2004D0140 — MT — 20.08.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Frar 2004

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-fenthion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom din is-sustanza attiva

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 313)

(Test b’relevanza għall-EE)

(2004/140/KE)

(ĠU L 046, 17.2.2004, p.32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1335/2005 tat-12 ta' Awwissu 2005

  L 211

6

13.8.2005




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Frar 2004

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-fenthion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom din is-sustanza attiva

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 313)

(Test b’relevanza għall-EE)

(2004/140/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti fis-suq ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE ( 2 ), u in-partikolari t-tielet u r-raba’ sub-paragrafi tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jniżżel ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti fis-suq ( 3 ), kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 2266/2000 ( 4 ), u in-partikolari l-Artikolu 7(3A)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE kien jipprovdi għall-Kummissjoni li twettaq programm ta’ ħidma għall-eżaminazzjoni tas-sustanzi attivi użati fil-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li kienu diġa’ fis-suq fil-25 ta’ Lulju 1993. Regoli dettaljati għat-twettiq ta’ dan il-programm kienu stabbiliti f’Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li jippreskrivi s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti u li jinnomina l-Istati Membri tar-rappurtaġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 ( 5 ), kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 2230/95 ( 6 ), innomina lis-sustanzi attivi li għandhom ikunu stmati fil-qafas ta’ Regolament (KEE) Nru 3600/92, innomina Stat Membru sabiex jaġixxi ta’ relatur dwar l-istima ta’ kull waħda mis-sustanzi u identifika l-produtturi ta’ kull waħda mis-sustanzi attivi li preżentaw notifika fiż-żmien dovut.

(3)

Il-Fenthion hija waħda mid-89 sustanza attiva nominata f’Regolament (KE) Nru 933/94.

(4)

Skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, il-Greċja, li hija l-Istat Membru nominat relatur, ressqet fl-4 ta’ April 1996 quddiem il-Kummissjoni, r-rapport ta’l-estimi tagħha ta’l-informazzjoni mogħtija min-notifikaturi skond l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Ma’ l-irċevuta tar-rapport ta’l-Istat Membru Relatur, il-Kummissjoni nidiet konsultazzjonijiet ma’ esperti ta’l-Istati membri kif ukoll man-notifikatur ewlieni Bayer CropScience kif previst fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(6)

Il-Kummissjoni organizzat żewġ laqgħat tripartitiċi man-notifikatur ewlieni ta’ data u l-Istat Membru Relatur għas-sustanzi attivi fit-18 ta’ April 1997 u fil-11 ta’ Frar 2003.

(7)

Ir-rapport ta’ stima preparat mill-Greċja ġie reviżjonat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-saħħa tal-Annimali. Din ir-reviżjoni kienet finalizzata fl-4 ta’ Lulju 2003 fil-format ta’ Rapport ta’ Reviżjoni dwar il-fenthion tal-Kummissjoni.

(8)

Id-dokument u l-informazzjoni mir-reviżjoni kienu wkoll mogħtija lill-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti (KXP). Il-KXP ġie mitlub jikkummenta dwar it-twaqqif ta’ Livell ta’ Immissjoni ta’ Kull Jum Aċċettabbli u ta’ Livell Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni tal-Operaturi. Fl-ewwel opinjoni tiegħu tat-2 ta’ Ottubru 1998, u bażat fuq il-konklużjonijiet ta’l-istima ta’ riskju għall-umani u l-ambjent, il-KXP ikkunsidra li ma kienx possibbli tiġi kompluta stima sħiħa fin-nuqqas ta’ data sabiex jiġi provat li anke l-użu limitat maħsub bħala applikazzjoni lixka fuq ċitru u żebbuġ kien nieqes mil-periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-KXP innotat partikolarment ir-riskju għoli għall-għasafar. F’dik l-opinjoni il-KXP għaraf li l-iżvilupp ta’ teknika ta’ applikazzjoni innovattiva, jigifieri formulazzjoni ta’ lixka li tinkludi l-fenthion u attirant fuq parti biss mill-ħasda, tista’ tkun promettenti biex tintlaħaq espożizzjoni limitata għall-umani u l-ambjent; madankollu anki innota li studji speċifiċi jkollhom jiġu għad-dispożizzjoni dwar dik it-tip ta’ applikazzjoni qabel ma evalwazzjoni konklussiva tista’ tiġi magħmula.

Informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-użu bħala lixka, kienet sussegwentement mogħtija minn Bayer CropScience u dawn ġew evalwati. L-informazzjoni addizzjonali u l-evalwazzjoni tagħha ġew mogħtija lill-KXP. Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2002 il-KXP ikkonkludiet li r-riskju għall-għasafar mill-użu propost tal-fenthion baqgħu inċerti. B’hekk tħassib rigward riskji possibbli għall-għasafar espressi fl-opinjoni preċedenti baqa’ bla twegiba.

