dan il-Pjan ta' Ħidma.

Artikolu 2

L-għotjiet identifikati f'dan il-Pjan ta' Ħidma għal entitajiet b'monopolju de jure jew de facto għandhom jiġu aġġudikati skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 168(1)(c) u (f) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 3

L-allokazzjonijiet baġitarji meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2008-13) għandhom jiġu ddelegati lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi” skont il-kundizzjonijiet u fl-ambitu tal-limiti tal-ammonti stabbiliti fil-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I.

Is-sussidju operattiv imdaħħal fil-linja tal-baġit 17 01 04 30 għandu jitħallas lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”.

Artikolu 4

L-approprijazzjonijiet koperti mill-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I jistgħu jintużaw biex jitħallas imgħax awtomatiku b’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.




ANNESS I

Pjan ta' Ħidma Annwali 2010 inklużi l-implikazzjonijiet baġitarji u l-kriterji għall-finanzjament marbutin mal-għotjiet

1.   KUNTEST ĠENERALI

1.1.   Politika u kuntest legali

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-Programm”) stabbilixxiet it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13), minn hawn ‘il quddiem “it-tieni Programm tas-Saħħa”.

It-tieni Programm tas-Saħħa huwa maħsub biex jikkumplementa, isostni u jżid il-valur lill-politiki tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għal żieda fis-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; il-promozzjoni tas-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa; il-ħolqien u t-tixrid ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa.

L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tadotta:

(a) il-Pjan ta' Ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm li jistabbilixxi:

(i) il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu attwati, inkluża l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji;

(ii) il-kriterji għall-perċentwali ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, inklużi l-kriterji għall-ivvalutar dwar jekk tapplikax utilità eċċezzjonali jew le;

(iii) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 9;

(b) il-kriterji tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 4.

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju (RF) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni għandha tippreċedi l-impenn tan-nefqa. Skont l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (RF), id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-RF, tista' titqies li hi d-deċiżjoni għall-iffinanzjar sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. Il-mira ta' dan id-dokument hi li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati u li hu jippreżenta l-attivitajiet differenti skedati għall-2010, li hija t-tielet sena tal-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (AESK) għandha tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma għall-2010 skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Pjan ta' Ħidma u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta' Settembru 2008 li tiddelegalha s-setgħat.

1.2.   Riżorsi

Id-Deċiżjoni tal-Programm tiffissa baġit totali ta' EUR 321 500 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 – 31 ta' Diċembru 2013.

L-awtorità baġitarja approvat baġit totali ta' EUR 47 100 000  ( 2 ) għall-2010 għal-linji baġitarji 17 03 06 u 17 01 04 02.



Linja baġitarja

 

17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa

Eur 45 700 000

17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva

Eur 1 400 000

TOTAL

Eur 47 100 000

Il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva tal-programm” għandha tintuża għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u għal-laqgħat tal-esperti, għall-pubblikazzjonijiet, diversi attivitajiet ta' komunikazzjoni u nfiq kurrenti ieħor li jsostni l-implimentazzjoni tal-għanijiet tat-tieni Programm ta' Ħidma. Il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din il-linja baġitarja.

Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali mingħand il-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja) u mingħand pajjiżi kandidati li qed jipparteċipaw fil-Programm huma stmati li jlaħħqu EUR 1 186 920 mill-pajjiżi EFTA/ŻEE u EUR 138 000 mill-Kroazja ( 3 ).

Il-baġit totali għall-2010 għalhekk huwa stmat għal EUR 48 424 920 :

— it-total għall-baġit operattiv huwa stmat għal EUR 46 984 640 ;

— it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat għal EUR 1 440 280 .

Il-linja baġitarja għall-approprijazzjonijiet amministrattivi marbuta mal-EAHC hija 17 01 04 30.

1.2.1.   Ammonti indikattivi

L-ammonti indikattivi fil-kapitoli li jmiss huma indikattivi. B’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-RF, taħt kull mekkaniżmu ta' finanzjament huwa possibbli li jkun hemm varjazzjonijiet li ma jkunux sostanzjali fl-ambitu ta' +/- 20 % għal kull partita.

2.   MEKKANIŻMI TA' FINANZJAMENT

Il-firxa sħiħa ta' mekkamiżmi ta' finanzjament offruta taħt it-tieni Programm tas-Saħħa għandha tiġi implimentata fl-2010. Il-baġit għas-sejħa għall-proposti għall-proġetti tnaqqas u saret konċentrazzjoni akbar fuq is-sejħiet għall-offerti u mekkaniżmi oħra ta' finanzjament, bħalma huma azzjonijiet konġunti u għotjiet ta' operat. Dan jimmira li jimmassimizza l-effiċjenza u l-valur miżjud ta' azzjonijiet finanzjati, u jiżgura li l-finanzi jkunu mmirati b’mod aktar dirett biex jilħqu l-għanijiet tal-Programm. Madankollu, f’każ li r-riżorsi mill-baġit operattiv kellhom jibqgħu disponibbli fl-aħħar tal-2010, dawn għandhom jiġu allokati mill-ġdid għall-finanzjament ta' għotjiet li jintgħażlu bħala prijorità permezz tas-sejħa tal-2010 għal proposti għall-proġetti.

Il-mekkaniżmi kollha tra’ finanzjament għandhom jitwettqu taħt ir-responsabilità tal-AESK, minbarra l-punti 2.7, 2.8 u 2.9, li jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta tal-Kummissjoni, u wħud mis-sejħiet għall-offerti, (il-punt 2.2), li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni. Is-sejħiet u l-informazzjoni rilevanti jiġu ppubblikati fil-websajt tal-AESK ( 4 ).

Għal kull waħda mit-temi diskussi fit-taqsimiet 3.2 Temi indirizzati fl-ewwel għan “Intejbu s-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini”, 3.3 Temi indirizzati fit-tieni għan “Il-promozzjoni tas-saħħa”, u 3.4 Suġġetti indirizzati fit-tielet għan “Il-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien tas-saħħa”, għandu jkun applikabbli biss il-mekkaniżmu tal-finanzjament indikat f’suġġett.

Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, għandha tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni ma' pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-programm. Iżda, dan ma għandu jinvolvi l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja li taqa’ taħt il-Programm għal dawk il-pajjiżi. Minkejja dan, l-ispejjeż tal-ivjaġġar u għall-għajxien għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li sejrin hemm jistgħu jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati kif xieraq, u fil-każijiet fejn dan jikkontribwixxi b’mod dirett għall-għanijiet tal-Programm.

2.1.   Sejħa għal proposti għall-proġetti

L-għotjiet għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. ►M1  L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għal proposti dwar proġetti huwa stmat li jilħaq is-EUR 16 300 000 (madwar 34,7 % tal-baġit operattiv). ◄

Sejħa għall-proposti għall-proġetti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-aħħar tliet xhur tal-2009 (data indikattiva). Hija għandha tiddeskrivi l-oqsma għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Il-proġetti kollha għandhom jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli u għandhom ikunu innovattivi minnhom infushom. Iż-żmien li jdumu normalment ma għandux jaqbeż it-tliet snin. L-impatt mistenni ta' għandu jitkejjel permezz ta' indikaturi xierqa, preferibbilment bl-indikatur Snin ta' Ħajja Sana (Healthy Life Years). Fejn huwa rilevanti, l-informazzjoni għandha tinkludi kif se jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perspettiva skont is-sessi u l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

Se jitqiesu għall-finanzjament bis proposti ta' proġetti li direttament jikkorrispondu għat-temi speċifiċi deskritti fit-taqsimiet 3.2, 3.3 and 3.4 u fejn “sejħa għall-proposti għall-proġetti” hija indikata bħala l-mekkaniżmu ta' finanzjament. Proposti li jindirizzaw biss il-qasam usa’ tas-suġġett mingħajr ma jikkorisspondi mad-deskrizzjoni speċifika ta' tema speċifika mhumiex se jiġu kkunsidrati għal finanzjament.

Fejn rilevanti, il-proposti kollha jridu juru sinerġiji ma' attivitajiet attwali ta' riċerka ffinanzjati taħt it-tema tas-saħħa u temi oħra marbuta mas-7 Programm Qafas ta' Riċerka ( 5 ).

Fejn għandha x’taqsam l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-sejħa għal proposti għall-proġetti, għandu jiġi segwit bilanċ bejn l-għanijiet differenti ta' żvilupp tal-Programm, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jkunu daħlu, sakemm ma jinqalgħu ebda emerġenzi partikolari fis-settur tas-saħħa (pereżempju, xi influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw riallokazzjoni ta' riżorsi.

Minħabba n-natura kumplementari u motivazzjonali tal-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % tal-ispejjeż tal-proġett iridu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra. Konsegwentement, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji normali jistgħu jkunu sa 60 % kull proġett tal-ispejjeż eliġibbli għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ se tkun iddeterminata l-perċentwali massima li għandha tiġi aġġudikata.

Tista’ tkun mistennija kontribuzzjoni Komunitarja massima mingħand kull benefiċjarju (jiġifieri, mingħand kull benefiċjarju prinċipali u mingħand kull benefiċjarju assoċjat) ta' 80 % tal-ispejjeż eliġibbli meta proposta tkun ta' utilità eċċezzjonali, kif speċifikat fil-punt 3.1. Mhux aktar minn 10 % tal-proġetti ffinanzjati għandhom jirċievu kontribuzzjoni Komunitarja ta' aktar minn 60 %.

Għandu jiġi nnutat li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja fil-proġetti magħżula jista’ jiżdied sa mhux iżjed minn 10 % fejn għandu x’jaqsam l-ammont mitlub mill-benefiċjarju. Fi kwalunkwe każ ikun limitat għall-ammont meqjus bħala meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-proġett.

Dettalji dwar il-kriterji tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni u kriterji oħra marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Programm, jidhru fl-Anness II.

Dettalji dwar l-eliġibilità tal-ispejjeż ta' vjaġġar u għajxien huma previsti fl-Anness III.

2.2.   Sejħiet għall-Offerti

Is-servizzi tal-akkwisti għandhom jiġu ffinanzjati taħt 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-għadd indikattiv ta' kuntratti huwa speċifikat fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 ta' dan il-Pjan ta' Ħidma. Il-kuntratti kollha huma kuntratti ta' servizz.

►M1  L-ammont indikattiv totali għas-sejħiet għal offerti huwa stmat li jilħaq is-EUR 7 864 640 (madwar 16,7 % tal-baġit operattiv). ◄ Is-sejħiet għall-offerti għandhom jiġu varati fil-Ġurnal Uffiċjali fl-ewwel sitt xhur tal-2010 (data indikattiva).

2.3.   Azzjonijiet konġunti

L-azzjonijiet konġunti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. ►M1  L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għal proposti għall-azzjonijiet konġunti huwa stmat li jilħaq is-EUR 16 000 000 (madwar 34,1 % tal-baġit operattiv). ◄ Sejħa għall-proposti għall-azzjonijiet konġunti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-aħħar tliet xhur tal-2009 (data indikattiva).

Ċerti azzjonijiet se jkunu eliġibbli għal finanzjament bħala azzjonijiet konġunti mill-Komunità u wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew mill-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-Programm. Il-pajjiżi parteċipanti se jiġu mistiedna jressqu proposti permezz ta' sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti li ġew identifikati espliċitament bħala tali fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4.

Dawn il-kontribuzzjonijiet Komunitarji jistgħu jiġu aġġudikati lil korp pubbliku jew korp li ma joperax bi skop ta' qligħ indikat mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata. Azzjonijiet konġunti għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha u għal pajjiżi oħra li jipparteċipaw fil-Programm.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-azzjonijiet konġunti ma għandhiex taqbeż il-50 %, ħlief f’każijiet ta' utilità eċċezzjonali fejn il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż is-70 %. Utilità eċċezzjonali tapplika għal dawk l-azzjonijiet konġunti li:

— jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-punt 3.1, u

— li fihom ikun hemm jipparteċipaw korpi minn mhux anqas minn 10 pajjiżi parteċipanti jew, fejn l-azzjoni tkun proposta minn entità minn Stat Membru li l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea saret wara l-1 ta' Mejju 2004 jew minn pajjiż kandidat, ikollhom jipparteċipaw fihom 3 pajjiżi parteċipanti.

Il-kriterji ta' għażla u aġġudikazzjoni għal azzjonijiet konġunti huma dettaljati fl-Anness IV.

Dettalji dwar l-eliġibilità tal-ispejjeż ta' vjaġġar u għajxien jinsabu fl-Anness III.

2.4.   Għotjiet operattivi

L-għotjiet operattivi għandhom jiġi ffinanzjati taħt il-linja Baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għal proposti għall-għotjiet operattivi huwa stmat għal EUR 2 000 000 (madwar 4,3 % tal-baġit operattiv). Minn dan l-ammont EUR 800 000 huma riżervati għal għotjiet operattivi ġodda speċifikament imsemmija fit-taqsimiet 3.2, 3.3 u 3.4 fejn “għotja operattiva” hija indikata bħala l-mekkaniżmu ta' finanzjament. EUR 1 200 000 huma riżervati għat-tiġdid tal-għotjiet operattivi aġġudikati skont il-Pjan ta' Ħidma tal-2009. Sejħa għall-proposti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-aħħar tliet xhur tal-2009 (data indikattiva).

Sostenn finanzjarju għall-attivitiet jista’ jiġi aġġudikat lil dawk l-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ppreżentati fl-Anness V.

Is-sostenn finanzjarju ma għandux jaqbeż is-60 % tan-nefqa involuta fit-twettiq tal-attivitajiet eliġibbli. Fil-każi ta' utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż it-80 %. Il-kriterji għal utilità eċċezzjonali huma definiti fil-punt 3.1.

Kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, it-tiġdid tal-kontributi finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 1(b) tal-entitajiet mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jistgħu jkunu eżenti mill-prinċipju tat-tnaqqis gradwali. Bħala regola ġenerali, din l-eżenzjoni għandha tapplika għal organizzazzjonijiet applikanti li ma jirċievu l-ebda finanzjament mis-settur privat ( 6 ) jew ikollhom kwalunkwe interess ieħor ta' kunflitt għat-tħaddim tagħhom (finanzjament tal-qalba). Għall-għotjiet operattivi mġedda l-oħra kollha, se jiġi applikat tnaqqis ta' 5 punti perċentwali meta mqabbel mal-perċentwali Komunitarja ta' kofinanzjament miftiehma fil-ftehim tal-għotja wara s-sejħa għall-proposti 2009.

2.5.   Konferenzi fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-konferenzi organizzati fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. ►M1  L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għal proposti għall-konferenzi huwa stmat li jilħaq it-EUR 850 000 (madwar 1,8 % tal-baġit operattiv): EUR 200 000 għal konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u EUR 650 000 għal konferenzi oħrajn. ◄ Sejħa għall-proposti għall-konferenzi għandha titnieda fl-aħħar tliet xhur tal-2009 (data indikattiva).

Għal raġunijiet amministrattivi, il-konferenzi kollha eliġibbli għal kofinanzjament, apparti mill-konferenzi tal-Presidenza, iridu jsiru fl-2011.

2.5.1.   Konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

▼M1

Żewġ konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, waħda għall-Presidenza fit-tieni nofs tal-2010 u l-oħra għall-Presidenza fl-ewwel nofs tal-2011, huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea sa EUR 100 000 kull wieħed, bir-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea ta' 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

▼B

Dawn l-avvenimenti, li huma ta' natura politika għolja u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livell kemm mill-Awtoritajiet Nazzjonali kif ukoll rappreżentanti Ewropej, għandhom jiġu organizzati esklussivament mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza f’idejh. Minħabba r-rwol uniku tal-Presidenza fil-qafas tal-attivitajiet Komunitarji, l-Istat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni tal-avveniment huwa kkunsidrat bħala li għandu monopolju de jure.

Skont l-Artikolu 168(1)(c) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, għotjiet jistgħu jiġu allokati mingħajr sejħa għal proposti lil organizzazzjonijiet f’sitwazzjoni ta' monopolju de jure jew de facto, li dwar dan tkun ingħatat prova xierqa fid-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni.

Permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, il-Presidenza għandha tressaq talba għal għotja lis-servizzi tal-Kummissjoni għall-konferenza kkonċernata mill-inqas erba’ xhur qabel l-avveniment. It-talba għal għotja għandha tispeċifika t-tema tal-konferenza, l-abbozz tal-programm, il-baġit provviżorju u l-kompożizzjoni tal-kumitati xjentifiċi u organizzattivi.

▼M1

Il-konferenzi Presidenzjali li għandhom jiġu kofinanzjati skont il-Pjan ta' Ħidma għall-2010 huma: Konferenza Presidenzjali dwar il-Mard Kroniku li għandha ssir f'Ottubru 2010 taħt il-Presidenza Belġjana, u Konferenza Presidenzjali dwar l-Azzjoni għall-Prevenzjoni li għandha ssir f'Mejju 2011 taħt il-Presidenza Ungeriża.

▼B

2.5.2.   Konferenzi oħra

Skont l-Artikolu 2(2) u l-punt 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità jistgħu jiġu aġġudikati għall-organizzazzjoni ta' konferenzi li:

— jikkorrispondu direttament ma' waħda mit-temi deskritti fit-taqsimiet 3.2, 3.3 u 3.4, ukoll jekk jissemma mekkaniżmu differenti ta' finanzjament;

— għandhom dimensjoni wiesgħa tal-Unjoni Ewropea, b’parteċipanti li ġejjin minn mill-inqas 10 pajjiżi li jipparteċpaw fit-tieni Programm tas-Saħħa;

— jiġu organizzati minn korp pubbliku jew minn korp li ma joperax bi skop ta' qligħ, stabbilit f’Pajjiż li jkun qed jipparteċipa fit-tieni Programm tas-Saħħa u li għandu esperjenza relevanti f’kooperazzjoni fil-livell tal-UE.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet Ewropej għall-organizzazzjoni tal-konferenzi huma speċifikati fl-Anness VI. Konferenzi magħżula huma eliġibbli għall-kontribuzzjoni Komunitarja għal mhux iktar minn EUR 100 000 għal kull konferenza (massimu ta' 50 % tal-baġit totali). Kull għotja aġġudikata tista’ tipprovdi finanzjament għal massimu ta' żewġ konferenzi. Konferenzi li jkopru firxa wiesgħa ħafna ta' kwistjonijiet differenti tas-saħħa, li huma ta' relevanza politika għolja ħafna, li għandhom għadd kbir ta' organizzazzjonijiet involuti u udjenza sinifikanti jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu aġġudikati kontribuzzjoni finanzjarja ta' mhux iktar minn EUR 200 000 .

2.6.   Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-fondi għal azzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. ►M1  L-ammont indikattiv totali huwa stmat li jilħaq iż-EUR 2 600 000 (madwar 5,5 % tal-baġit operattiv). ◄

Skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Programm, relazzjonijiet u kooperazzjoni ma' għaqdiet internazzjonali rilevanti għandhom ikunu mħeġġa. Dan għandu jsir ma' dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom il-kapaċità meħtieġa biex jindirizzaw prijoritajiet tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea kif identifikati fil-Pjan ta' Ħidma annwali. Hija għandha tkun ibbażata fuq kollaborazzjoni effettiva mal-Kummissjoni.

