|
10.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/367/PESK
tad-9 ta’ Lulju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1). Dik id-Deċiżjoni tiskadi fil-15 ta' Lulju 2014. |
|
(2) |
L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Lulju 2013. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK għandha tiġi emendata biex testendi l-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja attwali sal-15 ta' Novembru 2013. |
|
(4) |
Il-missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 13 (1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK hu sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUCAP NESTOR għall-ewwel 16-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun EUR 22 880 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS