|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/130 |
P9_TA(2021)0465
Proċedura tal-baġit 2022: test konġunt
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (13911/2021 – C9-0428/2021 – 2021/0227(BUD))
(2022/C 224/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (13911/2021 – C9-0428/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2021 (COM(2021)0300), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2021 u li ntbagħat lill-Parlament fl-10 ta' Settembru 2021 (11352/2021 – C9-0353/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ittra emendatorja Nru 1/2022 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Ottubru 2021 (COM(2021)0642), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (1) u l-emendi baġitarji li tinkludi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 UE tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0326/2021), |
|
1. |
Japprova t-test konġunt; |
|
2. |
Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0432.
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
ANNESS:
FINALI
Baġit 2022 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
|
1. |
Baġit 2022 |
|
2. |
Baġit 2021 – Abbozzi ta' Baġit Emendatorji Nru 5/2021 u Nru 6/2021 |
|
3. |
Dikjarazzjonijiet |
Ħarsa ġenerali
A. Baġit 2022
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
|
— |
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2022 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 169 515,8-il miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2022 ta' EUR 1 167,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. |
|
— |
Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2022 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 170 603,3 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2022 ta' EUR 1 695,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament. |
|
— |
L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2022 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 368,4 miljun għall-intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2019, fl-2020, fl-2021 u fl-2022 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 467,2 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
B. Baġit 2021
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni
1. Baġit 2022
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit għall-2022 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
Barra minn hekk, il-linji baġitarji kollha emendati mill-Kunsill u maqbula mill-Parlament fil-qari tiegħu huma kkonfermati kif emendati mill-Kunsill.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit għall-2022 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 bl-eċċezzjoni ta':
|
— |
Taħt is-subintestatura 2b:
|
|
— |
Taħt l-intestatura 4:
|
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett globali ta' 56 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 89,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.
Dan jinkludi l-azzjonijiet previsti “lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea” li se jiġu implimentati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt.
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
1.0.11 |
Orizzont Ewropa |
12 179 157 276 |
12 239 157 276 |
60 000 000 |
|
01 02 02 10 |
Cluster “Saħħa” |
571 730 809 |
606 730 809 |
35 000 000 |
|
01 02 02 40 |
Cluster “Soċjetà Diġitali, Industrija u Spazju” |
1 264 161 905 |
1 272 161 905 |
8 000 000 |
|
01 02 02 50 |
Cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà” |
1 281 577 680 |
1 290 577 680 |
9 000 000 |
|
01 02 02 60 |
Cluster “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent” |
1 003 750 348 |
1 011 750 348 |
8 000 000 |
|
1.0.31 |
Programm għas-Suq Uniku |
583 544 000 |
613 544 000 |
30 000 000 |
|
03 02 02 |
Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq |
121 450 000 |
151 450 000 |
30 000 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
40 937 500 |
|
|
Total |
|
|
130 937 500 |
Miż-żieda ta' EUR 30,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm għas-Suq Uniku (Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq, artikolu baġitarju 03 02 02), EUR 10,0 miljun għandhom jiġu ddedikati għall-forniment ta' diversi forom ta' appoġġ għas-settur tat-turiżmu.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 21 775,1 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 102,9 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
Skont l-Artikolu 15.3 tar-RegolamentFinanzjarju (1), il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jerġa' jagħmel disponibbli approprjazzjonijiet ta' impenn fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal total ta' EUR 117,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, jiġifieri żieda ta' EUR 40,0 miljun meta mqabbel mal-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2022. Il-linja baġitarja li ġejja hija msaħħa u r-rimarki baġitarji tagħha riveduti kif xieraq:
|
|
|
(f'EUR) |
|
Linja baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta' impenn |
|
01 02 02 10 |
Cluster “Saħħa” |
40 000 000 |
|
Total |
|
40 000 000 |
Dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 kif maqbul fil-qafas tal-ftehim dwar il-QFP. Dan iħalli sa EUR 372,8 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2023-2027.
Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
2 681 000 |
|
|
Total |
|
|
2 681 000 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 49 708,8 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 30,2 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-Subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt.
Fid-dawl tal-ambjent attwali tar-rata tal-imgħax u l-operazzjonijiet ta' finanzjament reċenti tal-NGEU – l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 244,7 miljun, filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2022. Meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, EUR 20 miljun oħra se jiġu posposti għall-2027, biex ipattu għal forniment minn qabel korrispondenti għall-programm l-UE għas-Saħħa.
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
2.2.13 |
Appoġġ lill-komunità Ċiprijotta Torka |
33 276 000 |
34 276 000 |
1 000 000 |
|
05 04 01 |
L-għajnuna finanzjarja biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Ċiprijotta Torka |
31 402 525 |
32 402 525 |
1 000 000 |
|
2.2.23 |
Nefqa ta' appoġġ għall-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) |
389 706 000 |
145 000 000 |
- 244 706 000 |
|
06 04 01 |
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
384 706 000 |
140 000 000 |
- 244 706 000 |
|
2.2.24 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU) |
95 254 030 |
101 254 030 |
6 000 000 |
|
06 05 01 |
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE) |
95 254 030 |
101 254 030 |
6 000 000 |
|
2.2.25 |
Programm l-UE għas-Saħħa |
788 672 701 |
839 672 701 |
51 000 000 |
|
06 06 01 |
Programm l-UE għas-Saħħa |
764 213 775 |
815 213 775 |
51 000 000 |
|
2.2.312 |
L-Impiegi u l-Innovazzjoni Soċjali |
104 482 000 |
106 482 000 |
2 000 000 |
|
07 02 04 |
L-FSE+ — il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali |
102 482 000 |
104 482 000 |
2 000 000 |
|
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 366 740 438 |
3 401 740 438 |
35 000 000 |
|
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta |
2 331 521 972 |
2 361 274 626 |
29 752 654 |
|
07 03 02 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ |
346 973 114 |
351 400 945 |
4 427 831 |
|
07 03 03 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport |
64 216 157 |
65 035 672 |
819 515 |
|
2.2.33 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES) |
138 427 764 |
141 427 764 |
3 000 000 |
|
07 04 01 |
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
131 710 226 |
134 710 226 |
3 000 000 |
|
2.2.34 |
Ewropa Kreattiva |
401 027 982 |
406 527 982 |
5 500 000 |
|
07 05 01 |
Kultura |
125 597 589 |
131 097 589 |
5 500 000 |
|
2.2.352 |
Iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri |
209 402 193 |
214 902 193 |
5 500 000 |
|
07 06 02 |
Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni |
39 671 295 |
40 671 295 |
1 000 000 |
|
07 06 03 |
Daphne |
29 581 401 |
33 581 401 |
4 000 000 |
|
07 06 04 |
Protezzjoni u promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni |
91 787 552 |
92 287 552 |
500 000 |
|
2.2.3DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
242 132 181 |
246 262 181 |
4 130 000 |
|
07 10 07 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) |
45 423 578 |
45 803 578 |
380 000 |
|
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
53 351 846 |
57 101 846 |
3 750 000 |
|
2.2.3SPEC |
Prerogattivi |
180 389 773 |
182 889 773 |
2 500 000 |
|
07 20 04 06 |
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali |
23 020 900 |
25 520 900 |
2 500 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
35 303 000 |
|
|
Total |
|
|
-93 773 000 |
Iż-żieda ta' EUR 3,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, artikolu baġitarju 07 04 01) u EUR 5,0 miljun miż-żieda ta' EUR 35 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal Erasmus+ – għal effett ikkombinat ta' EUR 8 miljun – għandhom jiġu ddedikati għat-tħejjija u t-twettiq ta' attivitajiet bi qbil mas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 6 330,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 130,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-Subintestatura 2b.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
3.2.21 |
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
708 045 484 |
755 545 484 |
47 500 000 |
|
09 02 01 |
Natura u bijodiversità |
265 601 888 |
284 032 563 |
18 430 675 |
|
09 02 02 |
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja |
169 866 127 |
181 653 495 |
11 787 368 |
|
09 02 03 |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih |
120 050 994 |
128 381 585 |
8 330 591 |
|
09 02 04 |
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa |
128 996 883 |
137 948 249 |
8 951 366 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
9 611 500 |
|
|
Total |
|
|
57 111 500 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 56 235,4 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 283,6 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 3, li minnhom EUR 270,1 miljun taħt is-submarġni għal “Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti”.