L-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati hawn taħt għandhom kapaċitajiet speċifiċi marbuta mal-isfera ta' attività tagħhom. Dan jagħmilhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu ċerti azzjonijiet speċifikati fil-Pjan ta' Ħidma. Għalhekk l-għotjiet diretti huma meqjusa bħala l-iktar mekkaniżmu xieraq u effettiv għalihom. Barra minn hekk, għotjiet diretti għandhom itejbu s-sinerġiji u l-kapaċità ta' reazzjoni għall-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Għall-Pjan ta' Ħidma attwali, organizzazzjoni internazzjonali hija definita bħala forma ta' kooperazzjoni intergovermentali stabbilita minn stati permezz tal-iffirmar ta' ftehim internazzjonali li hija reġistrata jew li tressqet biex tiġi rreġistrata mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha struttura permanenti ta' organizzazzjoni u li hija mogħnija bi status legali bbażat fuq il-ftehim internazzjonali relevanti li jippermetti l-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha u l-issodisfar tal-iskop tagħha.

Skont l-Artikolu 168(1) il-premessa (f) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, il-finanzjament għal azzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jiġi allokat permezz ta' ftehimiet ta' għotjiet mingħajr sejħa għall-offerti fuq temi identifikati speċifikament f’dan il-Pjan ta' Ħidma. L-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-uffiċċji nazzjonali jew reġjonali tagħhom mhumiex eliġibbli għall-finanzjament bħala benefiċjarji ewlenin jew assoċjati fl-ebda sejħa għall-offerti.

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jkun ta' sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet meqjusa għal kull organizzazzjoni. L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC) għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni Komunitarja u l-perċentwali massima li għandha tiġi aġġudikata f’kull każ.

Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, attivitajiet li jinvolvu pajjiżi terzi li ma jipparteipawx fit-tieni Programm tas-Saħħa ma għandhomx jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli. Dan japplika wkoll fir-rigward ta' ftehimiet ta' għotja ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Minkejja dan, l-ispejjeż tal-ivjaġġar u għall-għajxien għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li sejrin hemm jistgħu jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli f’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati kif xieraq, u fil-każijiet fejn dan jikkontribwixxi b’mod dirett għall-għanijiet tat-tieni Programm tas-Saħħa.

Il-finanzjament jista’ jiġi aġġudikat biss lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin fl-2010:

— L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD)

— L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

— L-Osservatorju Ewropew għall-Politiki tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa

— Il-Kunsill tal-Ewropa (CoE)

— Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer (IARC).

2.7.   Kumitati Xjentifiċi

L-attività tal-Kumitati Xjentifiċi rilevanti għas-Saħħa Pubblika għandha tiġi ffinanzjata taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

L-għan tal-Kumitati Xjentifiċi huwa li jipprovdu lill-Kummissjoni b’pariri indipendenti, ta' kwalità għolja dwar riskji għas-saħħa. Il-finanzjament maħsub biex jiżgura t-tħaddim tal-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE ( 7 ): indennitajiet speċjali. L-indennitajiet speċjali jitħallus lill-esperti għall-parteċipazzjoni tagħhom f’laqgħat u għax-xogħol fuq opinjonijiet xjentifiċi.

Ammont globali ta' EUR 270 000 (madwar 0,6 % tal-baġit operattiv) għandu jiġi allokat għall-ħlas ta' benefiċċji għal parteċipanti f’laqgħat relatati max-xogħol tal-kumitati xjentifiċi u ta' relaturi għat-tlestija tal-opinjonijiet tal-kumitati xjentifiċi, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi. ( 8 ) Dawn il-benefiċċji għandhom ikopru l-oqsma kollha rilevanti għat-tieni Programm tas-Saħħa, jiġifieri 100 % tal-ispejjeż għal SCHER (Kumitat Xjentifiku dwar Riskji għas-Saħħa u dawk Ambjentali) u 50 % (bħala perċentwali indikattiva) tal-ispejjeż għal SCENIHR (Kumitat Xjentifika dwar Riskji għas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Riċentement) u għall-koordinazzjoni.

2.8.   Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra bħal:

— l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u laqgħat għall-esperti, inklużi seminars organizzati f’livell nazzjonali għal gruppi ta' esperti biex bejniethom iseħħ skambju tal-aħjar prattika fl-oqsma identifikati fil-Pjan ta' Ħidma annwali;

— il-pubblikazzjonijiet u d-diversi inizjattivi ta' komunikazzjoni għall-promozzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa;

għandhom jiġu ffinanzjati prinċipalment taħt il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva tal-programm” permezz ta' sejħiet għall-offerti.

Għal uħud mit-temi tekniċi speċifiċi, kif deskritt fil-kapitolu 3, huma previsti sejħiet għall-offerti premezz ta' ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (ĊRK) Huma għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. Iċ-ĊRK mhuwiex eliġibbli biex jirċievi finanzjament bħala benefiċjarju tal-għotjiet. ►M1  Ammont indikattiv globali ta' EUR 1 100 000 (madwar 2,3 % tal-baġit operattiv) għandu jiġi allokat għal dan l-għan. ◄

2.9.   Ħlas Komunitarju lill-Konvenzjoni tal-Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk

Il-Komunità Ewropea hija membru sħiħ tal-Konvenzjoni tal-Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (Framework Convention on Tobacco Control – FCTC). Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja 2010-2011 lill-FCTC għandu jsir taħt il-linja baġitarja 17 03 05 “Ftehimiet internazzjonali u sħubija ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-kontroll tat-tabakk”. Għalhekk il-kontribuzzjoni Komunitarja mhijiex finanzjata mill-Programm tas-Saħħa. Il-ħlas Komunitarju huwa bbażat fuq id-deċiżjoni dwar il-pjan ta' ħidma u l-baġit għall-perjodu finanzjarju 2010-2011 li ttieħdet mit-Tielet Konferenza tal-Membri tal-Konvenzjoni f’Novembru 2008 (FCTC/COP/3/19).

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea hija ffissata għal USD 283 374 għal perjodu ta' sentejn (2010-2011). Il-pjan ta' ħidma jinkludi, inter alia, l-organizzazzjoni tar-4 sessjoni tal-Konferenza tal-Membri, l-elaborazzjoni tal-protokoll dwar il-kummerċ illegali tat-tabakk, l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-istrument ta' rappurtar li jaqa' taħt il-Konvenzjoni u l-iżvilupp tal-linji gwida għall-implimentazzjoni. Il-linji gwida għandhom jindirizzaw ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk u l-iżvelar tagħhom biex jiġu implimentati l-Artikoli 9 u 10, kif ukoll l-edukazzjoni, il-komunikazzjoni, it-taħriġ u l-kuxjenza tal-opinjoni pubblika biex jiġi implimentat l-Artikolu 12. Is-Segretarjat tal-FCTC għandu jamministra l-fondi skont ir-regoli finanzjarji tad-WHO.

3.   OQSMA TA' PRIJORITÀ GĦALL-2010

Temi għall-2010 ntgħażlu skont id-Deċiżjoni tal-Programm u l-Istrateġija tas-Saħħa, kif stipulat fil-White Paper Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 ( 9 ), li jidentifikaw tliet komponenti ewlenin ta' azzjoni dwar il-promozzjoni tat-tixjiħ san matul l-istadji kollha tal-ħajja, li jiġġieldu kontra t-theddid għas-saħħa u jappoġġjaw sistemi dinamiċi u innovattivi tas-saħħa. Dawn l-għanijiet globali huma indirizzati f’dan il-Pjan ta' Ħidma permezz ta' azzjonijiet orizzontali f’oqsma bħalma huma detrmenti għas-saħħa, kif ukoll azzjonijiet speċifiċi fuq mard u kundizzjonijiet partikolari. Huma jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll it-temi fil-programm multi-annwali tas-saħħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Għoli li ġie adottat f’Mejju 2009. Dawn huma: Is-saħħa hija l-għana – ir-relazzjoni bejn popolazzjoni f’saħħitha u produttività u prosperità ekonomika; Il-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti; Is-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa fil-konfront ta' sfidi bħalma huma t-tixjiħ tal-popolazzjoni; Inugwaljanzi fis-saħħa fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom; Is-sigurtà tas-saħħa – sorveljanza u reazzjoni għat-theddid għas-saħħa; Is-saħħa globali; Il-Bidla fil-Klima; L-informazzjoni dwar is-saħħa fil-livell tal-UE; u t-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni. L-aspett tas-sessi u l-gruppi vulnerabbli jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni fejn xieraq.

Attivitajiet li għandhom jiġu proposti għall-finanzjament li jaqa' taħt it-temi għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' dawk li diġà ġew finanzjati fil-Programm preċedenti ( 10 ) u l-programm attwali. Temi oħra jistgħu jiżdiedu fi snin aktar tard fil-perjodu tal-Programm.

It-tieni Programm tas-Saħħa jimmira li jippromwovi sinerġiji ma' Programmi Komunitarji oħra fil-qasam tas-saħħa, notevolment is-7 Programm tal-Qafas ta' Riċerka taħt it-Tema tas-Saħħa tiegħu. Il-proposti mressqa taħt it-tieni Programm tas-Saħħa ma għandux ikollhom elementi sinifikanti li għandhom x'jaqsmu mar-riċerka. Għandhom isiru sforzi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni parzjali jew totali bejn it-tieni Programm tas-Saħħa, l-FP7 u programmi Komunitarji oħra.

3.1.   Kriterji għal utilità eċċezzjonali

B’konformità mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, u l-impenn fl-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE biex isir xogħol transsettorjali għal titjib fis-saħħa, għandha tingħata utilità eċċezzjonali lil proposti b’valur miżjud Ewropew sinifikanti fl-oqsma li ġejjin:

— Kontribut għal

—

 

— titjib fis-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejjel, fejn hu possibbli, permezz ta' indikaturi xierqa, speċjalment permezz tal-indikatur Snin ta' Ħajja Sana;

— tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom;

— bini ta' kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki effikaċi fis-settur tas-saħħa pubblika partikolarment fl-oqsma fejn l-aktar hemm ħtieġa;

— involviment ta' parteċipanti ġodda (li mhumiex parteċipanti tradizzjonali) fejn tidħol is-saħħa f’azzjonijiet sostnuti, kooperattivi u etikament b’saħħithom, kemm f’livell reġjonali u f’livell lokali kif ukoll bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha. Dan jinkludi lis-settur pubbliku, lis-settur privat u lil dawk il-partijiet interessati minn qalb soċjetà ċivili usa’ li l-miri ewlenin tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju, minn qalb l-isferi taż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħra ta' interess pubbliku bħalma huma l-ambjent u l-sport).

Il-proposti li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu bħala proġetti ta' utilità eċċezzjonali. L-applikanti jridu jkun kapaċi juru kif l-azzjoni proposta se tikkontribwixxi għall-kriterji msemmija hawn fuq billi jikkonformaw mal-kriterji speċifikati fit-taqsimiet li ġejjin.

3.1.1.   Utilità eċċezzjonali tal-proġetti

Proposti għall-proġetti li jirrikjedu aktar minn 60 % ta' kofinanzjament jeħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

— Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni jrid jintuza biex jiffinanzja lill-istaff. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jippromwovi l-bini tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi tas-saħħa pubblika.

— Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta trid tiġi allokata lill-Istati Membri li għandhom PGD per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport tiegħu tal-istatistika) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE.

— Punteġġ ta' mill-inqas 5 minn 8 marki jrid jinkiseb għall-kriterji kollha tal-aġġudikazzjoni tal-grupp għar-relevanza għall-politika msemmija fl-Anness II. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-tisħiħ tar-relevanza politika.

— Mill-inqas 10 % tal-baġit irid ikun allokat għal organizzazzjonijiet li għadhom ma rċievew l-ebda finanzjament permezz tal-Programm tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea f’dawn l-aħħar 5 snin. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi l-involviment ta' operaturi ġodda għas-saħħa.

3.1.2.   Utilità eċċezzjonali għal azzjonijiet konġunti

Proposti għal azzjonijiet konġunti li jirrikjedu aktar minn 50 % ta' kofinanzjament jeħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

— Mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni jrid jintuza biex jiffinanzja lill-istaff. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jippromwovi l-bini tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi tas-saħħa pubblika.

— Mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta trid tiġi allokata lill-Istati Membri li għandhom PGD per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport tiegħu tal-istatistika) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub biex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE.

— Punteġġ ta' mill-inqas 5 minn 8 marki jrid jinkiseb għall-kriterji kollha tal-aġġudikazzjoni tal-grupp għar-relevanza għall-politika msemmija fl-Anness IV. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-tisħiħ tar-relevanza politika.

— Mill-inqas 10 % tal-baġit irid ikun allokat għal organizzazzjonijiet li għadhom ma rċievew l-ebda finanzjament permezz tal-Programm tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea f’dawn l-aħħar 5 snin. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi l-involviment ta' operaturi ġodda għas-saħħa.

— Korpi minn mill-inqas 10 pajjiżi jew korpi minn 3 pajjiżi parteċipanti, jew fejn l-azzjoni tkun proposta minn korp minn Stat Membru li l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea saret wara l-1 ta' Mejju 2004 jew minn pajjiż kandidat għandhom jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta.

3.1.3.   Utilità eċċezzjonali ta' għotjiet operattivi

Proposti ġodda għall-għotjiet operattivi li jirrikjedu aktar minn 60 % ta' kofinanzjament jeħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

— Mill-inqas 25 % tal-membri jew tal-kandidati membri tal-korpi jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jiffurmaw in-netwerk speċjalizzat ikunu minn Stati Membri li għandhom PGD per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tiegħu) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE.

— It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa fil-livell tal-UE, f’dak nazzjonali jew reġjonali jkun manifestat fil-missjoni kif ukoll fil-programm annwali ta' ħidma tal-organizzazzjoni/netwerk speċjalizzat applikant(a).

Għal għotjiet operattivi li huma mġedda, l-istatus ta' utilità eċċeszzjonali għandu jibqa' l-istess taħt is-sejħa għall-offerti 2009.

3.2.   Temi indirizzati fl-ewwel għan “Intejbu s-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini”

L-għan ta' attivitajiet f’din it-taqsima huwa l-protezzjoni taċ-ċittadini minn theddid għas-saħħa.

Kapaċità effettiva ta' reazzjoni rapida hija meħtieġa biex tevita theddid għas-saħħa pubblika, pereżempju minn mard li jittieħed jew attakki kimiċi jew bijoloġiċi kif ukoll mill-obbligu ambjentali li qed jiżdied tal-mard. L-indirizzar ta' theddid bħal dan jeħtieġ li jiġi kkoordinat b’mod effettiv fil-livell tal-UE. Il-prinċipju tal-moviment ħieles iżid il-ħtieġa għall-viġilanza li tippermetti reazzjoni f’waqtha għal theddid ewlieni transkonfinali, bħalma huma l-pandemiji, l-bijoterroriżmu jew theddid tas-saħħa ambjentali, bħalma huwa t-tniġġis ambjentali li jimplika iktar minn Stat Membru wieħed jew permezz ta' organiżmi infettati li jġorru l-mard. Dawn it-theddidiet jinvolvu kompeternzi intersettorjali bħalma huma l-protezzjoni ċivili u l-ambjent.

L-attivitajiet tat-tieni Programm tas-Saħħa jikkontribwixxu għal strateġiji u mekkaniżmi ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jirreaġixxu għat-theddid għas-saħħa, inkluż theddid emerġenti, billi jappoġġjaw:

— il-ġestjoni tar-riskji marbuta mal-mard li jittieħed (CDs) abbażi ta' stima tal-impatt imwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ĊEPKM) ( 11 ).

— l-attivitajiet li qed jiġu żviluppati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) ( 12 ) dwar viġilanza fuq sikurezza tas-saħħa, il-kapaċità għar-reazzjoni u l-ippjanar tal-Istati Membri kontra attakki minn aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi.

3.2.1.   Protezzjoni taċ-ċittadini kontra theddid għas-saħħa (Anness – il-punti 1.1.1, 1.1.2 u 1.2.3)

Biex tittejjeb il-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej kontra theddid għas-saħħa ġew definiti tliet oqsma ta' prijorità:

— il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed eżistenti jew emerġenti,

— viġilanza għal emerġenzi tas-saħħa,

— il-kapaċità għar-reazzjoni kontra attakki CBRN (kimiċi, bijoloġiċi u radjoloġiċi).

3.2.1.1.   Żvilupp ta' prevenzjoni u kontroll ta' mard eżistenti jew emerġenti li jittieħed (Anness – il-punti 1.1.1, 1.1.2 u 1.2.3)

▼M1 —————

▼B

Il-prevenzjoni tal-mard hija marbuta mill-qrib mal-għarfien professjonali u kemm il-persuni lesti jipparteċipaw fi programmi tal-prevenzjoni dwar mard li jittieħed. Il-prevenzjoni torbot fuq strateġiji differenti kif muri mill-evidenza bbażata fuq il-pubblikazzjonijiet ( 13 ). kampanji ta' komunikazzjoni, programmi ta' tilqim u taħriġ tal-professjonisti. hija tieħu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-popolazzjonijiet li huma diffiċli li jintlaħqu (irrispettivament tal-istatus residenzjali), popolazzjonijiet vulnerabbli bħalma huma popolazzjonijiet migranti, gruppita’ minorità/emarġinati u popolazzjonijiet li jinsabu f’riskju (pereżempju mġiba ta' vizzju/sesswali).

— Attivitajiet ta' prevenzjoni, inklużi kampanji ta' komunikazzjoni dwar mard speċifiku (tuberkolożi, epatite, influwenza staġjonali, H1N1) u dwar kwistjonijiet ta' tilqim immirati lejn il-pubbliku ġenerali u l-professjonisti. L-iskop huwa li jiżdied l-għarfien ġenerali u professjonali dwar il-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-prevenzjoni tal-mard li jittieħed, inkluż dak li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim u l-identifikazzjoni tal-aqwa prassi dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' dawn il-kwistjonijiet fil-livell tal-Istati Membri, bħalma huwa t-titjib ta' servizzi u l-allokazzjoni mtejba tar-riżorsi. Dan għandu jgħin fl-adozzjoni ta' reazzjonijiet relevanti ta' prevenzjoni u b’hekk jikkontribwixxi għal implimentazzjoni aqwa tal-pjanijiet nazzjonali fuq it-tuberkolożi, l-epatite u l-immunizzazzjoni. Il-valutazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-metodi ta' prevenzjoni mmirati lejn, b’mod partikolari, popolazzjonijiet li diffiċli jintlaħqu u gruppi ta' minorità/emarġinati.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Taħriġ fuq mard speċifiku (tuberkolożi, epatite, influwenza staġjonali, H1N1) u kwistjonijiet relatati mat-tilqim għall-ħaddiema tas-saħħa primarja u għal “ħaddiema mhux fil-qasam tas-saħħa”, bħalma huma nies li jaħdmu f’oqsma edukattivi jew soċjali. L-għan huwa li tiżdied il-kapaċità tagħhom biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-popolazzjonijiet li diffiċli jintlaħqu, dawk vulnerabbli u dawk li jinsabu f’riskju u gruppi ta' minoritajiet/emarġinati fir-rigward tal-mard li jittieħed u kwistjonijiet relatati mat-tilqim, u b’hekk isir kontribut aqwa għal implimentazzjoni aħjar ta' pjanijiet nazzjonali fuq tuberkolożi, epatite u immunizzazzjoni. L-għodda validati ta' taħriġ u l-metodi żviluppati fi ħdan din l-attività għandhom jinxterdu u jiġu adattati għal kuntesti nazzjonali.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Titjib tal-kontroll tal-mard li jittieħed

Il-kontroll tal-mard li jittieħed jirrikjedi għodod effettivi għas-segwitu u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programmi tal-mard li jittieħed. L-attivitajiet li ġejjin għandhom l-għan li jivvalutaw l-integrazzjoni u l-mudelli tal-ġestjoni eżistenti u li jipprovdu perċezzjoni ulterjuri fl-allokazzjoni tar-riżorsi u l-impenji tal-Istati Membri fir-rigward tat-tuberkolożi.

