<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑285/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0285</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:39">EU:C:2014:39</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140130">30.1.2014</DATE> — KAWŻA C-285/12</P><P>DIAKITÉ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2004/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Theddid serju u individwali kontra l-ħajja jew il-persuna ta’ pajżan minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kunflitt armat intern<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni awtonoma meta pparagunata mad-dritt internazzjonali umanitarju</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-285/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, ippreżentata mill-Conseil d’État (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120516">16 ta’ Mejju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120607">7 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Aboubacar Diakité</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Mħallef tar-Raba’ Awla, M. Safjan, J. Malenovský u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. Diakité, minn D. Caccamisi, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, N. Graf Vitzthum u B. Beutler, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie u A. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn J. Simor, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn A. Diakité, ċittadin Gujaniż, u l-Kummissjoni Ġenerali għar-Refuġjati u Persuni mingħajr Stat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kummissarju Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li ma jagħtihx il-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3, komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Genève tat-<DATE ISO="19490812">12 ta’ Awwissu 1949</DATE>, rispettivament, Konvenzjoni (I) għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Feruti u tal-Morda fil-Forzi Armati fuq il-Kamp; Konvenzjoni (II) għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Feruti, tal-Morda u tal-Membri Nawfragi tal-Forzi Armati fuq il-Baħar; Konvenzjoni (III) dwar it-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra, u Konvenzjoni (IV) dwar il-Protezzjoni tal-Pajżana fi Żmien ta’ Gwerra (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>erba’ Konvenzjonijiet ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>F’każ ta’ kunflitt armat li ma jkollux natura internazzjonali u li jinqala’ fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti Għolja, kull waħda mill-Partijiet għall-kunflitt hija obbligata tapplika mill-inqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-persuni li ma jipparteċipawx direttament fl-ostilitajiet, inklużi l-membri tal-forzi armati li jkunu ċedew l-armi u l-persuni li jkunu waqfu mill-ġlied minħabba mard, feriti, priġunerija jew minħabba kwalunkwe kawża oħra, fi kwalunkwe ċirkustanza, għandhom jiġu ttrattati b’umanità […]</TXT><P>F’dan ir-rigward, huma u jibqgħu pprojbiti […], fir-rigward tal-persuni msemmija iktar ’il fuq:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-perikli għall-ħajja u għall-integrità fiżika […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-ksur tad-dinjità tal-persuni, b’mod partikolari t-trattamenti umiljanti u degradanti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta’ Genève, tat-<DATE ISO="19490812">12 ta’ Awwissu 1949</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-vittmi ta’ kunflitti armati mhux internazzjonali (Protokoll II), tat-<DATE ISO="19770608">8 ta’ Ġunju 1977</DATE>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-protokoll, li jiżviluppa u jikkompleta l-Artikolu 3 komuni għall-[erba’ Konvenzjonijiet ta’ Genève] mingħajr ma jbiddel il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni attwali tiegħu, japplika għall-kunflitti armati kollha li ma humiex koperti mill-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali għall-[erba’ Konvenzjonijiet ta’ Genève] dwar il-protezzjoni tal-vittmi ta’ kunflitti armati internazzjonali (Protokoll I), u li jsiru fit-territorju ta’ Parti Kontraenti Għolja bejn il-forzi armati tagħha u forzi armati dissidenti jew gruppi armati organizzati li, taħt it-tmexxija ta’ kmand responsabbli, jeżerċitaw fuq parti mit-territorju tagħha kontroll tali li permezz tiegħu jistgħu kemm iwettqu operazzjonijiet militari kontinwi u miftiehma kif ukoll japplikaw dan il-protokoll.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-protokoll ma huwiex applikabbli għal sitwazzjonijiet ta’ tensjonijiet interni, ta’ inkwiet intern, bħar-rewwixti, l-atti iżolati u sporadiċi ta’ vjolenza u atti oħrajn simili, li ma jitqiesux bħala kunflitti armati.