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
4.0.11 |
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 099 455 000 |
1 119 455 000 |
20 000 000 |
|
10 02 01 |
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 096 455 000 |
1 116 455 000 |
20 000 000 |
|
4.0.1DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
153 281 205 |
153 661 205 |
380 000 |
|
10 10 01 |
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) |
153 281 205 |
153 661 205 |
380 000 |
|
4.0.211 |
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVI) |
646 117 589 |
671 117 589 |
25 000 000 |
|
11 02 01 |
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi |
644 117 589 |
669 117 589 |
25 000 000 |
|
4.0.2DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
1 073 823 593 |
1 008 823 593 |
-65 000 000 |
|
11 10 01 |
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
757 793 708 |
692 793 708 |
-65 000 000 |
|
|
Total |
|
|
-19 620 000 |
Iż-żieda ta' EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-artikolu baġitarju 10 02 01) għandha tiġi ddedikata għall-finanzjament tar-risistemazzjoni tar-refuġjati Afgani.
Iż-żieda ta' EUR 25 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVI) (Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi, artikolu baġitarju 11 02 01) għandha tiġi ddedikata għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migranti fil-fruntiera tal-Belarussja.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 091,2 miljun, u jħalli marġni ta' EUR 99,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022. B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn maqbul huwa stabbilit għal EUR 1 785,3 miljun, u jħalli marġni ta' EUR 82,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5.
Intestatura 6 – Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
6.0.111 |
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali (NDICI — Ewropa Globali) |
12 526 647 047 |
12 716 647 047 |
190 000 000 |
|
14 02 01 10 |
Il-Viċinat tan-Nofsinhar |
1 604 861 026 |
1 629 861 026 |
25 000 000 |
|
14 02 01 11 |
Il-Viċinat tal-Lvant |
699 703 445 |
709 703 445 |
10 000 000 |
|
14 02 01 30 |
Il-Lvant Nofsani u l-Asja Ċentrali |
384 765 942 |
414 765 942 |
30 000 000 |
|
14 02 02 40 |
Nies – Sfidi globali |
137 191 715 |
187 191 715 |
50 000 000 |
|
14 02 04 |
Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti |
1 463 311 470 |
1 538 311 470 |
75 000 000 |
|
6.0.12 |
Għajnuna Umanitarja (HUMA) |
1 595 059 463 |
1 806 059 463 |
211 000 000 |
|
14 03 01 |
Għajnuna Umanitarja |
1 506 901 913 |
1 717 901 913 |
211 000 000 |
|
|
Total |
|
|
401 000 000 |
Għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 75 miljun (riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti, l-artikolu baġitarju 14 02 04) u EUR 50 miljun (Nies – Sfidi Globali, linja baġitarja 14 02 02 40) għandhom jiġu ddedikati għall-miżuri għall-ġlieda kontra l-pandemija, inklużi l-vaċċini.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 17 170,4 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 368,4 miljun.