▼M1 —————

▼B

Il-kontroll ta' mard li jittieġħed li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim jirrikjedi idea ċara tal-kopertura tat-tilqima. L-għajnuna fl-iżvilupp ta' reġistri tat-tilqim (dejta bbażati fuq il-każijiet inklużi t-tilqim li ngħata, numri tal-lottijiet, dati tat-tilqim) huwa qasam importanti ta' żvilupp li jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ĊEPKM) diġà kien qed jaħdem fuq din il-kwistjoni partikolari mal-istati membri.

— It-twaqqif ta' speċi ta' sett tal-għodda għar-reġistri tal-immunizzazzjoni, li jindika l-modi ta' kooperazzjoni maċ-ĊEPKM, u l-investigazzjoni tal-kondizzjonijiet tat-trasferiment, l-adattar u l-użu tiegħu fl-Istati Membri. L-iskop huwa t-titjib tas-sistemi nazzjonali, reġjonali u lokali ta' rappurtar dwar kwistjonijiet relatati mal-immunizzazzjoni ta' għodda komuni u b’hekk l-iffaċilitar tat-tqabbil bejn il-kopertura tal-immunizzazzjoni tal-Istati Membri.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.1.2.   It-titjib tal-viġilanza għal emerġenzi tas-saħħa u reazzjoni għalihom, inkluża l-bidla fil-klima, kwistjonijiet relatati mal-influwenza pandemika u kooperazzjoni interreġjonali (Anness – il-punti 1.1.1, 1.1.3 u 1.1.5)

Is-sostenn tal-viġilanza għal sitwazzjonijiet ta' kriżi

L-istrateġija għas-sostenn tal-viġilanza għas-sitwazzjonijiet tal-kriżi torbot fuq sinerġiji bejn bosta tipi differenti ta' attivitajiet.

▼M1 —————

▼B

— Organizzazzjoni ta' taħriġ tal-istaff u t-twettiq ta' eżerċizzji fil-livell Ewropew bħala element fundamentali tal-viġilanza.

— [Sejħa għall-offerti]

L-iżvilupp ta' għodda tal-informazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u mekkaniżmi għall-ġbir atad-dejta

— Il-monitoraġġ tal-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni għall-ġestjoni ta' kriżi u konnessjoni ma' għodod ta' skambju internazzjonali tal-informazzjoni.

— [Ftehim amministrattiv maċ-ĊRK]

— L-iżvilupp u t-titjib tal-għodod eżistenti tat-teknoloġija innovattiva tal-informatika u netwerks għall-iżvelar ta' theddid għas-saħħa u analiżi, bħalma hija sistema ta' informazzjoni ġeografika, skemi innovattivi ta' twissija bikrija u ta' previzjoni, immudellar u l-għarfien tas-sitwazzjoni u għodod għall-ġestjoni tal-kriżi.

— [Ftehim amministrattiv maċ-ĊRK]

▼M1 —————

▼B

Tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn is-setturi

Kollaborazzjoni intersettorjali hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin tal-ippjanar u r-reazzjoni tal-viġilanza għall-emerġenzi tas-saħħa. Din teħtieġ li tiġi żviluppata f’oqsma differenti, bħalma huma sistemi ta' sorveljanza u ta' senjalazzjoni ( 14 ) (pereżempju n-numru 112).

— L-iżvilupp ta' strateġija li torbot fuq il-lezzjonijiet miksuba fir-rigward tat-titjib tal-kollaborazzjoni intersettorjali fir-reazzjoni għall-emerġenzi tas-saħħa fl-oqsma tas-sorveljanza, il-viġilanza u r-reazzjoni u għal sistemi ta' senjalazzjoni fis-setturi rilevanti kollha. Qasam wieħed ta' tħassib huwa l-koordinazzjoni transkonfinali tal-interoperabilità u t-tisħiħ tar-reazzjonijiet komuni għaż-żieda fl-emerġenzi tas-saħħa. L-iskop huwa t-titjib tal-viġilanza u r-reazzjoni għall-emerġenzi tas-saħħa permezz tal-kollaborazzjoni mas-settur(i) rilevanti, pereżempju mas-servizzi tat-trasport, il-protezzjoni ċivili u l-forzi tas-sigurtà involuti fl-issuktar tal-attivitajiet, u biex jiġu identifikati modi għal titjib. Jeżisti interess partikolari fl-użu tar-riżultati għall-ġestjoni intersettorjali tal-kriżi.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Appoġġ għall-adattar tas-settur tas-saħħa għall-konsgwenzi tal-bidla fil-klima

L-Ewropa qed tieħu miżuri biex tindirizza t-tisħin globali u biex tipprevjeni bidliet possibilment katastrofiċi kif spjegat fil-White paper tal-KE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima ( 15 ).

— L-azzjonijiet ta' implimentazzjoni fid-dokument tal-impatti fuq is-saħħa tal-bidla fil-klima ( 16 ) mehmuż mal-White paper tal-KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet estremi tat-temp, l-immudellar ta' effetti fuq is-saħħa, it-taħriġ, u l-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-bidla fil-klima fuq gruppi vulnerabbli, u l-kooperazzjoni maċ-ĊEPKM, id-WHO u pajjiżi ġirien.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.1.3.   Tisħiħ tal-kapaċità eżistenti ta' reazzjoni kontra t-theddid minn aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi kif ukoll mill-obbligu ambjentali li qed jiżdied tal-mard (Anness – il-punti 1.1.1. u 1.1.4.)

Attivitajiet għall-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-viġilanza għas-sigurtà tas-saħħa u l-kapaċità ta' reazzjoni u l-ippjanar tal-Istati Membri kontra attakki minn aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi qed jiġu żviluppati mill-Kumitat tas-Sikurezza tas-Saħħa (HSC).

It-tieni Programm tas-Saħħa jkopri l-identifikazzjoni ta' theddid ulterjuri għas-saħħa u jindirizza l-interoperabilità bejn il-mekkaniżmi, is-sistemi tas-saħħa, il-pjanijiet u l-istrateġiji b’konċentrazzjoni partikolari għall-attivitajiet transsettorjali.

Appoġġ tal-laboratorji ta' referenza u titjib tal-valutazzjoni tat-theddid ta' sustanzi kimiċi tossiċi industrijali u radjoattivi

L-azzjonijiet previsti għandhom l-iskop li jappoġġjaw il-laboratorji ta' referenza tal-Istati Membri għas-sustanzi kimiċi u radjoattivi u l-valutazzjoni tat-theddid tas-sustanzi kimiċi industrijali tossiċi u radjoattivi.

▼M1 —————

▼B

— It-twaqqif ta' netwerks ta' stima tar-riskju tas-sustanzi kimiċi industrijali tossiċi u tat-theddid u r-riskji radjoattivi. L-iskop huwa li tiġi żviluppata kapaċità ta' stima tar-riskju għal theddid tas-sustanzi kimiċi u radjoattivi.

— [Sejħa għall-offerti]

— L-iżvilupp ta' kontramiżuri tas-saħħa pubblika bbażati fuq l-evidenza, u validati xjentifikament. L-iskop huwa li jiġu żviluppati protokolli fuq analiżi rapida tat-theddid u r-riskji fir-rigward tat-theddid tas-sustanzi kimiċi u radjoattivi.

— [Sejħa għall-offerti]

Tisħiħ tal-kapaċità globali tas-sigurtà tas-saħħa

L-isfidi tas-sigurtà tas-saħħa tal-lum mhumiex limitati għal kwistjonijiet tas-saħħa diretti bħalma huma l-mard li jittieħed, jew theddid ta' rilaxx aċċidentali jew apposta ta' aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjonukleari. Is-sigurtà tas-saħħa għandha tkun tħassib komuni għas-setturi ta' politika kollha.

▼M1 —————

▼B

— It-tqabbil ta' strateġiji, inklużi l-iffissar tal-punti ta' referenza, il-gida, l-iskambji tal-aqwa prassi u l-mudelli ta' organizzazzjoni f’reazzjoni u f’analiżi ta' emerġenza tal-kondizzjonijiet għat-trasferiment u l-adattar għal kuntesti oħra ( 17 ). L-iskop huwa t-taffija tal-impatt tal-emerġenzi tal-massa u l-forniment ta' linji gwida li fuqhom jistgħu jiġu adattati miżuri tas-saħħa pubblika għal theddid li jista' jinfirex b’mod internazzjonali, pereżempju portijiet u ajruporti. Il-koordinazzjoni tar-reazzjoni Ewropea hija essenzjali għall-effiċjenza ta' kwalunkwe strateġija ta' trażżin jew biex tittardja l-firxa. Dan il-qafas huwa relatat ukoll għall-applikazzjoni komuni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-saħħa tad-WHO (International health Regulations – IHR).

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Iż-żieda tal-bini tal-kapaċitajiet għall-infurzar konġunt tal-liġi tas-sigurtà u l-operat tal-awtoritajiet tas-saħħa abbażi tad-dokumet ta' ħidma tal-KE dwar It-tpaċija tas-sikurezza u s-saħħa ( 18 ). Id-dokument jikkonċentra fuq il-kooperazzjoni bejn is-saħħa tan-nies u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali, bejn Stati Membri u fil-livell tal-UE, u jagħti kumpilazzjoni tal-aqwa prassi li timmira li tgħin lill-Istati Membri biex itejbu l-istrutturi nazzjonali tagħhom, iqajmu kuxjenza tal-opinjoni pubblika u jsaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni Ewropea.

— [Azzjonijiet konġunti]

— Konferenza internazzjonali dwar is-sigurtà tas-saħħa globali ( 19 ). L-iskop huwa li tiġi definita b’mod aħjar l-interdipendenza bejn is-setturi tas-sigurtà tas-saħħa u setturi oħra, biex jissaħħu r-rabtiet globali permezz tal-iskambju tal-għarfien u l-aqwa prassi dwar kwistjonijiet ta' sikurezza tas-saħħa u biex jiġi definit għadd ta' oqsma ewlenin ta' sikurezza tas-saħħa. Il-konferenza se tlaqqa’ operaturi Ewropej minn politiki tas-saħħa pubblika u politiki rilevanti oħrajn, operaturi internazzjonali bħalma huma L-Inizjattiva tas-Sigurtà tas-Saħħa Globali, il-G8, id-WHO, organizzazzjonijiet ta' difiża bħan-NATO, u organizzazzjonijiet umanitarji u dawk tas-soċjetà ċivili. Hija se tagħti wkoll opportunità għall-iżvilupp tal-komunikazzjoni fuq aspetti interni u esterni tas-sigurtà tas-saħħa.

— [Sejħa għall-offerti]

3.2.2.   Tittejjeb is-sikurezza taċ-ċittadini (Anness – il-punti 1.2 u 1.2.3)

Fit-titjib tas-sikurezza taċ-ċittadini, il-konċentrazzjoni hija fuq żewġ oqsma ta' prijorità. prevenzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjenti, u parir xjentifiku u valutazzjoni tar-riskju

3.2.2.1.   Żvilupp ta' prevenzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjenti

Ir-reżistenza antimikrobjali u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa ( 20 ) huma ta' tħassib partikolari għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa. L-iskambju tal-informazzjoni u t-taħriġ huwa importanti għat-titjib tal-prassi tal-professjonisti.

▼M1 —————

▼B

— Taħriġ tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-edukaturi tas-saħħa. L-iskop huwa l-użu ta' għodda fi ħdan attivitajiet iffinanzjati dkont il-Pjan ta' Ħidma 2009 tat-tieni programm tas-Saħħa bħala sfond komuni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ispeċifiċitajiet tal-prevenzjoni, b’mod partikolari dwar l-użu tajjeb tal-antibijotiċi f’popolazzjonijiet li diffiċli jintlaħqu (pereżempju irrispettivament mill-istatus residenzjali, popolazzjoni migranta,/gruppi ta' minorità/emarġinati).

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.2.2.   Parir xjentifiku u valutazzjoni tar-riskju (Anness – il-punt 1.2.1)

— Il-forniment lill-Kummissjoni b’pariri ta' kwalità għolja, u indipendenti dwar ir-riskji għas-saħħa. Biex jiżgura t-tħaddim tal-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni 2008/716/KE: indennitajiet speċjali. L-indennitajiet speċjali jitħallus lill-esperti għal xogħlhom fuq opinjonijiet xjentifiċi.

— [Kumitati Xjentifiċi]

— Djalogu dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju permezz ta' Nano Workshop – Konferenza. L-iskop huwa li jitlaqqgħu x-xjenzati, l-assessuri tar-riskju, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u l-konsumatur u l-NGOs ambjentali biex jinvestigaw u jiddiskutu r-regolamentazzjoni xjentifika l-aktar avvanzata, l-iżvuppi internazzjonali, il-governanza tar-riskju u l-komunikazzjoni u l-identifikazzjoni tal-mezzi xierqa biex tissaħħaħ il-gwida bħala appoġġ tal-iżvilupp bla periklu, integrat u responsabbli tan-nanoteknoloġiji.

— [Sejħa għall-offerti]

▼M1 —————

▼B

— Djalogu dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju permezz tat-2 Konferenza Internazzjonali. L-iskop huwa l-iffaċilitar tad-djalogu globali dwar il-valutazzjoni tar-riskju, fost l-ispeċjalisti tal-valutazzjoni tar-riskju, bl-involviment ta' korpi li jitrattaw mal-analiżi tar-riskju fl-UE u l-kollaburaturi tagħha ewlenin bi sħab mil-lat internazzjonali. Huwa relatat u jibni fuq id-Djalogu Tranżatlantiku tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Kummissjoni Ewropea mal-Istati Uniti u l-Kanada. Din hija t-tieni konferenza internazzjonali biannwali dwar il-valutazzjoni tar-riskju, u ssegwi l-1 Konferenza li ġiet organizzata fit-13-14 ta' Novembru 2008.

— [Sejħa għall-offerti]

— Komunikazzjoni tar-riskju permezz ta' taqsiriet f’lingwaġġ mhux speċjalizzat tal-opinjonijiet xjentifiċi. L-iskop huwa li jitħejjew testi għall-Internet li jirriproduċu opinjonijiet magħżula tal-Kumitati Xjentifiċi mhux tal-ikel f’għamla u f’lingwaġġ li jippermetti lill-persuni mhux professjonisti li jifhmu bla diffikultà l-kwistjonijiet.

— [Sejħa għall-offerti]

— Assistenza teknika għall-Kumitati Xjentifiċi. L-iskop huwa t-tifttxija u l-irkupru ta' massa xjentifika kritika u ta' appoġġ editorjali għall-opinjonijiet xjentifiċi u għall-kontrol tal-kwalità tagħhom. Dan għandu jippermetti lill-Kumitati Xjentifiċi biex jikkonċentraw purament fuq kwistjonijiet xjentifiċi u fuq valutazzjoni tad-dejta xjentifika.

— [Sejħa għall-offerti]

— rapporti kollaborattivi tal-pariri dwar l-aspetti ta' metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju u dwar riskji emerġenti tas-saħħa, li jappoġġjaw jew jikkomplementaw l-attivitajiet tal-Kumitati u l-Bordijiet Xjentifiċi tal-UE, mħejjija b’mod konġunt minn bosta korpi konsultattivi xjentifiċi fl-Istati Membri.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

▼M1 —————

▼B

— Komunikazzjoni tar-riskju permezz tal-pubblikazzjoni tar-riżultati u x-xogħol imwettaq mill-Kumitati Xjentifiċi mhux tal-ikel fil-ġurnali xjentifiċi u f’mezzi tal-komunikazzjoni oħrajn. L-iskop huwa li tissaħħaħ il-viżibiltà u l-apprezzament ta' dan ix-xogħol, kemm fiċ-ċrieki akademiċi kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali.

— [Sejħa għall-offerti]

— Komunikazzjoni tar-riskju permezz tar-reviżjoni u l-aġġornament tal-paġni fuq l-Internet tal-Kumitati Xjentifiċi u paġni tal-Internet relatati (pereżempju dwar in-nanoteknoloġiji, il-Kampijiet Elettromanjetiċi). L-iskop huwa li tissaħħaħ il-viżibilità u tittejjeb il-komunikazzjoni lill-ġurnalisti, il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali.

— [Sejħa għall-offerti]

▼M1 —————

▼B

3.2.2.3.   Sikurezza tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u l-organi (Anness – il-punt 1.2.2)

— Organizzazzjoni tas-sessjonijiet tat-taħriġ fil-qasam tat-tessuti u ċ-ċelloli għal għadd definit ta' assessuri. L-iskop huwa l-kisba ta' għarfien uniformi u mod ta' kif jitwettqu l-ispezzjonijiet madwar l-UE u biex jiżdied l-għadd ta' professjonisti mħarrġin. Il-proċess ta' konformità tal-prassi tal-ispezzjonijiet għandu jtejjeb il-kunfidenza reċiproka u għalhekk jistimula l-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Il-kooperazzjoni ad hoc mal-Kunsill tal-Ewropa fuq temi speċifiċi marbutin mal-ġisem uman (demm, tessuti, ċelluli, organi), biex jiġu żviluppati u jissaħħu b’mod ulterjuri l-azzjonijiet ta' politika tal-UE f’dan il-qasam.

— Biex tippromwovi u tipproteġi s-saħħa umana, il-Kummissjoni tikkoopera mal-Kunsill tal-Ewropa dwar standards ta' kwalità għall-ġbir/kisba, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni tal-komponenti tad-demm, l-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli. Din il-kooperazzjoni ad hoc tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tl-leġiżlazzjoni u l-politiki Komunitarji f’dawn l-oqsma.

— [Ftehim ta' għotja diretta mal-Kunsill tal-Ewropa]

Bl-għan ta' appoġġ tal-implimentazzjoni tal-10 azzjonijiet speċifiċi ta' prijorità tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan ta' azzjoni dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Trapjanti (2009-2015): Kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri” (COM(2008) 819 finali) ( 21 ):

(1) It-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa. L-Azzjonijiet ta' Prijorità 1 u 3 jagħmlu enfażi partikolari fuq ir-rwol tal-koordinaturi tad-donaturi tat-trapjanti. L-iskop huwa li jiġi żgurat li l-Istati membri jistabbilixxu professjonisti tas-saħħa ta' qofol bħal dawn u jipprovduhom b’taħriġ kontinwu. Ir-riżultat għandu jkun għadd miżjud ta' koordinaturi tat-trapjanti mħarrġa. Intwera li professjonisti ta' qofol tas-saħħa huma fundamentali biex jiżdiedu r-rati ta' donazzjonijiet tal-organi.

[Sejħa għall-offerti]

(2) Azzjonijiet ta' promozzjoni (Azzjoni ta' prijorità 6) u kooperazzjoni reġjonali. L-idea ta' Pjan ta' Azzjoni hija biex tissaħħaħ l-azzjonijiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta' donazzjoni u trapjant tal-organi. L-iskop huwa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni bħal din bejn l-Istati Membri ma' sistemi żviluppati sewwa ta' trapjanti u Stati Membri li huma fil-proċess li jtejbu jew jiżviluppaw is-sistemi tagħhom ta' trapjanti. Permezz ta' dan il-proċess reċiproku ta' tagħlim għandhom jissaħħu l-effiċjenza u l-aċċessibilità tas-sistemi tat-trapjanti.