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 6 u 24 tad-Direttiva huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(5)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet ta’ Tampere jipprovdu wkoll li regoli rigward l-istat tar-refuġjati għandhom jiġu kumplimentati b’miżuri dwar forom sussidjarji ta’ protezzjoni, li joffru stat xieraq lil kull persuna fil-bżonn ta’ din il-protezzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa, mill-banda waħda, li jiżgura li Stati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u, mill-banda l-oħra biex jiżgura li livell minimu ta’ benefiċċju huwa disponibbli għal dawn il-persuni fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Livelli stabbiliti minimi għad-definizzjoni u l-kontenut ta’ stat ta’ protezzjoni sussidjara għandhom jiġu preskritti wkoll. Protezzjoni sussidjarja għandha tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-refuġjati inkwadrata fil-Konvenzjoni [dwar l-Istatus ta’ Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>] [<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva, b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma rigward min intwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tiegħu jew tagħha, jiffaċċja riskju veru li jsofri periklu serju kif definit fl-Artikolu 15 [...] ma japplikawx, u ma jistax, jew, minħabba f’dan ir-riskju, ma jixtieqx japprofitta ruħu jew ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva jipprovdi taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Periklu serju</P><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>theddida serja u individwali għal ħajja ta’ pajżan jew persuna minħabba fi vjolenza indiskriminatorja f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 48/4 tal-liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tkeċċija tal-barranin (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="048.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>L-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għandu jingħata lil barrani li ma jistax jiġi kkunsidrat bħala refuġjat u li ma jistax jibbenefika mill-Artikolu 9b, u li dwaru ikun hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li jekk jintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr stat, fil-pajjiż fejn kellu r-residenza abitwali tiegħu, huwa jiffaċċja riskju veru li jġarrab il-periklu serju previst fil-paragrafu 2, u ma jistax, jew, minħabba f’dan ir-riskju, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="048.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom jiġu kkunsidrati bħala periklu serju:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>theddida serja għall-ħajja jew għall-persuna ta’ pajżan minħabba fi vjolenza indiskriminatorja f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, A. Diakité ressaq l-ewwel applikazzjoni għall-ażil fil-Belġju fejn invoka r-repressjoni u l-fatti ta’ vjolenza li allegatament ġarrab fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu f’manifestazzjonijiet ta’ protesta kontra l-awtoritajiet fis-setgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissarju Ġenerali rrifjuta li jirrikonoxxi lil A. Diakité l-kwalità ta’ refuġjat u li jagħtih il-protezzjoni sussidjarja. Din id-deċiżjoni doppja ġiet ikkonfermata mill-Conseil du Contentieux des Étrangers.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Mingħajr ma fil-frattemp kien reġa’ lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, fil-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, A. Diakité ressaq, quddiem l-awtoritajiet Belġjani, applikazzjoni oħra għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101022">22 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Kummissarju Ġenerali ħa deċiżjoni ġdida ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat u ta’ għoti tal-protezzjoni sussidjarja. Ir-rifjut li jingħata l-protezzjoni sussidjarja kien immotivat mill-konstatazzjoni li fil-Gujana ma kinitx teżisti sitwazzjoni ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni jew ta’ kunflitt armat fis-sens tal-Artikolu 48(2) tal-liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni doppja kienet is-suġġett ta’ rikors quddiem il-Conseil du contentieux des étrangers, li kkonferma, permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20110506">6 ta’ Mejju 2011</DATE>, ir-rifjut doppju tal-Kummissarju Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-appell ta’ kassazzjoni tiegħu, ippreżentat quddiem il-Conseil d’État, A. Diakité jikkritika s-sentenza tal-Conseil du contentieux des étrangers peress illi hija bbażata fuq id-definizzjoni tal-kunflitt armat applikata mill-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja sabiex tikkonstata li l-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ kunflitt armat, meħtieġa mill-Artikolu 48/4(2) tal-liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>2, ma hijiex sodisfatta.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Conseil d’État iqis li, fid-dawl tas-sentenza tas-<DATE ISO="20090217">17 ta’ Frar 2009</DATE>, Elgafaji (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-465/07" PAGE.ECR="I-921" YEAR="2009">C-465/07, Ġabra p. I-921</REF.DOC.ECR>), ma jistax jiġi eskluż li, bħal ma jsostni A. Diakité, il-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kunflitt armat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, jista’ jiġi interpretat b’mod awtonomu u għandu tifsira differenti minn dik meqjusa fil-ġurisprudenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva [...], għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprovdi biss protezzjoni f’sitwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kunflitt armat intern<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> kif interpretat mil-liġi umanitarja internazzjonali, partikolarment b’referenza għall-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra […]?