Intestatura 7 – Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
— |
It-taqsima tal-Parlament Ewropew li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat; |
|
— |
It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat; |
|
— |
It-taqsima tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għaliha jiżdiedu 9 postijiet fil-pjan ta' stabbiliment u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 684 000 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena; |
|
— |
It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li għaliha 13-il post, marbuta mal-NGEU u sal-2027, jiżdiedu mal-pjan ta' stabbiliment u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 988 000 meta jitqies ir-reklutaġġ medju f'nofs is-sena; |
|
— |
It-Taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għaliha (i) ir-riżorsi tal-persunal jiżdiedu b'7 postijiet fil-pjan ta' stabbiliment u 3 Aġenti Kuntrattwali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 655 000 meta jitqies ir-reklutaġġ medju f'nofs is-sena, (ii) il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 990 500 għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti ''lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea'', kif propost mill-Parlament Ewropew fil-qari tiegħu u (iii) il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'1,0 miljun għal EUR 2 2 miljun għall-''kapaċità ta' komunikazzjoni strateġika''; |
L-aġġustamenti, li jirriżultaw f'żieda ta' EUR 0,8 miljun tal-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall fit-tabelli li ġejjin:
Taqsima 2 – Kunsill Ewropew u Kunsill
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
1 1 0 0 |
Salarji Bażiċi |
265 982 044 |
265 970 746 |
-11 298 |
|
1 1 0 2 |
Drittijiet taħt ir-Regolamenti tal-Persunal marbutin maċ-ċirkostanzi personali tal-membru tal-persunal |
66 765 000 |
66 778 000 |
13 000 |
|
1 1 0 3 |
Kopertura għas-sigurtà soċjali |
10 946 000 |
10 947 000 |
1 000 |
|
2 0 1 0 |
Tindif u manutenzjoni |
18 635 000 |
18 335 000 |
- 300 000 |
|
2 1 0 0 |
Akkwist ta' tagħmir u software |
14 385 716 |
12 285 716 |
-2 100 000 |
|
2 1 0 1 |
Assistenza esterna għall-operat u l-iżvilupp ta' sistemi tal-kompjuter |
27 839 685 |
27 509 685 |
- 330 000 |
|
2 2 0 4 |
Nefqiet varji għal laqgħat interni |
5 235 000 |
4 635 000 |
- 600 000 |
|
2 2 1 3 |
Tagħrif u avvenimenti pubbliċi |
5 358 250 |
5 158 250 |
- 200 000 |
|
|
Total |
|
|
-3 527 298 |
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Pagi u allowances |
287 078 950 |
287 762 950 |
684 000 |
|
|
Total |
|
|
684 000 |
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
1 2 0 0 |
Rimunerazzjoni u allowances |
118 344 775 |
119 332 775 |
988 000 |
|
|
Total |
|
|
988 000 |
Taqsima 10 – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
1 1 0 0 |
Salarji Bażiċi |
116 638 000 |
117 170 000 |
532 000 |
|
1 2 0 0 |
Persunal bil-kuntratt |
18 671 800 |
18 794 800 |
123 000 |
|
2 2 1 4 |
Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika |
4 000 000 |
5 000 000 |
1 000 000 |
|
2 2 5 0 |
Proġett Pilota – Lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea |
|
990 500 |
990 500 |
|
|
Total |
|
|
2 645 500 |
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 10 620,1 miljuni, li jħalli marġni ta' EUR 437,9 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 7, li minnhom EUR 240,1 miljun huma taħt is-submarġni għan-''Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet''.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2022 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2022, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
|
1. |
Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan japplika għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b'EUR 244,7 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 305,2 miljun; |
|
2. |
L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f'żieda ta' EUR 0,8 miljun; |
|
3. |
L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja 1/2022 flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 22,1 miljun; |
|
4. |
L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 262,0 miljun. |
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 20,3 miljun, huma spjegati fid-dettall fit-tabella li ġejja:
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR) |
||
|
AB 2022 (inkl. IE 1) |
Baġit 2022 |
Differenza |
||
|
Intestatura 1 |
||||
|
1.0.23 |
Programm Ewropa Diġitali |
898 530 703 |
848 530 703 |
-50 000 000 |
|
02 04 01 11 |
Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà |
33 192 982 |
17 192 982 |
-16 000 000 |
|
02 04 03 |
Intelliġenza artifiċjali |