[Azzjonijiet koġunti u Għotjiet operattivi]

(3) Il-finanzjament ta' workshop bl-iskop ta' kif għandha tittejjeb l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali u l-professjonisti tas-saħħa dwar żviluppi ġodda fil-qasam (l-Azzjoni ta' Prijorità 4 + 5). L-iskop huwa li fost affarijiet oħra jittejjeb il-livell tal-informazzjoni li l-pubbliku jirċievi fir-rigward tad-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi. Il-workshop jista' jindirizza temi bħalma huma t-titjib tal-ħiliet ta' komunikazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa u tal-gruppi ta' appoġġ, u inklużi seminars dwar modi ta' ġestjoni ta' publiċità negattiva. Dan għandu jwassal għal apprezzament u għarfien miżjud tad-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.   Temi indirizzati fit-tieni għan “Il-promozzjoni tas-saħħa”

L-attivitajiet f’din it-taqsima huma mfassla biex jippromwovu s-saħħa u jevitaw il-mard gravi skont il-prijorità globali li jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa madwar l-UE kollha billi jindirizzaw fatturi determinanti ewlenin – bħalma huma n-nutriment u l-attività fiżika, il-konsum tal-alkoħol, it-tabakk u d-drogi – kif ukoll fatturi determinanti usa’ tas-saħħa u ambjenti sani. Dan għandu jieħu inkunsiderazzjoni d-dimensjoni tas-sessi.

Fl-2010, l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kappa ta' dan l-għan se jimmiraw li jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom; biex jippromwovu l-istrateġija Saħħa fil-Politiki Kollha kif ukoll biex jivvalutaw u jinċentivaw investiment sostenibbli fis-saħħa f’livelli nazzjonali u reġjonali, u għaldaqstant isostnu t-temi strateġiċi mfissra fl-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE. Attivitajiet ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE u l-awtoritajiet lokali bl-iskop ta' promozzjoni ta' kollaborazzjonijiet bi sħab huma mħeġġa ħafna.

3.3.1.   It-tħeġġiġ ta' modi ta' għajxien aktar sani u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness – Punt 2.1)

▼M1 —————

▼B

3.3.1.2.   Bini ta' kapaċitajiet għas-saħħa pubblika (Anness – punt 2.1.1)

— L-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni u ta' strateġiji fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tas-saħħa pubblika. L-iskop huwa t-titjib tal-kapaċitajiet tas-sistemi u l-organizzazzjonijiet Ewropej tas-saħħa pubblika inklużi s-sistemi tas-saħħa pubblika, is-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-universitajiet. Il-pjanijiet għandhom jimmiraw l-iżvilupp tal-professjonisti tas-saħħa pubblika kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet tas-saħħa pubblika u l-għarfien ta' dawk li għadhom mhumiex professjonisti full-time tas-saħħa pubblika iżda li ħidmiethom għandha tibbenefika minn għarfien ulterjuri tas-saħħa pubblika (inklużi professjonisti, maniġers u amministraturi tas-saħħa). Huma għandhom jindirizzaw ukoll l-iżvilupp ta' għodda, għarfien u sistemi għall-appoġġ tal-prassi tas-saħħa pubblika, inkluż it-titjib tal-ħiliet tal-komunikazzjoni. Il-kompiti jistgħu jinkludu netwerking u kondiviżjoni tal-prassi t-tajba, żvilupp ta' programm tat-taħriġ, sistemi ta' informazzjoni u aspetti tas-saħħa pubblika tal-amministrazzjoni pubblika.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— L-iżvilupp ta' għodod, proċeduri, il-prassi t-tajba u xogħol bi prova biex titjieb l-interazzjoni bejn ir-riċerkaturi tas-saħħa pubblika u l-iżvilupp tal-politiki fil-livell tal-UE. B’mod partikolari l-konċentrazzjoni għandha tkun fuq tmexxija, infrastruttura u kapaċità fuq perspettiva li tifrex fuq medda medja u qasira ta' żmien kif ukoll l-iżvilupp ta' kriterji u elementi ta' qofol. L-iskop huwa li tiġi appoġġjata d-definizzjoni tal-proposti tas-saħħa tal-politika u l-iżvilupp bil-ħsieb ta' tisħiħ tas-soċjetà ċivili u l-NGOs fil-qasam tas-saħħa b’mod partikolari fl-istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi ċentrali u dawk tal-Lvant Ewropej.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Għotjiet ta' operat lil netwerks u organizzazzjonijiet Ewropej mhux governattivi li jkopru kwistjonijiet orizzontali wesgħin tas-saħħa pubblika li huma ta' relevanza għall-iżvilupp tal-aġenda tas-saħħa tal-UE u b’interess fl-iżvilupp globali tal-politika tas-saħħa pubblika. L-iskop ewlieni huwa t-tisħiħ tan-netwerks u l-organizzazzjonijiet rilevanti biex tittejjeb u tiġi promossal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-NGOs fil-livell Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-saħħa.

— [Għotjiet operattivi]

3.3.1.3.   Tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness – punt 2.1.2)

— Appoġġ tekniku u xjentifiku għall-Grupp tal-Esperti tal-UE u gruppi assoċjati inklużi gruppi xjentifiċi, gruppi tal-partijiet interessati u netwerk reġjonali dwar inugwaljanzi fis-saħħa kif ukoll xogħol tekniku biex jinkludi l-iżvilupp ta' metodoloġija u implimentazzjoni ta' programm ta' ħidma dwar stima tal-impatt tal-inugwaljanza tas-saħħa għal 3 snin. L-iskop huwa li jiġu implimentati azzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inugwaljanzi fiss-Saħħa ( 22 ).

— [Azzjonijiet konġunti]

— Assistenz teknika fit-tħejjija ta' rapport dwar inugwaljanzi fis-saħħa fl-UE. L-iskop huwa li jiġu implimentati azzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inugwaljanzi fis-saħħa.

— [Sejħa għall-offerti]

3.3.2.   Promozzjoni ta' modi ta' għajxien aktar sani u t-tnaqqis fl-għadd ta' mard serju u ta' korrimenti billi jiġu indirizzati l-fatturi determinanti tas-saħħa (Anness – punt 2.2)

3.3.2.1.   Tfal u żgħażagħ (Anness – punt 2.2.1)

— Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-effettività tal-aqwa prassi bl-iskop ta':

—

 

(a) promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ permezz ta' edukazzjoni informali u mhux formali u permezz ta' ħidma soċjali/taż-żgħażagħ, li tibni fuq l-esperjenzi u l-eżempji tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-assistenza soċjali;

(b) prevenzjoni taż-żgħażagħ milli jwettqu mġiba riskjuża.

(ċ) l-iskejjel u istituti oħra ta' edukazzjoni jsiru ambjent san u ambjent għall-promozzjoni tas-saħħa, ukoll permezz tal-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet tas-saħħa fil-krrikuli tal-iskejjel, kif ukoll permezz tal-inizjattiva tas-saħħa taż-żgħażagħ.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Analiżi tal-aqwa prassi fil-forniment ta' servizzi jew investiment fl-attivitajiet li jippromwovu s-saħħa mmirati lejn iż-żgħażagħ fil-livell lokali, speċjalment fiż-żoni urbani l-kbar. Il-Kummissjoni biħsiebha tuża r-riżultati tal-attività ffinanzjata għall-iżvilupp tal-inizjattiva tagħha tas-saħħa taż-żgħażagħ, filwaqt li tintegra r-riżultat tal-Konferenza dwar is-saħħa taż-żgħażagħ li saret f’Lulju 2009 fi Brussell.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.2.   Saħħa u xogħol (Anness – punt 2.2.1)

— Żvilupp u appoġġ tal-aqwa prassi biex jippermettu lil dawk li għandhom marda kronika jibqgħu jaħdmu jew biex immorru lura fis-suq tax-xogħol. Dan jinkludi programmi ta' rijabilitazzjoni u attivitajiet oħra, partikolarment dawk li jinvolvu kollaborazzjoni bejn is-settur tal-kura tas-saħħa u settur tal-impjiegi. L-iskop huwa l-appoġġ tal-Istrateġija Komunitarja għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2007-2012. ( 23 )

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.3.   Nutriment u attività fiżika (Anness – punt 2.2.1)

— Segwitu tar-riformolazzjoni tal-ikel manifatturat – skambju tal-prassi t-tajba fir-rigward tat-tnaqqis tal-livelli ta' xaħam, xħamijiet saturati u trans xaħmijiet, melħ u zokkor fl-ikel manifatturat li jiffoka fuq aspetti tekniċi u ekonomiċi ta' riformulazzjonijiet f’intrapriżi ta' daqs żgħir u medju. L-iskop huwa appoġġ tas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-White Paper dwar Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-Nutriment, il-Piż Żejjed, u l-Obeżità ( 24 ).

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— L-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni tal-prassi t-tajba dwar il-mod kif għanha tiġi promossal-attività fiżika f’żoni żvantaġġati mil-lat soċjo-ekonomiku permezz ta' ppjanar li jħares fil-futur tal-infrastruttura permezz ta' politiki ta' rekreazzjoni u azzjonijiet tal-komunità sħiħa. L-iskop huwa appoġġ tas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-White Paper dwar Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-Nutriment, il-Piż Żejjed, u l-Obeżità u l-Linjigwida ta' Attività Fiżika tal-UE ( 25 ).

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Kondiviżjoni tal-għarfien prattiku ta' inizjattivi bbażati fil-komunità biex jitnaqqsu l-piż żejjed u l-obeżità. L-iskop huwa appoġġ tas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-White Paper dwar Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-Nutriment, il-Piż Żejjed, u l-Obeżità u kontribut ulterjuri tal-iżvilupp tal-politika u l-attivitajiet.

— [Sejħa għall-offerti]

3.3.2.4.   Saħħa sesswali u l-HIV-AIDS (Anness – punt 2.2.1)

B’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjonji dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS ( 26 ) u b’konformità mal-iżvilupp lejn inizjattivi politiċi li jikkonċentraw fuq iż-żgħażagħ u s-saħħa sesswali, għandha tingħata prijorità partikolari li dan li ġej.

Is-saħħa sesswali u ż-żgħażagħ

▼M1 —————

▼B

— L-identifikazzjoni tal-prassi t-tajba dwar il-metodi u l-isfondi adattati għall-informazzjoni taż-żgħażagħ kollha dwar is-saħħa sesswali u dik riproduttiva b’enfasi partikolari fuq gruppi emarġinati u li diffiċli jintlaħqu bl-għan li jintnaqqsu l-infezzjonijiet trasmessi sesswalment u effetti oħra li jistgħu jitkejlu, bħalma huma tqala mhux ippjanata fost l-adoloxxenti u vjolenza sesswali. L-iskop huwa li jiġu promossi d-diskussjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-saħħa sesswali fil-livell tal-UE għall-iżvilupp ulterjuri tal-politika tal-UE.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

▼M1 —————

▼B

Hiv/Aids

B’konformità mal-Istrateġija tas-Saħħa għall-promozzjoni ta' kura ta' kwalità tajba, ekwità u solidarjetà u biex jissaħħaħ il-leħen tal-UE fis-Saħħa Globali, it-tieni komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS tistipula dettalji dwar l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea biex jinkiseb tnaqqis tal-infezzjonijiet ġodda tal-HIVf’viżjoni li tifrex fuq medda medja ta' żmien u biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' nies li qed jgħixu bl-HIV/AIDS jew li huma affetwati minnha fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien. L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu elementi ta' qofol fil-kontribuzzjoni għal reazzjoni effettiva għall-HIV/AIDS fl-UE u l-viċinat tagħha.

— Żvilupp tal-istrateġiji biex jintlaħqu l-popolazzjonijiet li jinsabu l-iktar f’riskju u biex jiġu żviluppati, b’kooperazzjoni mal-partijiet interessati, mezzi xierqa ta' komunikazzjoni filwaqt li jiġu rispettati l-isfondi kulturali u soċjekonomiċi speċifiċi. L-iskop huwa l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-HIV/AIDS.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Promozzjoni kkombinata u prevenzjoni mmirata komplementati b’sorveljanza sinifikanti, aċċess għall-aktar trattament avvanzat, l-ittestjar tal-HIV u infrastruttura effettiva. L-iskop huwa l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-HIV/AIDS.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Koordinazzjoni u ffaċilitar tal-iskambju tal-prassi t-tajba u trasferiment tal-għarfien prattiku dwar il-prevenzjoni tal-HIV, l-ittestjar, it-trattament u l-kura fost l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi ġirien tal-Ewropa tal-Lvant b’konċentrazzjoni partikolari fuq dawk li jużaw id-droga billi jittaqbu. L-iskop huwa l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

— [Għotjiet operattivi]

3.3.2.5.   Saħħa mentali (Anness – punt 2.2.1)

B’konformità mal-metodu strateġiku globali dwar is-saħħa mentali ( 27 ), kif rifless fil-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri ( 28 ), il-konċentrazzjoni għandha tkun fuq attivitajiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-konferenzi tematiċi organizzati matul l-2009 dwar “Saħħa Mentali fiż-Żgħażagħ u l-Edukazzjoni” ( 29 ) u dwar “Prevenzjoni tad-Dipressjoni u s-Suwiċidju” ( 30 ).

— L-involviment taż-żgħażagħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji għall-integrazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tad-diżordnijiet mentali f’xenarji edukattivi u inizjattivi taż-żgħażagħ. L-iskop huwa li jinkisbu riżultati akademiċi, soċjali u sanitarji mtejbin. Dan għandu jippermetti lill-Komunità biex tħeġġeġ operaturi oħra biex iwettqu strateġiji simili.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Promozzjoni tal-ħolqien ta' netwerks reġjonali u lokali u strateġiji ta' implimentazzjoni għall-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tad-diżordni mentali u l-prevenzjoni tas-suwiċidju, li jinvolvu l-awtoritajiet tas-saħħa u awtoritajiet pubbliċi oħrajn kif ukoll lil partijiet interessati mhux parti mill-qasam tas-saġġa u s-soċjetà ċivili. Dan għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet meħuda fir-reġjuni u l-muniċipalitajiet għandhom impatt ta' qofol fuq is-saħħa mentali tal-popolazzjoni. L-iskop huwa li jiġu żviluppati eżempji ta' azzjoni dwar saħħa mentali, li l-Komunità tkun tista' tiġbed l-attenzjoni dwarhom bħala prassi tajba.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Promozzjoni tal-kooperazzjoni interdixxiplinarja bejn il-professjonisti tas-saħħa li tindirizza r-rabtieit bejn is-saħħa mentali u dik fiżika u li tibni fuq il-komprensjoni dejjem tikber tal-interdipendenza tagħhom. Konċentrazzjoni partikolari ssir fuq l-identifikazzjoni tal-possibilitajiet għall-prevenzjoni tad-dipressjoni f’kopatoloġija mal-mard fiżiku. L-iskop għandu jkun l-identifikazzjoni tal-benefiċċji għal azzjoni bħal din għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja ta' pazjenti u s-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-kura u jiżguraw s-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Studju, magħmul minn tliet partijiet, li jivvaluta s-sistemi, is-sitwazzjonijiet u r-riżultati tas-saħħa mentali fl-Istati membri. L-iskop huwa l-appoġġ tal-Patt tas-Saħħa Mentali għall-kisba ta' għarfien ulterjuri. L-ewwel parti tiddeskrivi s-sistemi tas-saħħa mentali tal-Istati membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-EFTA/ZEE, filwaqt li tenfasizza d-differenzi u s-similaritajiet tagħhom; it-tieni parti tiikumpila informazzjoni dwar livelli tas-saħħa mentali u l-mard mentali f’dawn il-pajjiżi; it-tielet parti tidentifika l-benefiċċji mil-lat ta' saħħa, edukazzjoni, impjieg u prestazzjoni soċjali mill-investiment fis-saħħa mentali u l-promozzjoni u l-prevenzjoni tagħha mil-lat tas-sanità.

— [Sejħa għall-offerti]

3.3.2.6.   Prevenzjoni tal-vizzji

Tabakk (Anness – punt 2.2.1)

Azzjonijiet relatati mat-tabakk huma żviluppati b’konformità mal-istrateġija globali tal-UE fir-rigward tal-kontroll tat-tabakk kif ukoll il-Konvenzjoni Qafas għall-Kontroll tat-Tabakk.

— Studju dwar disponibilità, aċċessibilità, użu u ambjent regolatorju għal prodotti ġodda tat-tabakk u n-nikotina. L-iskop huwa l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe lakuna fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-KE (pereżempju prodotti mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tat-tabakk, l-ikel jew il-mediċina).

— [Sejħa għall-offerti]

— Appoġġ fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE tal-kontroll tat-tabakk, partikolarment f’dak li għandu x'jaqsam ma' li titqajjem kuxenza dwar ir-riskji għas-saħħa.

— [Sejħa għall-offerti]

— Appoġġ ta' politika xjentifika newtrali. L-iskop ta' din l-attività huwa li jinkiseb appoġġ b’saħħtu għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Ir-riżultat tal-proġett għandu jkun: appoġġ għad-DĠ SANCO fir-rwol tiegħu bħala Katalist Ewlieni għall-iżvilupp tal-linjigwida tal-FCTC għall-ittestjar u l-kejl tal-prodotti tat-tabakk u t-tħeddim effettiv tan-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Govermentali tat-Tabakk.

— [Ftehim amministrattiv maċ-ĊRK]

Alkoħol (Anness – punt 2.2.1)

B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE għal sostonn lill-Istati Membri biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol ( 31 ), u biex tiġi żviluppata b’mod ulterjuri politika għal tnaqqis fil-ħsara relatata mal-alkoħol, għandha tingħata prijorità partikolari lil dawn li ġejjin:

— Impressjoni ġenerali li tifrex mal-UE kollha tas-suq u r-regolamentazzjoni fir-rigward tat-tipi ta' xarbiet alkoħoliċi b’appell partikolari għal minuri (alcopops, xorb alkoħoliku mħallat lest, birer aromatizzati, xarbiet enerġetiċi alkoħoliċi kif ukoll prodott oħra bħalma huma gels u ġelati alkoħoliċi). Analiżi tas-sitwazzjoni fil-livell tal-UE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qafas tal-istrateġija tal-alkoħol tal-UE, b’attenzjoni speċjali fuq il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ.

— [Sejħa għall-offerti]

— Studji ulterjuri dwar l-aċċessibilità finanzjarja għax-xorb alkoħoliku fl-UE, li jibnu fuq is-sejbiet fir-rigward tar-rabtiet bejn l-aċċessibilità finanzjarja, il-konsum u l-ħsara ppreżentati fi studju riċenti kkummissjonat mid-DĠ SANCO ( 32 ).

— [Sejħa għall-offerti]

— Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa dwar żvilupp ulterjuri tal-ġbir konġunt tad-dejta u l-bażi komuni tal-għarfien relatati mas-sitwazzjoni tal-politiki tal-alkoħol fl-Istati Membri. Dan huwa segwitu ta' proġett preċedenti li fih fl-2008 twettaq stħarriġ konġunt tal-konsum, il-ħsara u l-politiki tal-alkoħol, fost oħrajn għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-alkoħol tal-UE. Kooperazzjoni ssuktata fuq l-iżvilupp tal-istrument tal-istħarriġ u l-preżentazzjoni tad-dejta hija essenzjali għall-appoġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-alkoħol tal-UE wkoll fil-futur.

— L-għan għal dan il-proġett huwa t-titjib tal-monitoraġġ tal-iżviluppi u l-fatturi ta' indikazzjoni relatati mal-alkoħol fl-Istati Membri biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-alkoħol tal-UE, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni fl-obbligi ta' rrappurtar għall-Istati Membri. Id-WHO tinsab f’pożizzjoni unika biex tirrevedi u tiżviluppa l-fatturi ta' indikazzjoni fil-livell Ewropew. Ftehim ta' għotja diretta mad-WHO biex tiġi żviluppata sistema Ewropea għandu jiżgura li l-istrateġija Ewropea tkun koerenti u kompatibbli bis-sħiħ mal-istrateġija globali. Dan għandu jiffaċilita analiżi komparattiva ħafifa bejn l-UE, l-Istati Membri u partijiet oħra tad-dinja.