</P><P>Jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kunflitt armat intern<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> imsemmi fl-Artikolu 15(ċ) tad-direttiva [...] għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu mill-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra […], liema huma f’dan il-każ, il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kunflitt armat intern<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ kunflitt armat intern għandux jiġi evalwat abbażi tal-kriterji stabbiliti mid-dritt internazzjonali umanitarju u, jekk dan ma huwiex il-każ, liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ tali kunflitt, sabiex jiġi stabbilit jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat tistax tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tliet tipi ta’ perikoli serji ddefiniti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex persuna tkun tista’ titqies li tista’ tibbenefika minn benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja, meta, skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva, jeżistu raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, tiltaqa’ ma’ riskju veru li ssofri perikolu serju (sentenza Elgafaji, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-perikolu ddefinit fl-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva huwa kkostitwit minn theddid serju u individwali kontra l-ħajja jew il-persuna ta’ pajżan minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni uża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>konflitt armat interanzzjonali jew intern<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li hija differenti mill-kunċetti li huma fil-bażi stess tad-dritt internazzjonali umanitarju, fejn dan tal-aħħar jagħmel distinzjoni, minn naħa, bejn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kunflitti armati internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u min-naħa l-oħra l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kunflitti armati li ma humiex ta’ natura internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jagħti l-protezzjoni sussidjarja lill-persuni kkonċernati mhux biss f’każ ta’ kunflitti armati internazzjonali u kunflitti armati li ma humiex ta’ natura internazzjonali, kif iddefiniti mid-dritt internazzjonali umanitarju, iżda, ukoll, f’każ ta’ kunflitti armati interni, bil-kundizzjoni li dawn il-kunflitti jkunu kkaratterizzati bl-użu ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni. Ma huwiex neċessarju, f’dan ir-rigward, li jkunu preżenti l-kriterji kollha li għalihom jirreferi l-Artikolu 3 li huwa komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Genève u l-Artikolu 1(1) tal-Protokoll Addizzjonali II tat-<DATE ISO="19770608">8 ta’ Ġunju 1977</DATE>, li jiżviluppa u jikkompleta dan l-artikolu.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt internazzjonali umanitarju jirregola l-aġir tal-kunflitti armati internazzjonali u ma għandux natura internazzjonali, li jimplika li l-eżistenza ta’ tali kunflitt tikkostitwixxi l-kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli li dan jistabbilixxi (sentenza tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja tat-<DATE ISO="19951002">2 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Le Procureur vs Dusko Tadic alias <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Dule<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, Kawża Nru IT-94-1-AR-72, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Jekk id-dritt internazzjonali umanitarju huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jipprovdi, fiż-żona ta’ kunflitt, protezzjoni għall-popolazzjonijiet ċivili billi jillimita l-effetti tal-gwerra fuq il-persuni u l-proprjetà, dan ma jipprevedix, bid-differenza tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 15(c) tagħha, l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lil ċerti pajżani barra miż-żona ta’ kunflitt u tat-territorju tal-partijiet fil-kunflitt. Id-definizzjonijiet tal-kunċett ta’ kunflitt armat ikkunsidrati fid-dritt internazzjonali umanitarju għalhekk ma humiex intiżi sabiex jidentifikaw is-sitwazzjonijiet li fihom tali protezzjoni hija neċessarja u għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, għandu jiġi enfasizzat li, bħal ma l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punti 66 u 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dritt internazzjonali umanitarju u s-sistema tal-protezzjoni sussidjarja prevista mid-Direttiva jsegwu għanijiet differenti u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ protezzjoni separati b’mod ċar.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, ċertu ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju jagħti lok għal responsabbiltà kriminali individwali. Minħabba dan il-fatt, id-dritt internazzjonali umanitarju għandu relazzjonijiet fil-qrib ħafna mad-dritt kriminali internazzjonali, filwaqt li tali relazzjoni ma hijiex relatata mal-mekkaniżmu tal-protezzjoni sussidjarja prevista mid-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, ħlief sabiex ma jiġux osservati l-oqsma proprji għal kull waħda mis-sistemi ddefiniti, rispettivament, mid-dritt umanitarju internazzjonali u fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 15(ċ) tagħha, il-possibbiltà li jittieħed benefiċċju minn din l-aħħar sistema ma tistax tkun suġġetta għall-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-ewwel sistema huma sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’konswegwenza, fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni, fid-Direttiva, tal-kunċett ta’ kunflitt armat intern, id-determinazzjoni tat-tifsira u l-portata ta’ dawn it-termini għandha tiġi stabbilita, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont is-sens abitwali tagħhom fil-lingwa ta’ kuljum, billi jittieħed kunsiderazzjoni tal-kuntest li fih jintużaw u għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jiffurmaw parti minnha (sentenzi tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Wallentin-Hermann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-549/07" PAGE.ECR="I-11061" YEAR="2008">C-549/07, Ġabra