|
15.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 233/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9886 — Salling Group/Tesco Polska)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 233/03)
1.
Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Salling Group A/S (“Salling Group”, id-Danimarka) |
|
— |
Tesco (Polska) sp. z.o.o. (“Tesco Polska”, il-Polonja) |
Salling Group jakkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu ta’ Tesco Polska.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Salling Group: id-distribuzzjoni bl-imnut permezz ta’ supermarkets, department stores, ħwienet ta’ skont u hypermarkets għal prodotti tal-konsum ta’ kuljum, kif ukoll ħwienet online, ħwienet tal-kafè, ristoranti u negozju tal-kaxxi mitħuna, attivi fid-Danimarka, fil-Ġermanja u fil-Polonja (b’Netto Sp. z o.o., bejjiegħ bl-imnut ta’ prodotti tal-merċa u ta’ prodotti mhux tal-merċa). |
|
— |
Tesco Polska: id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ ikel u prodotti għall-konsumatur ta’ kuljum permezz ta’ katina ta’ ħwienet li jinkludu hypermarkets u supermarkets li jinsabu fil-Polonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9886 – Salling Group/Tesco Polska
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).