— [Ftehim għal għotjiet diretti mad-WHO]

Drogi illegali (Anness – punt 2.2.1)

B’konformita mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi ( 33 ) u l-Pjanijiet ta' Azzjoni ( 34 ), il-programm ta' prevenzjoni u informazzjoni marbuta mad-Droga ( 35 ) tad-DĠ JLS, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara fejn tidħol is-saħħa assoċjata mad-dipendenza mid-droga ( 36 ), għandha ssir konċentrazzjoni partikolari fuq l-attivitajiet li ġejjin ta' tnaqqis tad-domanda għad-droga:

— Żvilupp, implimentazzjoni u linjigwida tal-iskambju tal-prassi t-tajba/standards ta' kwalità għal interventi u servizzi ta' tnaqqis fil-ħsara, li jieħdu inkunsiderazzjoni ħtiġijiet speċifiċi ta' dawk li jużaw id-droga (skont is-sess, l-isfond kulturali, l-età u t-tip ta' droga), u li jiffukaw fuq drogi sintetiċi. Użu tad-droga sintetika (pereżempju Stimulanti tat-tip tal-Amfetamina – ATS) huwa xejra li qed tiżdied fl-UE (cf. rapport annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq-Drogi (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction -EMCDDA)), b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. L-iskop huwa t-tisħiħ tal-kwalità u l-effettività tal-attivitajiet ta' tnaqqis tad-domanda, kif mitlub mill-Pjan ta' Azzjoni tal-UE l-għan 8, l-azzjoni 17 ( 37 ), bl-għan aħħari ta' trażżin tal-użu tad-droga. Ir-riżultat għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ħidma preparatorja ta' inventarju tal-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EMCDDA, previst fl-azzjoni 18 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE hawn fuq. Dan għandu jgħin lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġ dwar id-disponibilità u l-effettività ta' servizzi tal-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara u r-rijabilitazzjoni.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

▼M1 —————

▼B

3.3.2.7.   Prevenzjoni ta' mard maġġuri u kroniku u mard rari (Anness – punt 2.2.2)

Mard maġġuri u kroniku

— Implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwra l-Azzjoni kontra l-Kankru: Partenarjat Ewropew ( 38 ). L-iskop globali huwa l-appoġġ tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra biex jaħdmu flimkien b’mod aktar effiċjenti u effettiv fil-livell Ewropew fl-indirizzar tal-problema tal-kankru, bl-użu ta' strutturi innovattivi ta' kooperazzjoni u governanza. Il-Partenarjat, billi jlaqqa’ l-partijiet interessati Ewropej b’għan u b’impenn komuni li titnaqqas il-problema tal-kankru, għandu jipprovdi lill-Istati Membri u partijiet interessati oħra b’qafas għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, ir-riżorsi, l-aqwa prassi u l-għarfien espert fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-kankru. Għandu jgħin ukoll biex jidentifika azzjoni komuni fil-livell Ewropew li tista' tagħti valur miżjud għall-isforzi nazzjonali.

— [Azzjoni konġunta]

▼M1 —————

▼B

— Fil-kuntest ġenerali tal-azzjoni Ewropea kontra l-kankru, il-forniment ta' dejta ta' kwalità għola, informazzjoni u għarfien dwar il-kankru, fost oħrajn fl-oqsma tar-reġistrazzjoni tal-kankru, l-iscreening tal-kankru, fatturi ta' riskju tal-kankru u strateġiji ta' prevenzjoni tal-kankru, żvilupp ta' skema volontarja Ewropea bi prova ta' akkreditazzjoni għall-iscreening tal-kankru tas-sider u segwitu bbażat fuq il-linjigwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-iscreening u d-dijanjożi tal-kankru tas-sider. Skema ta' akkreditazzjoni/ċertifikazzjoni aċċettata b’mod estensiv ibbażata fuq il-linjigwida Ewropej ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandha tippermetti lin-nisa biex jgħarfu liema unitajiet tas-sider jissodisfaw l-istandards Ewropej ta' assigurazzjoni tal-kwalità u għandha tkun għodda addizzjonali prezzjuża għall-Istati Membri fl-iżgurar li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità. L-iskop huwa l-forniment ta' skema bi prova biex tesplora l-potenzjal għall-użu ta' dan il-mekkaniżmu biex jitħeġġeġ titjib kontinwu ta' kwalità fil-kankru tas-sider madwar l-UE kollha.

— Il-missjoni tal-IARC hija li tikkoordina u twettaq riċerka fuq il-kawżi tal-kankru uman, il-mekkaniżmi tal-karċinoġenesi, u biex tiżviluppa strateġiji xjentifiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-kankru. L-IARC hija l-unika organizzazzjoni tat-tip tagħha fil-qasam tal-kankru, u hija tipprovdi appoġġ xjentifiku u għarfien xjentifiku ta' kwalità għoljafil-qasam tal-kankru li fuqhom jorbot id-DĠ SANCO.

— [Ftehim għal għotjiet diretti mad-IARC]

— L-iżvilupp ta' strateġiji u linjigwidi Ewropej biex jidentifikaw metodi strateġiċi ta' prassi tajba madwar is-soċjetà sħiħa biex jindirizzaw mard mhux komunikabbli, partikolarment mard tal-qalb u s-sistema ta' ċirkolazzjoni, b’konċentrazzjoni fuq l-inugwaljanzi u l-kondizzjonijiet soċjali, li jorbtu ma' metodu strateġiku usa’ biex jiġi indirizzat il-mard mhux komunikabbli. Dan għandu jinkludi rappurtar tas-sitwazzjoni attwali u analiżi tagħha fir-rigward tal-mard kardjovaskulari u ta' ċirkolazzjoni fl-UE. L-iskop huwa l-użu tar-riżultati għall-iżvilupp tal-inizjattivi tal-Komunità dwar saħħa kardjovaskulari, li jibnu fuq l-inizjattivi diġà ffinanzjati mill-Komunità.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Azzjoni teknika għall-appoġġ tat-titjib tal-ġbir ta' dejta epidemjoloġika aħjar dwar dimenzji fl-Istati Membri, analiżi tal-għodda ta' żvelar bikri għad-degradazzjoni konjittiva fil-livell Ewropew u f’dak nazzjonali biex jiġu definiti rakkomandazzjonijiet tal-aqwa prassi u t-twaqqif ta' pjattaforma biex tivvaluta l-prassi attwali fuq drittijiet u biex tippreserva l-awtonomija tal-persuni li jbatu mid-dimenzji kif ukoll biex tippromwovi d-dimensjoni tad-dimenzja fl-azzjonijiet tad-determinanti tas-saħħa fil-livell tal-UE biex jiġi definit sett ta' rakkomandazzjonijiet għall-istil ta' ħajja ta' moħħ san. L-iskop huwa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta' Alzheimer u dimenzji oħrajn ( 39 ).

— [Azzjoni konġunta]

— Implimentazzjoni tal-fażi bi prova tal-Protokoll Ewropew tal-Prevalenza Awtistika kif definit fis-Sistema Ewropea tal-Informazzjoni tal-Awtiżmu. Dan huwa meħtieġ biex tinkiseb informazzjoni valida tal-prevalenza tal- ASD f’bosta pajjiżi Ewropej kfi ukoll biex jiġu definiti metodi għall-ippjanar ta' studju usa’ ta' prevalenza tal-ASD fl-Ewropa. Il-protokoll għandu jipprova jistabbilixxi kif l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika taw definizzjoni tal-ASD bħala kondizzjoni, jekk kienx hemm protokolli eżistenti ta' żvelar, inkluża identifikazzjoni bikrija u jekk jeżistux reġistri tal-każijiet u kif jiġu ppreservati. L-iskop huwa l-ġabra ta' informazzjoni inizjali biex tingħata informazzjoni Ewropea kumparabbli dwar l-ASD, li tibni fuq il-ħtiġijiet li diġà ġew identifikati fil-livell Ewropew.

— [Sejħa għal proposti għall-proġett]

— It-tnedija tal-ewwel fażi ta' Reġsirtu tal-Isklerożi Multipla Ewropea (MS) bħala sistema transnazzjonali ta' ġbir tad-dejta fl-Ewropa abbażi ta' proġetti bi prova ttestjati fi proġetti preċedenti tal-UE fil-qasam li tiffoka fuq l-iżvilupp ta' sett tad-dejta minimu, maqsum f’parti medika u parti soċjo-ekonomika f’ċerti kundizzjonijiet (bħalma hija struttura modulari tar-reġistru, li tippermetti kontribut mir-reġistri nazzjonali eżistenti u futuri). L-iskop huwa l-appoġġ tal-iżvilupp tar-reġistri Ewropej tal-Isklerożi Multipla, biex jipprovdu informazzjoni kumparabbli u attendibbli fil-livell Ewropew.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Appoġġ għall-ħolqien tan-netwerks ta' azzjoni dwar mard newrodeġenerattiv jew li jew li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp newroloġiku li mhuwiex kopert mill-azzjonijiet eżistenti tal-UE (pereżempju l-Parkinson, l-epilepsija, eċċ.). Dawn in-netwerks għandhom jikkostitwixxu strument ta' qofol biex iżidu l-kooperazzjonital-partijiet interessati u inizjattivi ta' kunsens dwar l-aqwa prassi u l-għarfien epidemjoloġiku dwar dan il-mard u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riċerka klinika. L-iskop huwa li jkun hemm informazzjoni Ewropea kumparabbli aqwa fil-qasam tal-mard newrodeġenerattiv jew li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp newroloġiku, wara l-Komunikazzjoni dwar Alzheimer u dimenzji oħrajn.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Mard rari

— Azzjoni teknika li tappoġġja l-iżvilupp tal-bażi tad-dejta Orphanet dwar mard rari u drogi orfni li hija amministrata minn konsorzju kbir ta' soċji Ewropej u li hija l-aktar bażi tad-dejta importanti tal-mard rari fid-dinja. Biex jiġi implimentat it-twaqqif ta' inventarju dinamiku tal-UE tal-mard rari se jkun meħtieġ li l-bażi tad-dejta tiġi żviluppata aktar. L-iskop huwa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari ( 40 ) billi jingħata punt uniku ta' referenza li jżid il-valur fil-livell Ewropew billi jlaqqa’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-mard rari.

— [Azzjoni konġunta]

— Azzjoni teknika għall-appoġġ tan-netwerk tas-Sorveljanza Ewropea dwar Anomaliji Konġenitali (EUROCAT) amministrat minn konsorzju kbir ta' soċji Ewropej biex tinħoloq sistema tad-dejta ta' prevalenza sostenibbli għal 90 subgrupp ta' anomaliji koġenitali li tiġi aġġornata kull sena. L-iskop huwa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari.

— [Azzjoni konġunta]

— Il-ħolqien ta' mekkaniżmu għall-iskambju ta' għarfien bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet Ewropej dwar il-valutazzjoni xjentifika tal-valur miżjud kliniku għal mediċini orfni. L-iskop huwa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-Komunkazzjoni tal-Kummissjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’dan il-qasam bejn l-Istati Membri b’mod effiċjenti kemm jista' jkun.

— [Sejħa għall-offerti]

— Titjib u rfinar tad-definizzjoni tal-mard rari li jieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti ta' inċidenza kif definiti fil-fil-Komunkazzjoni tal-Kummissjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari. L-iskop huwa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-Komunkazzjoni tal-Kummissjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari, li jirriflettu b’mod partikolari t-tħassib dwar id-definizzjoni tal-mard rari espress waqt id-diskussjoni fil-Parlament Ewropew.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Appoġġ għall-ħolqien tar-reġistri l-ġodda dwar mard rari. Dawn ir-reġistri għandhom jikkostitwixxu strumenti ewlenin biex iżidu l-għarfien dwar mard rari u jiżviluppaw riċerka klinika. Dawn huma l-uniku mod li jiġbor id-dejta biex jinkiseb daqs suffiċjenti ta' kampjun għal riċerka epidemjoloġika u/jew riċerka klinika. Se jiġu kkunsidrati sforzi kollaborattivi biex tiġi stabbilita ġabra ta' dejta u l-preservazzjoni tad-dejta, sakemm dawn ir-riżorsi jkunu miftuħa u aċċessibbli. L-iskop huwa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-Komunkazzjoni tal-Kummissjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Forum ta' Livell Għoli tal-Forum Farmaċewtiku. (40) 

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Appoġġ tal-issuktar tan-netwerks eżekuttivi eżistenti tal-UE dwar informazzjoni u reġistri dwar mard rari f’bosta oqsma (pereżempju ERCUSYN, REGISCAR, EuroMyasthenia). L-iskop huwa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-Komunkazzjoni tal-Kummissjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Forum ta' Livell Għoli tal-Forum Farmaċewtiku.

— [Għotjiet operattivi]

3.3.2.8.   Ambjenti sani (Anness – punt 2.2.3)

B’konformità mal-Pjan Ewropew tal-Ambjent u l-Azzjoni tas-Saħħa ( 41 ), se tingħata konċentrazzjoni partikolari lill-attivitajiet li ġejjin:

— L-iskambju tal-aqwa prassi fl-Istati Membri dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard respiratorju kroniku bħalma hija l-ażma u l-Mard Pulmonari Kroniku ta' Ostruzzjoni. Mard respiratorju bħlam ahija l-ażma huwa wieħed mill-kawżi l-iktar komuni ta' patoloġija fit-tfal. Id-WHO tal-Ewropa identifikat żieda importanti tar-rata tal-ażma għat-tfal fl-Ewropa. L-Istudju Internazzjonali tal-Ażma u l-Allerġiji fit-Tfulija (ISAAC) sab 11,5 % prevalenza medja annwali ta' sintomi tal-ażma awtorapportati fit-tfal li għandhom età bejn it-13 u l-14-il sena fl-Ewropa. L-attivitajiet attwali jippruvaw inaqqsu l-esponiment tan-nies għal fatturi magħrufa ewlenin ta' riskju, pereżempju t-tabakk u sustanzi oħra li jniġġsu l-arja. Huwa importanti wkoll l-appoġġ tal-ħidma tal-Istati membri dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard respiratorju kliniku u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aqwa prassi. Dan għandu jwassal għal titjib sinifikanti tal-kwalità tal-ħajja ta' nies affetwati billi tiġi żgurata ġestjoni xierqa tal-marda u fl-aħħar mill-aħħar titnaqqas il-patoloġija.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Proġett bi prova dwar kejl tal-kwalità tal-arja fil-magħluq ta' sustanzi ewlenin li jniġġsu f’ambjenti differenti fl-Istati membri tal-UE biex jittestjaw protokolli li għadhom kemm ġew żviluppati. Uħud mill-Istati Membri diġà jwettqu monitoraġġ perjodiku tal-kwalità tal-arja fil-magħluq. Iċ-ĊRK żviluppa protokolli standard dwar kif jitwettaq il-monitoraġġ ta' sustanzi lewlenin li jinġġsu fil-magħluq. Dawn il-protokolli jeħtieġ li jiġu ttestjati/validati bl-għajnuna ta' kampanja fuq il-kamp. L-iskop huwa l-forniment lill-Istati membri b’għodda attendibbli, validata biex jitwettaq monitoraġġ u jinkiseb ċertu livell ta' armonizzazzjoni li għandha trendi riżultati attendibbli u kumparabbli madwar l-Istati membri kollha.

— [Ftehim amministrattiv maċ-ĊRK]

— Identifikazzjoni tal-aqwa prassi fl-Istati membri għat-titjib tal-kwalità tal-arja fil-magħluq b’referenza għas-sistemi ta' tisħin/tisjir u tal-arja kundizzjonata (manutenzjoni, ventilazzjoni eċċ.). L-iskop huwa l-forniment lill-Istati Membri bi prassi tajba dwar miżuri ta' benefiċċju tal-ispejjeż biex tittejjeb il-kwalità tal-arja fil-magħluq fid-djar.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.9.   Prevenzjoni tal-korrimenti ( 42 ) (Anness – punt 2.2.4)

— Implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni tas-Sikurezza tat-Tfal (PAST) fil-pajjiżi l-ġodda, aġġornament tal-informazzjoni eżistenti u l-espansjoni tal-PAST eżistenti fi pjanijiet nazzjonali għall-gruppi ta' etajiet kollha. L-iskop huwa li tiġi mmirata s-sikurezza tat-tfal, partikolarment dil-pajjiżi l-ġodda u biex jinkisbu 27 sommarju tal-pajjiżi tal-prestazzjonijiet tal-istati Membri fir-rigward tal-livell ta' sikurezza mogħti lit-tfal u l-adoloxxenti, abbażi ta' ‘l fuq minn 100 strateġija u politika ta' prevenzjoni fil-livell nazzjonali. Ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjoni tad-dokumenti tar-rapport huma mmirati fl-aħħar mill-aħħar għaż-żieda tal-livell tas-saħħa kollha tat-tfal.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Tħejjija ta' rapport ta' valutazzjoni erba' snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2007 ( 43 ). Biex jiġi determinat jekk il-miżuri proposti humiex effettivi u biex tiġi vvalutata l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri, l-iskop huwa li jingħata appoġġ tekniku għat-tħejjija ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità. Se tittieħed dejta mill-Bażi tad-dejta tal-Korrimenti u għandhom jitpaċew il-lakuni (pereżempju permezz ta' analiżi xjentifika, ġbir addizzjonali tad-dejta mill-Istati Membri u l-partijiet interessati). Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni biex tqis, flimkien mal-Istati Membri, jekk hemmx ħtieġa ta' rakkommandazzjonijiet ulterjuri.

— [Sejħa għall-offerti]

— Il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza permezz ta' Konferenza Ewropea. L-iskop huwa l-għajnuna lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lil partijiet interessati oħra fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet ta' azzjoni fil-livell nazzjonali kif ukoll l-iffaċilitar tal-iżvilupp ta' pjanijiet nazzjonali, infrastrutturi u kapaċitajiet għall-promozzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-parteċipanti għandhom jirrappreżentaw Ministri tas-saħħa, dipartimenti tal-gvern u aġenziji rilevanti oħra, professjonisti tas-saħħa, persuni li jipprattikaw fil-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza, persuni akademiċi u s-settur privat. Hija għandha turi l-impenn Komunitarju għall-prevenzjoni tal-korrimenti, partikolarment fost gruppi vulnerabbli. Hija għandha tagħti rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri, u b’hekk tgħin lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2007.

— [Għotja għall-konferenza]

— Azzjoni konġunta jew dejta tal-korrimenti u monitoraġġ fil-livell Ewropew. Dejta u informazzjoni Ewropea kumparabbli dwar aċċidenti u korrimenti hija meħtieġa biex tappoġġja l-politika u l-azzjoni f’dan il-qasam u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Din l-azzjoni timmira li tibni fuq il-Bażi tad-dejta tal-Korrimenti żviluppata s’issa biex tespandi l-kopertura tal-pajjiżi, ittejjeb il-kwalità, ir-rappreżentanza u kumparabilità tad-dejta, u twitti t-triq għal integrazzjoni tal-IDB f’sistema Ewropea tal-istatistika.

— [Azzjoni konġunta]

3.4.   Temi indirizzati fit-tielet għan “Niġġeneraw u nxerrdu l-informazzjoni u l-għarfien marbuta mas-saħħa”

3.4.1.   Skambju tal-għarfien u l-aqwa prassi (Anness – punt 3.1.)

— Il-valutazzjoni tal-interventi tal-kura tas-saħħa timmira li tiżgura li s-sistemi tal-kura tas-saħħa qed jaħdmu b’mod effiċjenti. L-azzjoni konġunta tal-2009 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġiji tar-riskju (health technologies assessment – HTA, li tkopri l-prodotti farmaċewtiċi, it-tagħmir mediku u l-interventi tal-kura tas-saħħa) tippromwovi kollaborazzjoni fil-livell tal-UE dwar kwistjonijiet xjentifiċi u metodoloġiċi relatati mal-HTA. Issa huwa importanti li din il-kooperazzjoni tiġi akkumpanjata permezz tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-HTA fl-istati membri. L-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' organizzazzjoni ta' wħud mill-Istati Membri biex iwaqqfu/jiżviluppaw il-kapaċità u lgħarfien espert tagħhom ta' HTA, jew fil-livell nazzjonali inkella f’dak transkonfinali. il-proġett għandu wkoll janalizza s-sorsi potenzjali tal-appoġġ Komunitarju, notevolment mill-politika tal-koeżjoni tal-UE (użu tal-fondi strutturali).

