|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1226 |
31.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11413 – DUISPORT / TKSE / TKSL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1226)
1.
Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Duisburger Hafen Aktiengesellschaft (iktar ’il quddiem “Duisport”), ikkontrollata mill-Beteiligungsverwaltungsgesellschaft des Landes Nordrhein-Westfalen mbH (iktar ’il quddiem “BVG”) (it-tnejn fil-Ġermanja), |
|
— |
thyssenkrupp Steel Europe AG (iktar ’il quddiem “tkSE”), parti mill-grupp thyssenkrupp AG (it-tnejn fil-Ġermanja), |
|
— |
thyssenkrupp Steel Logistics GmbH (iktar ’il quddiem “tkSL”) (il-Ġermanja), ikkontrollata minn tkSE. |
Duisport u tKSE jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ tkSL.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Duisport hija s-sid u l-operatur tal-Port ta’ Duisburg. Tikri art u proprjetà għal skopijiet kummerċjali u loġistiċi u tipprovdi servizzi ta’ trasbord, imballaġġ u loġistika tal-kuntratti, u servizzi loġistiċi oħra. |
|
— |
tkSE tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ prodotti ċatti tal-azzar bil-karbonju. L-offerta tagħha tvarja minn soluzzjonijiet ta’ materjali personalizzati għal servizzi relatati mal-materjal. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża tKSL huma dawn li ġejjin: tkSL topera l-portijiet privati tax-xogħlijiet ta’ tkSE fi Schwelgern u Walsum, li jappartjenu għal żona ta’ port kontigwa fil-viċinanza tal-Port ta’ Duisburg, jiġifieri l-portijiet tal-impjant tal-azzar ta’ tKSE f’Duisburg, li jinsab fis-sit.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11413 – DUISPORT / TKSE / TKSL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1226/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)