p. I-11061</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, Probst, C‑119/12, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis-sens abitwali tiegħu fil-lingwa ta’ kuljum, il-kunċett ta’ kunflitt armat intern huwa intiż għal sitwazzjoni li fiha l-forzi regolari ta’ Stat jikkonfrontaw grupp wieħed jew iktar armati jew li fiha tnejn jew iktar gruppi armati jikkonfrontaw lil xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li, fil-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva [COM(2001) 510 finali], id-definizzjoni ta’ perikolu serju li tinsab fl-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva kienet tipprevedi li t-theddid kontra l-ħajja, is-sigurtà jew il-libertà tal-applikant setgħu iseħħu kemm f’kunflitt armat, kif ukoll fi ksur sistematiku jew ġeneralizzat tad-drittijiet tal-bniedem, il-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li jikkunsidra biss l-ipoteżi ta’ theddid kontra l-ħajja jew il-persuna ta’ pajżan minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f’każ ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minbarra dan, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ kunflitt armat intern ma tistax twassal għall-għoti tal-protezzjoni sussidjarja ħlief sa fejn il-konfrontazzjonijiet bejn il-forzi regolari ta’ Stat u grupp wieħed jew iktar ta’ gruppi armati jew bejn tnejn jew iktar gruppi armati jkunu eċċezzjonalment ikkunsidrati bħala li joħolqu theddid serju u individwali kontra l-ħajja jew il-persuna tal-applikant għall-protezzjoni sussidjarja, fis-sens tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, peress illi l-livell ta’ vjolenza<?PAGE NO="7"?> mingħajr distinzjoni li tikkaratterizzahom tilħaq livell tant għoli li jeżistu raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li pajżan li jintbagħat lura fil-pajjiż ikkonċernat jew, jekk ikun il-każ, fir-reġjun ikkonċernat, mill-fatt biss tal-preżenza tiegħu fit-territorju tiegħu, jgħaddi mir-riskju reali li jissubixxi dan it-theddid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Elgafaji, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li iktar ma l-applikant ikun kapaċi juri li huwa speċifikament milqut minħabba elementi partikolari għas-sitwazzjoni personali tiegħu, inqas ser ikun għoli l-livell ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni mitlub sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja (sentenza Elgafaji, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma huwiex neċessarju, waqt l-eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja, li ssir evalwazzjoni speċifika tal-intensità ta’ dawn il-konfrontazzjonijiet sabiex jiġi stabbilit, indipendentement mill-evalwazzjoni tal-livell ta’ vjolenza li tirriżulta minn dan, jekk il-kundizzjoni intiża għall-eżistenza ta’ kunflitt armat hijiex sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-premessi 5, 6 u 24 tad-Direttiva li l-kriterji minimi ta’ għoti tal-protezzjoni sussidjarja għandhom jippermettu li tiġi kkompletata l-protezzjoni tar-refuġjati stabbilita mill-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, billi jiġu identifikati l-persuni li realment għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u li toffrilhom status xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’konsegwenza, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 92 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ kunflitt armat ma għandhiex tkun suġġetta għal livell partikolari ta’ organizzazzjoni tal-forzi armati fil-preżenza ta’ jew quddiem tul partikolari ta’ kunflitt, peress li dawn ikunu biżżejjed sabiex il-konfrontazzjonijiet li għalihom jidħlu dawn il-forzi armati joħolqu l-livell ta’ vjolenza msemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, li jinħoloq għalhekk bżonn reali ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant li jgħaddi minn riskju reali li jissubixxi theddid serju u individwali kontra l-ħajja u l-persuna tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Isegwi li d-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ kunflitt armat intern għandha tiġi aċċettata, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-forzi regolari ta’ Stat jikkonfrontaw grupp armat wieħed jew iktar jew meta tnejn jew diversi gruppi armati jikkonfrontaw lil xulxin, mingħajr ma jkun neċessarju li dan il-kunflitt jista’ jiġi kkwalifikat bħala kunflitt armat li ma jippreżentax natura internazzjonali fis-sens tad-dritt internazzjonali umanitarju u mingħajr ma l-intensità tal-konfrontazzjonijiet armati, il-livell ta’ organizzazzjoni tal-forzi armati preżenti jew it-tul tal-kunflitt jiġi suġġett għal evalwazzjoni differenti minn dik tal-livell ta’ vjolenza preżenti fit-territorju kkonċernat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ kunflitt armat intern għandha tiġi aċċettata, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-forzi<?PAGE NO="8"?> regolari ta’ Stat jikkonfrontaw grupp armat wieħed jew iktar jew meta tnejn jew diversi gruppi armati jikkonfrontaw lil xulxin, mingħajr ma jkun neċessarju li dan il-kunflitt jista’ jiġi kkwalifikat bħala kunflitt armat li ma jippreżentax natura internazzjonali fis-sens tad-dritt internazzjonali umanitarju u mingħajr ma l-intensità tal-konfrontazzjonijiet armati, il-livell ta’ organizzazzjoni tal-forzi armati preżenti jew it-tul tal-kunflitt jiġi suġġett għal evalwazzjoni differenti minn dik tal-livell ta’ vjolenza preżenti fit-territorju kkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>