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

▼M1 —————

▼B

— Konferenza dwar Saħħa globali. ir-raba' prinċipju tal-Istarteġija tas-Saħħa huwa t-tisħiħ tal-leħen tal-UE fis-saħħa globali. Konferenza maġġuri dwar dan is-suġġett fl-2010 għandha ssaħħaħ dan il-prinċipju. L-iskop huwa l-iffaċilitar ta' djalogu mal-Istati Membri u operaturi u soċji globali ewlenin li jitratta s-saħħa gloabli bl-għanijiet ta' identifikazzjoni tal-oqsma ta' prijorità għall-koordinazzjoni u l-azzjoni, u l-kontirbut għal Komunikazzjoni proposta tal-Kummissjoni dwar Saħħa Globali li għandha tiġi adottata aktar tard fl-2010.

— [Sejħa għall-offerti]

3.4.2.   Ġabra, analiżi u tixrid tal-informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – punt 3.2.1)

— Preservazzjoni u ssuktar ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni tas-Saħħa u l-Għomor biex jittejbu u jiġu armonizzati l-kalkoli u l-iżvilupp tal-indikatur strutturali għas-Snin Sani tal-Ħajja – HLY. Is-sistema hija funadamentali biex tipprovdi dejta armonizzata u attendibbli għall-appoġġ tat-tfassil tal-politika fir-rigward ta' sistemi tas-saħħa kif ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-politiki. L-attività tfittex li tiżgura appoġġ tekniku xieraq għall-kalkolu u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikatur ewlieni fis-snin li ġejjin.

— [Azzjonijiet konġunti]

— Integrazzjoni tal-indikaturi tas-saħħa perinatali fis-sistemi ta' monitoraġġ tas-saħħa pubblia bħalma huwa l-ECHIM (Monitoraġġ tal-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea) u t-tħejjija tal-integrazzjoni teigħu fil-ħidma tas-sistema Ewropea tal-istatistika (Eurostat). Żvilupp tal-kapaċità fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex jinkiseb livell għoli ta' rappurtar. L-iskop huwa li jkun hemm dejta u informazzjoni fuq bażi ta' rutina dwar is-saħħa perinatali, li hija essenzjali għal kopertura sħiħa tal-indikaturi tal-ECHI, u li hija qasam ta' valur miżjud potenzjali għal azzjoni fil-livell Ewropew fid-dawl tal-varjazzjonijiet fis-saħħa perinatali madwar l-UE kollha.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Impatt tal-investimenti tal-Fondi Strutturali fuq il-benefiċċji miksuba fis-saħħa. L-iskop huwa l-valutazzjoni, għal għadd ta' pajjiżi bi prova, ta' kif il-kunsiderazzjonijiet u l-impatt tas-saħħa ġew integrati fit-tfassil u t-tnedika ta' investimenti sinifikanti f’oqsma oħra ta' politika, bħalma huma t-trasport, l-ambjent u t-TIK, matul il-perjodu 2007/2013. Dan għandu jgħin għall-kisba ta' tagħlimiet għat-tħejjija tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss 2014/2020 tal-fondi strutturali.

— [Sejħa għall-offerti]

— - L-implimentazzjoni ta' moduli tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi (it-tabakk, il-mard rari, is-saħħa viżiva, is-saħħa tas-smigħ, is-saħħa mentali id-drittijiet tal-pazjenti) fl-istrumenti ta' stħarriġ tal-Kummissjoni (Ewrobarometru).

— [Sejħa għall-offerti]

3.4.2.1.   Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa (Anness – Punt 3.2.1)

— Identifikazzjoni u żvilupp tal-għodda mmirata biex tiffaċilita li riċetti mediċi jingħarfu minn Stat Membru ieħor. Azzjoni teknika għall-appoġġ tat-titjib tal-ġbir, il-valutazzjoni u l-validazzjoni ta' riċetti mediċi madwar il-fruntieri kollha tal-Istati Membri, biex jiġi promoss il-fluss tal-informazzjoni medika rilevanti, jiżdiedu l-kwalità u l-kumdità tat-trattament taċ-ċittadini meta jmorru minn post għal ieħor fl-Unjoni Ewropea. L-iskop huwa l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet dwar sett ewlieni tad-dejta, pjan rikonoxxibbli tal-informazzjoni u l-prassi tal-professjonisti tas-saħħa għall-appoġġ u l-validazzjoni tar-riċetti madwar il-fruntieri kollha.

— [Sejħa għall-offerti]

— Implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar Telemediċina – pjattaforma għall-involviment tal-partijiet interessati ( 44 ). Azzjoni teknika għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar it-Telemediċina, partikolarment il-parteċipazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti fit-tfassil, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni tal-għodda tal-eHealth, partikolarment tat-Telemediċina. Din l-azzjoni se tiġi kkoordinata mal-appoġġ relatat tad-DĠ INFSO, mal-ħidma tal-istrutturi eżistenti ta' governanza tal-Istati Membri dwar l-eHealth u mal-prijoritajiet tal-Presidenza. L-iskop huwa l-appoġġ għall-ħidma teknika tal-istruttura tal-governanza, partikolarment fir-rakkomandazzjonijiet li qed jiġu żviluppati dwar kif jiġu involuti l-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti fl-eHealth u biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-eHealth fi ħdan l-Istati Membri.

— [Azzjonijiet konġunti]

— Applikazzjonijiet tal-Web 2.0 għall-informazzjoni u t-tiswir tas-setgħa tal-pazjenti, is-sikurezza tal-pazjenti, ir-rappurtar ta' effetti negattivi, il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistemi tas-saħħa u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. Azzjoni teknika għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-validità ta' għodda bbażata fuq l-Internet għall-informazzjoni u t-tiswir tas-setgħa tal-pazjenti, is-sikurezza tal-pazjenti, ir-rappurtar ta' effetti negattivi, il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistemi tas-saħħa u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. L-utilità, ir-rappreżentanza, il-ġustizzja u l-valur ta' tbassir għandhom jiġu vvalutati b’mod partikolari għal: lezzjonijiet lill-pazjenti; għaodda ta' netwerking soċjali li jirrappurtaw dwar esperjenzi tal-pazjenti, il-kwalità tat-trattament u s-sikurezza tal-pazjent; banek għall-ħażna ta' informazzjoni tas-saħħa bbażata fuq l-Internet. L-iskop huwa t-tħejjija għall-valutazzjoni tal-użu potenzjali ta' dawn l-għodod għas-sistemi tas-saħħa b’mod ġenerali u għat-tixrid tal-aqwa prassi relatata.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— L-aqwa prassi għall-involviment tal-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti fit-tfassil, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni tal-għodod tal-eHealth. Azzjoni teknika għall-appoġġ tal-parteċipazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti fit-tfassil, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni tal-għodod tal-eHealth. Dawn l-għodod għandhom jiġu vvalutati mil-lat tal-kapaċità tagħhom li jżidu l-fluss tal-informazzjoni li ssalva l-ħajja u li jiffrankaw il-ħin tal-professjonisti tas-saħħa, li jżidu l-kwalità u l-koordinazzjoni tat-trattament u tas-sikurezza tal-pazjent, u li jikkontribwixxu għal sistemi tas-saħħa dinamiċi. L-iskop huwa l-valutazzjoni u t-tfassil ta' modi sani u prattiċi biex jiġu involuti l-professjonisti u l-pazjenti fl-eHealth.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

— Kooperazzjoni f’oqsma ta' qofol tal-ħidma tal-Kumitat tas-Saħħa tal-OECD fl-oqsma li ġejjin: immudellar tal-impatt fuq is-suq tax-xogħol tal-interventi tas-sistemi tas-saħħa, speċifikament il-prevenzjoni, partikolarment fil-qasam tal-obeżità. l-iżvilupp ta' informazzjoni dwar is-saħħa tal-ħaddiema, speċifikament dwar il-provvista tal-kapital disponibbli għas-settur tal-kura tas-saħħa; pubblikazzjoni konġunta ta' rapport ta' relazzjoni unika tal-KE/OECD dwar dejta tas-saħħa u analiżi; żvilupp ta' modi biex tittejjeb il-prassi tal-ipprogrammar tal-istatistika (taħriġ konġunt, għodod ta' appoġġ, studji ta' validazzjoni); promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istati membri u l-pajjiżi ġirien li mhumiex membri tal-OECD fil-ġbir tad-dejta tal-OECD. Id-dejta li toħroġ mill-kooperazzjoni se tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika, partikolarment fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, is-sistemi tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjent.

— L-għotja diretta mal-OECD hija meħtieġa biex tiżgura l-kooperazzjoni u l-għarfien espert tal-Kumitat tas-Saħħa tal-OECD l-oqsma msemmija hawn fuq. L-OECD hija l-unika organizzazzjoni li tista' tipprovdi dan, u l-attivitajiet jibnu direttament fuq ħidma preċedenti.

— [Ftehim għal għotjiet diretti mad-OECD]

— Tqabbil bejn sistemi tas-saħħa. Is-sħubija tal-Kummissjoni fl-Osservatorju Ewropew dwar il-Politik tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa, għall-appoġġ tal-ħidma prinċipali tal-Osservatorju u għat-tisħiħ tal-integrazzjoni tad-dimensjonijiet Ewropej u dawk transkonfinali fil-ħidma tal-Osservatorju, bl-iskop li jsir l-aqwa użu mill-għarfien espert partikolari tagħhom u l-kapaċità għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea tas-saħħa.

— L-Osservatorju huwa bank ta' ħażna ta' għarfien espert, analiżi indipendenti u pariri rispettati, u ħidmietu hija komplementari għas-servizzi tal-Kummissjoni. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, ikun iktar effettiv u effiċjenti li ssir kooperazzjoni mal-Osservatorju, li tikkontribwixxi għall-konsistenza bejn ir-riżultati tal-Osservatorju u l-għanijiet tal-KE fl-ambitu tas-saħħa pubblika. Dawn l-attivitajiet ma jistgħux jingħataw minn ebda istituzzjoni oħra u jsegwu u jibnu fuq ħidma preċedenti.

— [Ftehim għal għotja diretta mal-Osservatorju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa]

— - Il-ħolqien ta' mekkaniżmi għall-ġbir flimkien tal-aktar dejta, informazzjoni, xhieda u konsulenza teknika avvanzata u moderna dwar suġġetti speċifiċi marbutin mas-saħħa bħala appoġġ għas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni tas-Saħħa u Kondiviżjoni tal-Għarfien. L-iskop huwa li jingħataw dejta u informazzjoni bbażati fuq l-evidenza liċ-ċittadini, il-politiċi, il-partijiet interessati u l-esperti tal-UE.

— [Sejħa għall-offerti]

3.4.2.2.   Tixrid u applikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – Punt 3.2.2)

— Żvilupp tekniku għall-Porta tas-Sħħa Pubblika tal-UE u għodod oħra tat-TIK. L-iskop huwa t-titjib tal-ġestjoni tal-portal permezz ta' links awtomatizzati u manutenzjoni tal-kontenut u biex jiġu żviluppati għodod tat-TI li jappoġġjaw il-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni tas-saħħa.

— [Sejħa għall-offerti]

— Il-promozzjoni tar-riżultati tal-Ewwel Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008), inkluża konferenza speċifika u pubblikazzjonijiet. L-iskop huwa t-tixrid tar-riżultati tal-programm lill-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati kif ukoll il-preżentazzjoni tal-aqwa proġetti bħala mudell għall-applikanti futuri.

— [Sejħa għall-offerti]

— Appoġġ tal-attivitajiet li għandhom l-iskop li jippromwovu It-Tieni Progarmm tas-Saħħa (2008-2013) u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu biex titrawwem il-parteċipazzjoni u jinxterdu r-riżultati tal-programm; valutazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm.

— [Sejħa għall-offerti]

— Organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-komunikazzjoni, inklużi kampanji u avvenimenti, bħalma huwa l-premju tal-ġurnaliżmu tas-saħħa tal-UE. L-iskop huwa t-tixrid tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-Programm u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Saħħa liċ-ċittadini u l-partijiet interessati.

— [Sejħa għall-offerti]

— Netwerk ta' esperti legali, ekonomiċi u sanitarji li jindirizzaw ostakli u intoppi nazzjonali kif ukoll fil-livell ta' Komunità fil-ġbir, l-analiżi u l-użu tal-informazzjoni tas-saħħa fil-livell tal-Komunità fl-oqsma rilevanti tal-“acquis tal-Komunità”. Din l-azzjoni timmira li tipprovdi l-ewwel stima tal-impatt konsistenti u komprensiva, legali, ekonomika u sanitarja għall-politiki futuri fl-informazzjoni tas-saħħa.

— [Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.4.3.   Analiżi u rappurtar (Anness – Punt 3.2.3)

— rapporti addizzjonali tas-saħħa f’oqsma bħal dawn kif meħtieġ, partikolarment fil-Kummissjoni l-ġdida. L-iskop huwa biex jippermetti l-ġbir rapidu ta' informazzjoni u analiżi dwar suġġetti partikolari kif meħtieġ, partikolarment bħala appoġġ għall-iżvilupp ta' politiki ġodda taħt il-Kummissjoni l-ġdida u bħala appoġġ għall-Istrateġija tas-Saħħa.

— [Sejħa għall-offerti]




ANNESS II

Kriterji għall-kontribuzjonijiet finanzjarji għal proġetti taħt it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 4.1 (a)

Dan id-dokument japplika biss għall-kofinanzjament ta' azzjonijiet individwali taħt it-tieni Programm tas-Saħħa permezz ta' għotjiet wara sejħa għal proposti għall-proġetti.

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1. Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu huma d-dokumenti ta' referenza għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

2. L-għotjiet iridu jkunu konformi ma' dawn il-prinċipji li ġejjin:

— ir-regola tal-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors li ma jkunx sors ta' fondi Komunitarji, jew permezz ta' riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella riżorsi finanzjarji ta' terzi. Kontribuzzjonijiet imħallsa b'oġġetti u mhux bil-flus mingħand terzi jistgħu jitqiesu bħala kofinanzjament jekk ikunu kkunsidrati meħtieġa jew xierqa (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u 172 tar-Regoli Implimentattivi).

— ir-regola ta' bla profitt: l-għotja ma għandux ikollha l-għan jew l-effett li tiġġenera profitt għall-benefiċjarju (l-Artikoli 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u 165 tar-Regoli Implimentattivi).

— ir-regola ta' bla retroattività: l-ispejjeż eliġibbli għall-iffinanzjar għandhom jiġu onorati wara li jkun ġie ffirmat il-kuntratt. F'każijiet eċċezzjonali, jista' jkun aċċettabbli li spejjeż li kienu onorati mid-data ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jiġu kkunsidrati, iżda mhux dawk onorati aktar kmieni (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

— ir-regola ta' bla akkumulazzjoni: għotja waħda biss tista' tingħata għal xi azzjoni speċifika mwettqa minn xi benefiċjarju partikolari għal kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) ( 45 ).

3. Il-proposti għall-azzjonijiet (il-proġetti) għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' tliet kategoriji ta' kriterji:

— il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibilità, biex tiġi vvalutata l-eliġibilità tal-applikant – l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju;

— il-kriterji tal-għażla, biex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant għat-tkomplija tal-azzjoni proposta – l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju;

— il-kriterji tal-għoti, biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta bil-kunsiderazzjoni tal-kost tagħha.

Dawn it-tliet kategorji ta' kriterji għandhom jiġi kkunsidrati konsekuttivament matul il-proċedura ta' valutazzjoni. Proġett li ma jasalx biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' waħda mill-kategoriji ma jiġix ikkunsidrat fl-istadju ta' valutazzjoni li jkun imiss u għandu jiġi eliminat.

4. Fir-rigward tat-Tieni Programm tas-Saħħa, għandha tingħata prijorità lil proġetti li:

— ikollhom karattru innovattiv fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti u ma jkunux ta' natura rikorrenti;

— jipprovdu valur miżjud fil-livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa: il-proġetti jridu jipproduċu ekonomiji ta' skala rilevanti, jinvolvu numru xieraq ta' pajjiżi eliġibbli fejn għandu x'jaqsam l-ambitu tal-proġett u jridu jkunu jistgħu jiġu rreplikati bnadi oħra;

— jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika Komunitarja fis-settur tas-saħħa u joffrulha sostenn;

— jagħtu attenzjoni xierqa lil struttura effikaċi ta' ġestjoni, proċess ċar ta' valutazzjoni u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija;

— jinkludu pjan għall-użu u t-tixrid tar-riżultati f'livell Ewropew lil udjenzi xierqa fil-mira tagħhom.

2.   KRITERJI TA' ESKLUŻJONI U ELIĠIBILITÀ

1. L-applikanti għandhom jitħallew barra milli jipparteċipaw fi proċedura ta' għoti f'rabta mat-tieni Programm tas-Saħħa jekk:

(a) ikunu falluti jew qed jingħalqu, għandhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, daħlu fi ftehim mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet ta' negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċedimenti li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li ġejja minn xi proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b) ikunu nstabu ħatja ta' xi offiża li tirrigwarda l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata;

(c) ikunu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika;

(d) ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-Uffiċjal Awtorizzanti jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jkun attwat il-kuntratt;

(e) kienu suġġetti għal sentenza b'saħħa ta' res judicata minħabba frodi, korruzzjoni, implikazzjoni f'xi organizzazzjoni kriminali jew xi attività oħra illegali ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

(f) ikunu preżentement soġġetti għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(g) ikunu rċevew għajnuna illegali, li dwarha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni negattiva li tinvolvi ordni għal irkupru, u l-għajnuna ma tkunx ġiet irkuprata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

Prova: Il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq unurhom, iffirmata u datata kif xieraq, li tafferma li ma jkunux jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati hawn fuq.

2. Kawalunkwe proposta li tasal wara li jiskadi ż-żmien li fih jintlaqgħu l-proposti, kwalunkwe proposta jew proposti mhux kompluta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti formali stipulati fis-sejħa għall-proposti mhijiex se titqies għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta' żbalji klerikali ovvji fis-sens tal-Artikolu 178(2) tar-regoli tal-Implimentazzjoni.

Kull applikazzjoni jrid ikollha d-dokumenti mitluba fis-sejħa għall-proposti, inklużi d-dokumenti li ġejjin:

— Id-dejta amministrattiva dwar is-soċju ewlieni u s-soċji assoċjati;

— Deskrizzjoni teknika tal-proġett;

— Il-baġit globali tal-proġett u l-livell ta' kofinanzjament Komunitarju mitlub.

Prova: Il-kontenut tal-applikazzjoni.

3. L-azzjonijiet li diġà jkunu bdew sad-data li fiha tkun irreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja se jitħallew barra milli jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa.

Prova: Id-data tal-bidu skedata u t-tul ta' żmien skedat tal-azzjoni jridu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' esklużjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji kollha ta' għażla li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti.

1. Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi ta' finanzjament stabbli u suffiċjenti biex ikunu jistgħu jżommu l-attività tagħhom għaddejja matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Prova: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kontijiet bankarji tal-qligħ u t-telf u l-karta bilanċjali tal-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ.

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-entitajiet pubbliċi, jew għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa permezz ta' ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalisti li nħolqu b'dawn il-ftehimiet.