(9)

L-estimi effettwati fuq il-bażi ta’l-informazzjoni mogħtija ma wrewx li jista’ jkun mistenni li, bil-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti, prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom il-fenthion jissoddisfaw b’mod ġenerali l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-partikolari fejn jirrigwarda l-impatt possibbli fuq l-għasafar.

(10)

Bhala konsegwenza il-Fenthion ma għandux ikun inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(11)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun assigurat li awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom il-fenthion jiġu irtirati f’perjodu preskritt u ma jiġux imġedda, bl-ebda awtorizzazzjoni għal dawn il-prodotti ma tingħata.

(12)

In-vista ta’l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, jidher li, fl-assenza ta’ alternattivi effiċjenti għal użi limitati f’uħud mill-Istati Membri, hemm bżonn li jitkompla l-użu tas-sustanza attiva sabiex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ alternattivi. Hija għalhekk ġustifikata fiċ-ċirkostanzi preżenti l-preskrizzjoni, taħt kundizzjonijiet stretti bil-għan li jiġu minimizzati r-riskji, ta’ perjodu itwal għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-użanzi limitati ikkunsidrati essenzali li għalihom ma jidhirx li għall-mument hemm alternattivi effiċjenti għall-kontroll ta’ organiżmi perikolużi.

(13)

Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenthion permess mill-Istati Membri, għandu jiġi limitat għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar sabiex ħażniet eżistenti jiġu użati f’mhux aktar minn staġun wiehed ta’ kultivazzjoni.

(14)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax kwalunkwe azzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni fi stadju aktar avanzat dwar din is-sustanza attiva fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi ( 7 ), kif l-aħħar emendata b’Regolament (KE) Nru 807/2003 ( 8 ).

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-fenthion ma għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

1. Awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenthion jiġu irtirati sal-11 tal Awissu 2004;

2. Mis-17 ta’ Frar 2004 ma jiġux konċessi jew imġedda awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenthion taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE;

3. B’relazzjoni ma’ l-użanzi elenkati f’kolonna B ta’l-Anness, Stat Membru speċifikat fil-kolonna A jista’ jżomm fis-seħħ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenthion sat-30 ta’ Ġunju 2007 iżda:

(a) jassigura li tali prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jibqgħu fi-suq huma tikkettjati mill-ġdid sabiex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ta’ l-użu ristrett;

(b) jimponi l-miżuri li jtaffu r-riskji xierqa kollha sabiex jassiguraw il-protezzjoni tas-saħħa ta’l-umani u l-annimali u l-ambjenti; u

(ċ) jassigura li prodotti alternattivi jew metodi għal tali użanzi qed jiġu serjament riċerkati, in- partikolari, permezz ta’ pjani ta’ azzjoni.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u in-partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond punti (a) sa (ċ) u jiġu preżentati fuq bażi ta’ kull sena estimi ta’l-ammonti ta’ fenthion użati għal użanzi essenzali skond dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja konċess mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun l-iqsar possibbli u:

(a) għall-użanzi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tkun irtirata fil-11 ta’ Awissu 2004, għandu jiskadi mhux iktar tard mill-11 ta’ Awissu 2005;

(b) għall-użanzi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tkun irtirata sat-30 ta’ Ġunju 2007, għandu jiskadi mhux iktar tard ml-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

Lista ta’ awtorizzazzjonijiet msejħa fl-Artikolu 2(3)



Kolonna A

Kolonna B

Stat Membru

Użu

Spanja

Applikazzjoni lixka fiċ-ċitru u l-ħawħ

Il-Greċja

Applikazzjoni lixka fiż-żebbuġ

L-Italja

Applikazzjoni lixka fiż-żebbuġ

Il-Portugall

Applikazzjoni lixka fiċ-ċitru u żebbuġ

▼M1

Cipru

Bait application fiċ-ċitru u ż-żebbuġ



( 1 ) ĠU L 230, 19.08.91, p. 1.

( 2 ) ĠU L 325, 12.12.03, p. 41.

( 3 ) ĠU L 366, 15.12.92, p. 10.

( 4 ) ĠU L 259, 13.10.00, p. 27.

( 5 ) ĠU L 107, 28.04.94, p. 8.

( 6 ) ĠU L 225, 22.09.95, p. 1.

( 7 ) ĠU L 33, 08.02.79, p. 36.

( 8 ) ĠU L 122, 16.05.03, p. 36.