2. Kapaċità operattiva

L-applikant irid ikollu r-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa biex ikun jista' jwettaq u jtemm l-azzjoni proposta.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu r-rapport annwali tal-attivitajiet l-aktar riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-istaff professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett.

3. Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Kummissjoni.

Jekk issir talba għalih, l-applikanti jridu jippreżentaw rapport ta' verifika finanzjarja esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-applikant.

4.   KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI

Dawk il-proġetti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla għandhom ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji ta' aġġudikazzjoni li ġejjin.

1.  Rilevanza politika u kontestwali tal-proġett (40 punt, valur minimu: 20 punt)

(a) Il-kontribut tal-proġett biex jissodisfa l-għanijiet u l-prijoritajiet tat-tieni Programm tas-Saħħa, kif definit fil-Pjan ta' Ħidma għall-2010 (8 punti);

(b) Ir-rilevanza strateġika f'termini ta' rilevanza għall-Istrateġija Sanitarja tal-UE ( 46 ) u f'termini tal-kontribut mistenni għall-għarfien eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa (8 punti);

(c) Valur miżjud f'livell Ewropew fis-settur tas-saħħa pubblika (8 punti):

— l-impatt fuq il-gruppi mmirati, l-effett għaż-żmien fit-tul u effetti multiplikaturi potenzjali, bħalma huma attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli;

— kontribut għall-politiki rilevanti u programmi oħra tal-UE u kumplementarjetà, sinerġija u kompatibilità magħhom;

(d) Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li kopertura ġeografika tal-proġett tkun xierqa fir-rigward tal-għanijiet tagħha, waqt li jitfisser l-irwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonjijiet destinatarji li dawn jirrappreżentaw.

Il-proposti b'dimensjoni nazzjonali jew subnazzjonali (jiġifieri, li jinvolvu biss pajjiż eliġibbli wieħed jew reġjun ta' pajjiż eliġibbli) se jiġu rifjutati.

(e) Adegwatezza tal-proġett mal-kuntest soċjali, kulturali u politiku (8 punti)

L-applikanti jridu jorbtu l-proġett mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, filwaqt li jiżguraw il-kompatibilità tal-azzjonijiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-gruppi mmirati.

2.  Kwalità teknika tal-proġett (30 punt, valur minimu: 15-il punt)

(a) Bażi ta' prova (6 punti)

L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddeskrivu b'mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabilità tal-miżuri proposti;

(e) Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu b'mod ċar l-għanijiet u l-miri, il-gruppi fil-mira, inklużi fatturi ġeografiċi rilevanti, metodi, effetti u riżultati mistennija;

(c) In-natura innovattiva, il-kumplementarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta' azzjonijiet eżestenti oħra f'livell tal-UE (6 punti)

L-applikanti jridu jidentifikaw b'mod ċar il-progress li hu ppjanat li jikseb il-proġett fl-ambitu tas-settur f'rabta mal-metodi l-aktar moderni u jiżguraw li la jkun hemm duplikazzjoni mhux xierqa u lanqas irkib fuq xulxin, la parzjali u lanqas totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet li diġà qed jitwettqu f'livell Ewropew u f'livell internazzjonali.

(d) Strateġija ta' valutazzjoni (6 punti)

L-applikanti jridu jfissru b'mod ċar it-tip u l-adegwatezza ta' dawk il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.

(e) Strateġija ta' tixrid (6 punti)

L-applikanti jridu jispjegaw bl-eżempji b'mod ċar l-adegwatezza tal-istrateġija prevista u l-metodoloġija proposta biex jiżguraw it-trasferibilità tar-riżultati u s-sostenibilità tat-tixrid.

3.  Kwalità ta' ġestjoni tal-proġett u l-baġit (30 punt, valur minimu: 15-il punt)

(a) Ippjanar u organizzazzjoni tal-proġett (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-miri intermedji, ir-riżultati tanġibbli tal-proċess tal-iżvilupp, in-natura u t-tqassim tal-kompiti, l-analiżi tar-riskju.

(b) Kapaċità organizzattiva (5 punti)

L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-istaff, ir-responsabilitajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni;

(c) Kwalità tal-kollaborazzjonijiet bi sħab (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-kollaborazzjonijiet bi sħab previsti mil-lat ta' estensività, rwoli, u responsabilitajiet, relazzjonijiet fost is-soċji differenti, sinerġija u kumplementarjetà tad-diversi soċji fil-proġett u l-istruttura tan-netwerk.

(d) Strateġija tal-komunikazzjoni (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija tal-komunikazzjoni mil-lat ta' ppjanar, gruppi mmirati, adegwatezza tal-mezzi użati, u viżibilità tal-kofinanzjament Komunitarju.

(e) Baġit globali u ddettaljat inkluża l-ġestjoni finanzjarja (10 punti, valur minimu: 5 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit huwa rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn is-soċji u fir-rigward tal-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jitqassam fost is-soċji f'livell minimu raġjonevoli, waqt li tiġi evitata frammentazzjoni eċċessiva.

L-applikanti jridu jiddeskrivu ċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabilitajiet, il-proċeduri ta' rappurtar u l-kontrolli.

Kwalunkwe proġett li ma jirnexxilux jikseb il-valur minimu se jiġi rrifjutat.

Wara l-valutazzjoni tar-riskju, titħejja lista ta' proposti rakkomandati għall-finanzjament, klassifikati skont l-għadd totali tal-punti mogħtija. Skont id-disponibilità tal-baġit, il-proposti li jkunu ġew ikklassifikati fl-ogħla postijiet jingħataw kofinanzjament. Il-bqija tal-proposti rrakkomandati għal kofinanzjament jiddaħħlu f'lista ta' riżerva.




ANNESS III

ELIĠIBILITÀ GĦALL-ISPEJJEŻ TAS-SAFAR U S-SUSSISTENZA

Dawn il-linjigwida japplikaw għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza:

— tal-istaff impjegat mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin u assoċjati) tal-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma;

— meta jkun previst b'mod espliċitu fil-kuntratti ta' servizz.

(1) L-allokazzjonijiet ta' sussistenza b'rata fissa jkopru l-ispejjeż ta' sussistenza kollha li jsiru matul il-missjonijiet, inklużi l-lukandi, ir-ristoranti u t-trasport lokali (taxis u/jew it-trasport pubbliku). L-allokazzjonijiet għat-trasport japplikaw għal kull jum tal-missjoni fuq bażi ta' distanza minima ta' 100 km mill-post tax-xogħol normali. L-allokazzjoni ta' sussistanza tvarja skont il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta' kuljum jikkorrispondu għas-somma tal-allokazzjoni ta' kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda ffissat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1313 ( 47 ) kif emendata.

(2) Missjonijiet f'pajjiżi li ma jinkludux is-27 pajjiż tal-UE u l-pajjiżi mixjin lejn l-adeżjoni u l-pajjiżi applikanti kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA/iż-ŻEE li qed jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa għandhom ikunu soġġetti għall-qbil preċedenti tal-Kummissjoni. Dan il-qbil għandu jkun relatat mal-għanijiet tal-missjoni, l-ispejjeż tagħha u r-raġunijiet għalihom.

(3) L-ispejjeż tat-trasport huma eliġibbli taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

— l-ivvjaġġar għandu jsir permezz tal-iżjed rotta diretta u ekonomika;

— distanza ta' mill-inqas 100 km bejn il-post fejn tkun qed issir il-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

— l-ivvjaġġar bil-ferrovija: l-ewwel klassi;

— l-ivvjaġġar bl-ajru: klassi ekonomika, sakemm ma tinstabx rata irħas (pereżempju Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa awtorizzat biss għal vjaġġi bir-ritorn ta' aktar minn 800 km;

— l-ivvjaġġar bil-karozza: imħallas lura fuq il-bażi tal-ekwivalenti tar-rata tal-ewwel klassi bil-ferrovija.




ANNESS IV

Kriterji għall-kontribuzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 4(3)

1.   KRITERJI TA' ESKLUŻJONI U ELIĠIBILITÀ

Azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma' korpi pubbliċi jew korpi mhux governattivi:

— li ma joperawx bi skop ta' qligħ u jkunu indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi ta' kunflitti oħrajn;

— li jsegwu bħala l-mira primarja tagħhom għan wieħed jew aktar tal-Programm,

— li ma għandhomx għanijiet ġenerali li jmorru direttament jew indirettament kontra l-politiki tal-Unjoni Ewropea jew assoċjati ma' immaġni inadegwata;

— li taw lill-Kummissjoni rendikont sodisfaċenti tas-sħubija, ir-regoli interni u s-sorsi ta' finazjament tagħhom;

— li mhuma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-kriterju “indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi oħra kunfliġġenti” jirreferi għal tliet aspetti li kollha jridu jiġu ssodisfati mill-organizzazzjoni applikanti:

Indipendenza legali:

Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin l-ebda waħda minnhom ma tkun taħt kontroll dirett jew indirett tal-oħra inkella taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta' entità terza bħall-oħra.

Il-kontroll jista' b'mod partikolari jieħu waħda minn dawn iż-żewġ forom:

(a) Il-pussess dirett jew indirettita’ aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta' maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji ta' dik l-entità;

(b) Il-pussess dirett jew indirett tas-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fattwalment jew legalment, fl-entità legali kkonċernata.

Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn l-entitajiet legali ma għandhomx fihom infushom jitqiesu li qed jikkostitwixxu relazzjonijiet ta' kontroll:

(ċ) Il-pussess dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-organizzazzjoni applikanta jew ta' maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji tal-entitajiet legali jkunu għand l-istess korp pubbliku;

(d) L-entitajiet legali kkonċernati jkunu proprjetà tal-istess korp pubbliku jew ikunu ssorveljati minnu.

Indipendenza finanzjarja:

Bħala regola ġenerali, organizzazzjonijiet applikanti li jirċievu aktar minn 20 % tal-finanzjament tagħhom mis-settur privat ( 48 ) jew interess ieħor ta' kunflitt għat-tħaddim tagħhom (finanzjament ta' bażi) għandhom jitqiesu bħala finanzjarjament dipendenti.

Trasparenza tal-attivitajiet u l-finanzjament tal-applikant: L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant ( 49 ).

Applikanti li jaħdmu ma' operaturi mis-settur privat li huma ikkunsidrati ineliġibbli pereżempju minħabba li n-natura tal-attività tagħhom tkun inkompatibbli mal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-KE, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala inaċċettabbli.

(a) L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, ikklassifikata skont it-tip (finanzjament ta' bażi u finanzjament tal-proġett, kontribuzzjoni mhux fi flus) u skont l-entità tal-finanzjament.

(b) L-istqarrijiet tal-pożizzjoni eżistenti tal-applikanti fir-rigward tar-rekwiżit tagħhom fejn tidħol trasparenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibilità li jiġu vvalutati l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant biex ilesti l-programm ta' ħidma propost.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa għat-tlestija tal-azzjoni proposta.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi finanzjarji xierqa biex jippreservaw l-attività tagħhom matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Kull applikant irid jipprovdi:

— Baġit ċar, eżawrjenti u ddettaljat ħafna u evalwat bir-reqqa tal-ispejjeż marbutin mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull waħda mill-entitajiet li tkun qed tieħu sehem fil-proġett konġunt.

— Kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu li tiġi ppreżentata qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni (għall-korpi mingħajr għan ta' profitt għajr għall-korpi pubbliċi).

3.   KRITERJI TAL-AĠĠUDIKAZZJONI

Dawk l-azzjonijiet konġunti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla għandhom ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji ta' aġġudikazzjoni li ġejjin.

1. Rilevanza politika u kontestwali tal-proġett (40 punt, valur minimu: 20 punti)

(a) Il-kontribut tal-azzjoni konġunta biex jissodisfa l-għanijiet u l-prijoritajiet tat-tieni Programm tas-Saħħa, kif definit fil-Pjan ta' Ħidma għall-2010 (8 punti);

(b) Ir-rilevanza strateġika f'termini ta' rilevanza għall-Istrateġija Sanitarja tal-UE ( 50 ) u f'termini tal-kontribut mistenni għall-għarfien eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa (8 punti);

(ċ) Valur miżjud f'livell Ewropew fis-settur tas-saħħa pubblika (8 punti):

— impatt fuq il-gruppi ta' referenza, l-effett għat-tul u l-effetti multiplikaturi potenzjali bħalma huma l-attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli;

— kontribut għall-politiki rilevanti u programmi oħra tal-UE u kumplementarjetà, sinerġija u kompatibilità magħhom;

(d) Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti)

L-applikanti għandhom jiżguraw li kopertura ġeografika tal-azzjoni tkun xierqa fir-rigward tal-għanijiet tagħha, filwaqt li jispjegaw ir-rwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-relevanza tar-riżorsi tal-azzjoni jew tal-popolazzjonijiet fil-mira li jirrappreżentaw.

Il-proposti b'dimensjoni nazzjonali jew subnazzjonali (jiġifieri, li jinvolvu biss pajjiż eliġibbli wieħed jew reġjun ta' pajjiż eliġibbli) se jiġu rifjutati.

(e) Adegwatezza tal-azzjoni konġunta mal-kuntest soċjali, kulturali u politiku (8 punti)

L-applikanti jridu jorbtu l-azzjoni mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, filwaqt li jiżguraw il-kompatibilità tal-attivitajiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-gruppi mmirati.

2. Kwalità teknika tal-azzjoni konġunta (30 punt, valur minimu: 15-il punt)

(a) Bażi ta' prova (6 punti)

L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddeskrivu b'mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effettività u l-applikabilità tal-miżuri proposti.

(b) Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu b'mod ċar l-għanijiet u l-miri, il-gruppi fil-mira, inklużi fatturi ġeografiċi rilevanti, metodi, effetti u riżultati mistennija;

(ċ) In-natura innovattiva, il-kumplementarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta' azzjonijiet eżestenti oħra f'livell tal-UE (6 punti)

L-applikanti jridu jidentifikaw b'mod ċar il-progress biħsiebha tikseb l-azzjoni konġunta fl-ambitu tas-settur f'rabta mal-metodi l-aktar moderni u jiżguraw li la jkun hemm duplikazzjoni mhux xierqa u lanqas irkib fuq xulxin, la parzjali u lanqas totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet li diġà twettqu fil-livell Ewropew u fil-livell internazzjonali.

(d) Strateġija ta' valutazzjoni (6 punti)

L-applikanti jridu jfissru b'mod ċar it-tip u l-adegwatezza ta' dawk il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.

(e) Strateġija ta' tixrid (6 punti)

L-applikanti jridu jispjegaw bl-eżempji b'mod ċar l-adegwatezza tal-istrateġija prevista u l-metodoloġija proposta biex jiżguraw it-trasferibilità tar-riżultati u s-sostenibilità tat-tixrid.

3. Kwalità ta' ġestjoni tal-proġett u l-baġit (30 punt, valur minimu: 15-il punt)

(a) Ippjanar u organizzazzjoni tal-azzjoni konġunta (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, l-iskeda taż-żmien u l-miri intermedji, ir-riżultati tanġibbli tal-proċess tal-iżvilupp, in-natura u t-tqassim tal-kompiti, u l-analiżi tar-riskju.

(b) Kapaċità organizzattiva (5 punti)

L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-istaff, ir-responsabilitajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni;

(ċ) Kwalità tal-kollaborazzjonijiet bi sħab (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-kollaborazzjonijiet bi sħab previsti mil-lat ta' estensività, rwoli, u responsabilitajiet, relazzjonijiet fost is-soċji differenti, sinerġija u kumplementarjetà tad-diversi soċji fil-proġett u l-istruttura tan-netwerk.

(d) Strateġija tal-komunikazzjoni (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija tal-komunikazzjoni mil-lat ta' ppjanar, gruppi mmirati, adegwatezza tal-mezzi użati u viżibilità tal-kofinanzjament Komunitarju.

(e) Baġit globali u ddettaljat, inkluża l-ġestjoni finanzjarja (10 punti, valur minimu: 5 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit huwa rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn is-soċji u fir-rigward tal-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni konġunta. Il-baġit għandu jitqassam fost is-soċji f'livell minimu raġjonevoli, waqt li tiġi evitata frammentazzjoni eċċessiva.

L-applikanti jridu jiddeskrivu ċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabilitajiet, il-proċeduri ta' rappurtar u l-kontrolli.

Kwalunkwe proposta li ma jirnexxilhiex tikseb il-valur minimu se tiġi rrifjutata.




ANNESS V

Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-tħaddim ta' korp mhux governattiv jew ta' netwerk speċjalizzat (għotjiet operattivi) taħt it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 4(1) (b)

1.   KRITERJI TA' ESKLUŻJONI U ELIĠIBILITÀ

Kontribuzzjonijiet fianzjarji mill-Komunità jistgħu jiġu aġġudikati għat-tħaddim ta' korp mhux governattiv jew l-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni ta' netwerk speċjalizzat minn korp bla skop ta' qligħ. Netwerk speċjalizzat huwa netwerk Ewropew li jirrappreżenta korpi li ma għandhomx l-iskop ta' qligħ attivi fl-Istati Membri jew f'pajjiżi li jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa u li jippromwovu prinċipji u politiki li huma meqjusa konsistenti mal-għanijiet tal-Programm, li għandhom prestazzjoni tal-passat rilevanti ta' kisbiet konġunti u regoli stabbiliti ta' kollaborazzjoni (pereżempju SOPs (Proċeduri Standard ta' Operat) jew memorandum ta' fehma). Organizzazzjoni jew netwerk speċjalizzat jista' jirċievi fondi jekk huwa:

— ma jkunx jopera bl-iskop ta' qligħ u jkun indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi oħrajn ta' kunflitt;

— għandu membri f'mill-inqas nofs l-Istati Membri;

— għandu kopertura ġeografika bbilanċjata;

— isegwi bħala l-għan primarju tiegħu wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-Programm;

— ma jsegwix għanijiet ġenerali direttament jew indirettament kuntrarji għall-politiki tal-Unjoni Ewropea jew li assoċjati ma' immaġni inadegwata;

— ta lill-Kummissjoni rendikont sodisfaċenti tas-sħubija, ir-regoli interni u s-sorsi ta' finazjament tiegħu;

— ipprovda lill-Kummissjoni l-pjan ta' ħidma annwali tiegħu għas-sena finanzjarja u r-rapport tal-attività annwali tiegħu l-aktar riċenti u, jekk disponibbli, ir-rapport ta' valutazzjoni l-aktar riċenti;

— ma huwa fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Kawalunkwe proposta li tasal wara li jiskadi ż-żmien li fih jintlaqgħu l-proposti, kwalunkwe proposta jew proposti mhux kompluta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti formali stipulati fis-sejħa għall-proposti mhijiex se titqies għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta' żbalji klerikali ovvji fis-sens tal-Artikolu 178(2) tar-regoli tal-Implimentazzjoni.

Il-kriterju “indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti” jirreferi għal tliet aspetti li kollha jridu jiġu ssodisfati mill-organizzazzjoni applikanti:

Indipendenza legali

Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin l-ebda waħda minnhom ma tkun taħt kontroll dirett jew indirett tal-oħra inkella taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta' entità terza bħall-oħra.

Il-kontroll jista' b'mod partikolari jieħu waħda minn dawn iż-żewġ forom:

(a) L-ishma diretti jew indiretti ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta' maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji ta' dik l-entità;

(b) Il-pussess dirett jew indirett tas-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fattwalment jew legalment, fl-entità legali kkonċernata.

Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn l-entitajiet legali ma għandhomx fihom infushom jitqiesu li qed jikkostitwixxu relazzjonijiet ta' kontroll:

(c) Il-pussess dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-organizzazzjoni applikanta jew ta' maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji tal-entitajiet legali jkunu għand l-istess korp pubbliku;

(d) L-entitajiet legali kkonċernati jkunu proprjetà tal-istess entità pubblika jew ikunu ssorveljati minnha.

Indipendenza finanzjarja

Bħala regola ġenerali, organizzazzjonijiet applikanti li jirċievu aktar minn 20 % tal-finanzjament tagħhom mis-settur privat ( 51 ) jew interess ieħor ta' kunflitt għat-tħaddim tagħhom (finanzjament ta' bażi) għandhom jitqiesu bħala finanzjarjament dipendenti.

Trasparenza tal-attivitajiet u l-finanzjament tal-applikant

(e) L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant ( 52 ).

Applikanti li jaħdmu ma' operaturi mis-settur privat li huma ikkunsidrati ineliġibbli pereżempju minħabba li n-natura tal-attività tagħhom tkun inkompatibbli mal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-KE, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala inaċċettabbli.

(f) L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, ikklassifikata skont it-tip (finanzjament ta' bażi u finanzjament tal-proġett, kontribuzzjoni mhux fi flus) u skont l-entità tal-finanzjament.

(g) L-istqarrijiet tal-pożizzjoni eżistenti tal-applikanti fir-rigward tar-rekwiżit tagħhom fejn tidħol trasparenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibbiltà li tiġi vvalutata l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant f'konnessjoni mat-tkomplija tal-programm ta' ħidma propost.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament tagħhom. Bħala prova ta' dan iridu:

— jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma ntefgħet l-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja tkun mingħand organizzazzjoni Ewropea ġdida, l-applikant irid jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta ta' bilanċ u stqarrija dwar il-qligħ u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma tressqet l-applikazzjoni;

— jippreżentaw baġit bil-quddiem iddettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f'termini ta' dħul u ħruġ;

— jehmżu rapport estern ta' verifika maħruġ minn awditur approvat f'każ ta' applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi li jaqbżu l-EUR 100 000 , li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjoni applikanti.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-orgainizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi operattivi, il-kompetenzi u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Għal dan il-għan, trid tinhemeż l-informazzjoni li ġejja bħala sostenn għall-applikazzjoni:

— ir-rapport tal-attività annwali l-iktar reċenti tal-organizzazzjoni, jew, fil-każ ta' organizzazzjoni li għadha kemm twaqqfet, il-curricula vitae tal-membri tal-bord tal-ġestjoni u staff ieħor u r-rapporti annwali tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid;

— kwalunkwe referenza marbuta mal-parteċipazzjoni f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea jew ma' applikazzjonijiet għalihom, konklużjoni ta' ftehimiet dwar l-għotja u konklużjoni ta' kuntratti mill-baġit Komunitarju.

3.   KRITERJI TAL-ALLOKAZZJONI

Il-kriterji tal-allokazzjoni joħolqu l-possibilità li jintgħażlu programmi ta' ħidma li jistgħu jiggarantixxu konformità mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Komunità u jistgħu jiggarantixxu t-tixrid u l-komunikazzjoni, inkluża l-viżibilità tal-finanzjament Komunitarju.

Għal dan l-għan, il-programm ta' ħidma annwali ppreżentat bil-ħsieb li jinkiseb finanzjament Komunitarju jrid jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1. Politika u rilevanza kuntestwali tal-korp mhux governattiv jew il-programm ta' ħidma annwali tan-netwerk speċjalizzat (25 punt, valur minimu 13-il punt)

(a) Konsistenza tal-programm ta' ħidma annwali mat-tieni Programm tas-Saħħa u l-Pjan ta' Ħidma annwali tiegħu mil-lat ta' ssodisfar tal-għanijiet u l-prijoritajiet (10 punti)

(b) L-attivitajiet tal-organizzazzjoni ( 53 ) iridu jkunu deskritti fir-rigward tal-prijoritajiet spjegati fid-dettall fil-Pjan ta' Ħidma għall-2010 (10 punti)

(c) Pertinenza tad-distribuzzjoni ġeografika tal-korp mhux governattiv jew tan-netwerk speċjalizzat. Il-programm ta' ħidma annwali tal-applikant għandu jinkludi attivitajiet f'għadd repreżantiv ta' pajjiżi parteċipanti. (5 punti)

2) Kwalità teknika tal-programm ta' ħidma annwali propost (40 punt, valur minimu 20 punt)

(a) Skop tal-programm ta' ħidma annwali. il-programm ta' ħidma tal-applikant irid jiddeskrivi b'mod ċar l-għanijiet kollha tal-organizzazzjoni jew in-netwerk speċjalizzat u s-sostenibilità tagħhom u l-adegwatezza tagħhom għall-kisba tar-riżultati mistennija. L-applikant irid juri li l-programm ta' ħidma mressaq jagħti stampa vera u ġusta tal-attivitajiet kollha ppjanati għall-organizzazzjoni/in-netwerk speċjalizzat fl-2010, inklużi dawk l-attivitajiet li ma jikkorrispondux fil-Pjan ta' Ħidma għall-2010 tat-tieni Programm ta' Ħidma. (10 punti).

(b) Qafas operattiv: il-programm ta' ħidma tal-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar l-attivitajiet ippjanati, il-kompiti, ir-responsabilitajiet u l-iskedi tal-parti tal-programm ta' ħidma tagħhom koerenti mal-Pjan ta' Ħidma għall-2010 tat-tieni Programm tas-Saħħa u jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu mal-partijiet l-oħra tal-attività tagħhom. (10 punti)

(c) Strateġija ta' valutazzjoni: il-programm ta' ħidma tal-applikant irid jiddeskrivi l-valutazzjoni interna u esterna tal-attivitajiet tagħhom u l-indikaturi li għandhom jintużaw. (10 punti)

(d) Strateġija ta' tixrid: il-benefiċjarju jrid juri b'mod ċar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-metodi għall-komunikazzjoni u t-tixrid. (10 punti)

3) Kwalità tal-Ġestjoni (35 punt, valur minimu 18-il punt)

(a) Ippjanar tal-ħidma annwali. l-applikant irid jiddeskrivi l-attivitajiet li għandhom jitewttqu, l-iskeda; il-lista tar-riżultati tanġibbli tal-proċess tal-iżvilupp u jipprovdi n-natura u t-tqassim tal-kompiti u analiżi tar-riskju. (10 punti)

(b) Kapaċità organizzattiva: l-applikant irid jiddeskrivi l-proċess tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani u l-kompetenza tal-istaff, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni. L-applikant irid jispeċifika wkoll ir-relazzjonijiet ta' ħidma bejn is-soċji rilevanti u l-partijiet interessati. (10 punti)

(c) Il-baġit globali u dettaljat: l-applikant irid jiżgura li l-baġit huwa rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu u għall-attivitajiet ippjanati. (10 punti)

(d) Ġesjoni finanzjarja: l-applikant irid jiddeskrivi ċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabilitajiet, il-proċeduri ta' rappurtar u, meta possibbli, il-kontrolli. (5 punti)

Kwalunkwe proposta li ma jirnexxilhiex tikseb il-valur minimu se tiġi rrifjutata.

Wara l-valutazzjoni tar-riskju, titħejja lista ta' proposti rakkomandati għall-finanzjament, klassifikati skont l-għadd totali tal-punti mogħtija. Skont id-disponibilità tal-baġit, il-proposti li jkunu ġew ikklassifikati fl-ogħla postijiet se jiġu allokati kofinanzjament. Il-bqija tal-proposti rrakkomandati għal kofinanzjament jiddaħħlu f'lista ta' riżerva.




ANNESS VI

Kriterji għall-kontribuzjonijiet finanzjarji għal konferenzi taħt it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 4(1) (a)

1.   KRITERJI TA' ESKLUŻJONI U ELIĠIBILITÀ

1. L-applikanti għandhom jitħallew barra milli jipparteċipaw fi proċedura ta' għoti f'rabta mat-tieni Programm tas-Saħħa jekk:

(a) ikunu falluti jew qed jingħalqu, għandhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, daħlu fi ftehim mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet ta' negozju tagħhom, huma s-suġġett ta' proċedimenti li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet jew jinsabu f'xi sitwazzjoni analoga li ġejja minn xi proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b) ikunu nstabu ħatja ta' xi offiża li tirrigwarda l-kondotta professjonali tagħhom minn sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata;

(c) ikunu ħatja ta' kondotta professjonali ħażina serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika;

(d) ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-Uffiċjal Awtorizzanti jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jkun attwat il-kuntratt;

(e) kienu suġġetti għal sentenza b'saħħa ta' res judicata minħabba frodi, korruzzjoni, implikazzjoni f'xi organizzazzjoni kriminali jew xi attività oħra illegali ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

(f) ikunu preżentement soġġetti għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(g) ikunu rċevew għajnuna illegali, li dwarha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni negattiva li tinvolvi ordni għal irkupru, u l-għajnuna ma tkunx ġiet irkuprata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

Prova: Il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq unurhom, iffirmata u datata kif xieraq, li tafferma li ma jkunux jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati hawn fuq.

2. Kawalunkwe proposta li tasal wara li jiskadi ż-żmien li fih jintlaqgħu l-proposti, kwalunkwe proposta jew proposti mhux kompluta li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti formali stipulati fis-sejħa għall-proposti mhijiex se titqies għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta' żbalji klerikali ovvji fis-sens tal-Artikolu 178(2) tar-regoli tal-Implimentazzjoni.

Kull applikazzjoni jrid ikollha d-dokumenti mitluba skont is-sejħa għall-proposti, inklużi d-dokumenti li ġejjin:

— Dejta amministrattiva dwar is-soċju ewlieni;

— Deskrizzjoni teknika tal-konferenza;

— Baġit globali tal-konferenza u l-livell mitlub ta' kofinanzjament tal-Komunità.

Prova: Il-kontenut tal-applikazzjoni.

3. L-azzjonijiet li diġà jkunu bdew sad-data li fiha tkun irreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja se jiġu esklużi milli jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa. It-tul ta' żmien tal-azzjoni ma jistax jaqbeż it-12-il xahar.

Prova: Id-data tal-bidu skedata u t-tul ta' żmien skedat tal-azzjoni jridu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Dawk il-proposti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta' esklużjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji kollha ta' għażla li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti.

1. Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi ta' finanzjament stabbli u suffiċjenti biex ikunu jistgħu jżommu l-attività tagħhom għaddejja matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu l-kont tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċ għas-sentejn finanzjarji sħaħ imgħoddija

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-entitajiet pubbliċi, jew għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa permezz ta' ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalisti li nħolqu b'dawn il-ftehimiet.

2. Kapaċità operattiva

L-applikant irid ikollu r-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa biex ikun jista' jwettaq u jtemm l-azzjoni proposta.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu r-rapport annwali tal-attivitajiet l-aktar riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-istaff professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-konferenza.

3. Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Kummissjoni.

Jekk issir talba għalih, l-applikanti jridu jippreżentaw rapport ta' verifika finanzjarja esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-applikant.

3.   KRITERJI TAL-ALLOKAZZJONI

1. Kontenut tal-proposta (60 punt, valur minimu 30 punt)

(a) Rilevanza tal-kontenut u r-riżultati mistennija tal-avveniment fir-rigward tal-għanijiet u l-prijoritajiet deskritti fit-tieni Programm tas-Saħħa u l-Pjan ta' Ħidma annwali tiegħu (15-il punt)

(b) Parteċipazzjoni (15-il punt)

L-applikant għandu jiddeskrivi l-għadd mistenni u l-profil/funzjoni tal-parteċipanti mmirati fl-avveniment, filwaqt li ssir referenza għat-tqassim skont l-Istati Membri, l-organizzazzjoni u t-tip ta' għarfien espert.

(c) Dimensjoni Ewropea (15 il punt)

Il-konferenza għandu jkollha dimensjoni wiesgħa marbuta mal-Unjoni Ewropea, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanzi minn 10 pajjiżi jew aktar jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa.

(d) Segwitu u metodoloġija tal-valutazzjoni (15-il punt)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija tagħhom ta' tixrid.

Valutazzjoni adegwata għandha tiġi prevista fuq pjan ta' valutazzjoni bi tfassil, metodu, responsabilitajiet u skedar korrispondenti li jagħmlu użu mill-indikaturi.

2. Kwalità tal-Ġestjoni (40 punt, valur minimu 20 punt)

(a) Ippjanar tal-avveniment (15-il punt)

L-applikant irid jiddeskrivu l-metodoloġija, l-għodda, l-iskeda taż-żmien u l-miri intermedji, ir-riżultati tanġibbli tal-proċess tal-iżvilupp, in-natura u t-tqassim tal-kompiti, l-analiżi tar-riskju, u ċ-ċirkuwiti finanzjarji.

(b) Kapaċità organizzattiva (10 punti)

L-applikant irid jiddeskrivi l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-istaff, ir-responsabilitajiet, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-superviżjoni.

(c) Il-baġit globali u dettaljat (15-il punt)

L-applikant irid jiżgura li l-baġit huwa rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsuu fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-proġett.

Kwalunkwe proposta li ma jirnexxilhiex tikseb il-valur minimu se tiġi rrifjutata.

Wara l-valutazzjoni tar-riskju, titħejja lista ta' proposti rakkomandati għall-finanzjament, klassifikati skont l-għadd totali tal-punti mogħtija. Skont id-disponibilità tal-baġit, il-proposti li jkunu ġew ikklassifikati fl-ogħla postijiet se jiġu allokati kofinanzjament. Il-bqija tal-proposti rrakkomandati għal kofinanzjament jiddaħħlu f'lista ta' riżerva.



( ) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

( ) Ammont indikattiv, soġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità Baġitarja.

( ) Ammont indikattiv: Din iċ-ċifra hija l-ammont massimu u tiddependi mill-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Pajjiżi EFTA/ŻEE u l-Pajjiżi Kandidati.

( ) http://ec.europa.eu/eahc/

( ) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

( ) It-terminu “settur privat” ikopri kumpaniji/intrapriżi/korporazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu profitt, organizzazzjonijiet kummerċjali u entitajiet oħra irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), sjieda (totalment jew parzjalment tal-privat/tal-istat) jew daqs (kbar/żgħar), jekk mhumiex ikkontrollati mill-pubbliku.

( ) ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

( ) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 11.

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_overview/Documents/strategy_wp_mt.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_projects/project_en.htm

( ) Il-proposti li jidħlu mis-sejħiet tat-tieni Programm tas-Saħħa ma għandhomx jikkoinċidu ma' dawk li jaqgħu taħt il-mandat tal-ECDC. Il-programm strateġiku multiannwali tal-ECDC 2007-2013 jinsab fil-websajt http://www.ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/Documents/ECDC_MAS_.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/docs/keydo_bio_05_en.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health-eu/doc/vaccination_workshop.pdf; http://ec.europa.eu/phea/technical_meetings/technical_meetings_en.html

( ) Il-Kapitolu 5, li jibda p. 31 tal-gwida teknika dwar l-ippjanar tal-viġilanza ġenerika għal emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq: http://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/keydo_bio_01_en.pdf

( ) http://ec.europa.eu/environment/climat/adaptation/index_en.htm http://ec.europa.eu/health/ph_threats/climate/docs/com_2009_147_en.pdf

( ) Dokument ta' Ħidma mill-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “Impatti fuq il-Bniedem, l-Annimali u s-Saħħa tal-Pjanti tat-Tibdil fil-Klima”. http://ec.europa.eu/health/ph_threats/climate/climate_en.htm http://ec.europa.eu/health/ph_threats/climate/docs/com_2009-147_en.pdf

( ) “Technical guidance on generic preparedness planning for public health emergencies”, fuq http://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/keydo_bio_01_en.pdf

( ) http://s-sanco-europa/health/ph_threats/com/preparedness/prephome/cbrn_en.htm.

( ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Sikurezza tas-Saħħa Globali ppjanata għall-Ħarifa tal-2009.

( ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/77/KE tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-użu prudenti ta' aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman:

http://eur-lex.europa.eu/pri/en/oj/dat/2002/l_034/l_03420020205en00130016.pdf

Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/77/KE tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-użu prudenti ta' aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman (it-22 ta' Diċembru 2005):

http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/mic_res/com684_en.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/human_substance/oc_organs/docs/organs_action_mt.pdf

( ) Publikazzjoni mistennija f’Ottubru 2009.

( ) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Regjuni – Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xoghol: Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol COM/2007/0062.

( ) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do? uri = COM:2007:0279:FIN:MT:PDF

( ) White Paper dwar l-isport:

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do? uri = COM:2007:0391:FIN:MT:PDF

( ) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005) 654 finali tal-15.12.2005).

( ) Il-Green paper ’ (COM(2005) 484 finali tal-14.10.2005).

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/mental_health_en.htm

( ) Konferenza tematika “Saħħa mentali fiż-Żgħażagħ u l-Edukazzjoni”, 29-30 ta' Settembru, Stockholm, l-Iżvezja, organizzata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi u d-Dipartiment Żvediż għas-Saħħa Pubblika.

( ) Konferenza tematika “Prevenzjoni tad-Dipressjoni u s-Suwiċijdu”, 10-11 ta' Diċembru 2009, Budapest, l-Ungerija, organizzata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi u l-Ministeru tas-Saħħa tal-Ungerija.

( ) COM(2006) 625 tal-24 ta' Ottubru 2006.

( ) The affordability of alcoholic beverages in the European Union, RAND Europe, 2009.

http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/alcohol/news_rand_en.htm

( ) http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/04/st15/st15074.mt04.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/drug/documents/action2012_en.pdf

( ) http://ec.europa.eu/justice_home/funding/drugs/funding_drugs_en.htm

( ) ĠU L 165, 3/7/2003, p. 31.

( ) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 10.

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_information/dissemination/diseases/cancer_en.htm#1

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_information/dissemination/documents/com2009_380_m.pdf

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_threats/non_com/rare_10_en.htm

( ) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004) 416 finali tad-9.6.2004).

( ) L-attivitajiet implimentati biex titnaqqas il-ħsara kkawżata mill-alkoħol (ara aktar ‘il fuq), u speċjalment dawk immirati lejn it-trażżin tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, ukoll jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-korrimenti.

( ) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do? uri = OJ:C:2007:164:0001:0002:MT:PDF

( ) http://ec.europa.eu/health/ph_information/e_health/e_health_en.htm

( ) Dan ifisser li azzjoni speċifika, ippreżentata minn applikant wieħed għal għotja, tista' tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni biss darba fis-sena, irrispettivament mit-tul ta' żmien li tieħu din l-azzjoni.

( ) COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm.

( ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni li jadottaw il-Linji Gwida għall-missjonijiet imwettqa mill-uffiċjali u membri oħra taċ-ċivil impjegati mal-Kummissjoni Ewropea.

( ) It-terminu “settur privat” ikopri kumpaniji/intrapriżi/korporazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu profitt, organizzazzjonijiet kummerċjali jew entitajiet oħra irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), sjieda (totalment jew parzjalment tal-privat/tal-istat) jew daqs (kbar/żgħar), jekk mhumiex ikkontrollati mill-pubbliku.

( ) Għandhom jiġu elenkati l-kollaboraturi li jkunu f'pożizzjoni li tista' twassal għal kunflitt ta' interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni).

( ) COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm

( ) It-terminu “settur privat” ikopri kumpaniji/intrapriżi/korporazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu profitt, organizzazzjonijiet kummerċjali jew entitajiet oħra irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), sjieda (totalment jew parzjalment tal-privat/tal-istat) jew daqs (kbar/żgħar), jekk mhumiex ikkontrollati mill-pubbliku.

( ) Għandhom jiġu elenkati l-kollaboraturi li jkunu f'pożizzjoni li tista' twassal għal kunflitt ta' interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni).

( ) Attivitajiet ta' lobbying esklussivament immirati lejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma esklużi mill-finanzjament