245 811 860 |
214 811 860 |
-31 000 000 |
|
02 04 04 |
Ħiliet |
52 000 000 |
49 000 000 |
-3 000 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
10 234 375 |
|
|
Total Intestatura 1 |
|
|
-39 765 625 |
|
Subintestatura 2a |
||||
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
670 250 |
|
|
Total Subintestatura 2a |
|
|
670 250 |
|
Subintestatura 2b |
||||
|
2.2.23 |
Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) |
389 706 000 |
145 000 000 |
- 244 706 000 |
|
06 04 01 |
Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
384 706 000 |
140 000 000 |
- 244 706 000 |
|
2.2.24 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU) |
180 866 480 |
186 866 480 |
6 000 000 |
|
06 05 01 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescEU) |
94 547 220 |
100 547 220 |
6 000 000 |
|
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 273 756 286 |
3 300 756 286 |
27 000 000 |
|
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta |
2 220 525 000 |
2 243 477 048 |
22 952 048 |
|
07 03 02 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ |
310 000 000 |
313 415 755 |
3 415 755 |
|
07 03 03 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport. |
55 000 000 |
55 632 197 |
632 197 |
|
2.2.3DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
233 643 002 |
237 773 002 |
4 130 000 |
|
07 10 07 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) |
45 226 899 |
45 606 899 |
380 000 |
|
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
53 351 846 |
57 101 846 |
3 750 000 |
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
8 825 750 |
|
|
Total Subintestatura 2b: |
|
|
- 198 750 250 |
|
Intestatura 3 |
||||
|
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
2 402 875 |
|
|
Total Intestatura 3 |
|
|
2 402 875 |
|
Intestatura 4 |
||||
|
4.0.11 |
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 276 766 000 |
1 291 766 000 |
15 000 000 |
|
10 02 01 |
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
661 766 000 |
676 766 000 |
15 000 000 |
|
4.0.1DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
153 281 205 |
153 661 205 |
380 000 |
|
10 10 01 |
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) |
153 281 205 |
153 661 205 |
380 000 |
|
4.0.211 |
Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVi) |
490 891 340 |
510 891 340 |
20 000 000 |
|
11 02 01 |
Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi |
191 891 340 |
211 891 340 |
20 000 000 |
|
4.0.2DAG |
Aġenziji Deċentralizzati |
1 050 691 460 |
985 691 460 |
-65 000 000 |
|
11 10 01 |
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
757 793 708 |
692 793 708 |
-65 000 000 |
|
|
Total Intestatura 4 |
|
|
-29 620 000 |
|
Intestatura 5: |
||||
|
Intestatura 6 |
||||
|
6.0.111 |
Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali (NDICI — Ewropa Globali) |
7 858 721 595 |
7 891 721 595 |
33 000 000 |
|
14 02 04 |
Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti |
1 000 000 000 |
1 033 000 000 |
33 000 000 |
|
6.0.12 |
Għajnuna Umanitarja (HUMA) |
1 880 645 990 |
2 091 645 990 |
211 000 000 |
|
14 03 01 |
Għajnuna Umanitarja |
1 797 851 440 |
2 008 851 440 |
211 000 000 |
|
|
Total Intestatura 6 |
|
|
244 000 000 |
|
Intestatura 7 |
||||
|
7.2.2 |
Kunsill Ewropew u Kunsill |
615 000 854 |
611 473 556 |
-3 527 298 |
|
7.2.4 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
464 090 000 |
464 774 000 |
684 000 |
|
7.2.5 |
Qorti Ewropea tal-Awdituri |
161 153 175 |
162 141 175 |
988 000 |
|
7.2.X |
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
775 069 920 |
777 715 420 |
2 645 500 |
|
|
Total Intestatura 7 |
|
|
790 202 |
|
TOTAL |
|
|
-20 272 548 |
|
Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 170 603,3 miljun, tnaqqis ta' EUR 20,3 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2022 bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki: |
|
— |
Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew huma approvati mingħajr modifiki: Artikolu 07 10 01 — Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) It-test jiġi emendat kif ġej: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) tipprovdi u xxerred għarfien importanti dwar kwistjonijiet soċjali u relatati max-xogħol u biex tikkontribwixxi għal politiki sodi u bbażati fuq l-elementi konkreti f'dawk l-oqsma. L-attività ewlenija tagħha tirrigwarda r-riċerka fl-oqsma tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali u l-kwalità tal-ħajja. L-attivitajiet tal-Eurofound jikkontribwixxu għall-prijoritajiet li ġejjin: aktar parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-qgħad bil-ħolqien ta' impjiegi, titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol u promozzjoni tal- integrazzjoni u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ; it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u li x-xogħol isir sostenibbli tul il-ħajja kollha, l-iżvilupp ta' relazzjonijiet industrijali li jiżguraw soluzzjonijiet ekwi u produttivi f'kuntest ta' politiki li qed jinbidel, it-titjib tal-istandards tal-għajxien u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi u l-inugwaljanzi soċjali, pereżempju d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi . |
|
— |
Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin:
Il-paragrafu jiġi emendat kif ġej: L-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-cluster Klima, Enerġija u Mobbiltà. Hija se tħaffef l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi (speċjalment dawk diġitali u l-awtomatizzazzjoni) biex tinkiseb sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, faċli għall-utent, kompetittiva, affordabbli, faċli biex issir il-manutenzjoni tagħha u effiċjenti u biex jinkisbu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, pereżempju, li parti sostanzjali mill-75 % tal-merkanzija interna li tinġarr bit-triq tiġi ttrasferita lejn trasport bil-ferrovija u fil-passaġġi fuq l-ilma interni.
Emenda l-paragrafu kif ġej:
Jiżdied it-test li ġej: Il-baġit għat-taħriġ għandu juri b'mod ċar u jappoġġja l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-sensittività u l-ġlieda kontra l-preġudizzji tal-ġeneru, inkluża l-politika kontra l-fastidju, fl-istituzzjonijiet tagħna stess (inklużi l-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, id-Delegazzjonijiet tal-UE kif ukoll il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK), anke fil-proċeduri tal-għażla. Dan għandu jinkludi taħriġ obbligatorju u inizjattivi, b'attenzjoni speċjali għar-responsabbiltà tal-maniġment medju u superjuri f'dawn l-oqsma, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġeneru III u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal relatat. |
|
— |
F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 10. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq:
|
Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' bażi legali eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja 1/2022, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji ġodda minbarra l-proġett pilota ġdid ''Monitoraġġ tal-SDGs fir-reġjuni tal-UE – Il-mili tan-nuqqasijiet fid-data'' li se jiġi implimentat taħt l-intestatura 1 tal-QFP, l-artikolu baġitarju PP 01 22 06 minflok taħt is-subintestatura 2b tal-QFP.
2. Baġit 2021
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 5/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2021 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3. Dikjarazzjonijiet
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b’mod attiv matul is-sena 2022 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b’mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b'mod f'waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2022 (b’kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2022 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta’ baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perijodu ta’ tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2022 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) fl-2022
Bis-saħħa tal-ambjent favorevoli attwali tar-rata tal-imgħax u b’kont meħud tal-ispiża tal-ħruġ tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-NGEU s’issa din is-sena, l-approprjazzjonijiet ippjanati għall-ispiża tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru [linja baġitarja 06 04 01] jistgħu jitnaqqsu filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2022.
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji jistabbilixxi li “Il-ħlasijiet lura tal-kapital tal-fondi għandhom jibdew qabel tmiem il-perjodu tal-QFP 2021-2027, b’ammont minimu, sa fejn jippermettu l-ammonti mhux użati għal pagamenti tal-imgħax dovuti taħt is-self imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE”.
Barra minn hekk, il-premessa 20 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tiddikjara “l-ammonti mhux użati għall-ħlas tal-imgħax kif previst ser jintużaw għall-ħlas lura bikri qabel tmiem il-QFP 2021-2027, b’ammont minimu, u jistgħu jiżdiedu ‘l fuq minn dan il-livell dment li riżorsi proprji ġodda jkunu ġew introdotti wara l-2021 f’konformità mal-proċedura li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE’.
Peress li l-ebda ħlas lura tal-kapital mhu ser ikun possibbli fl-2022:
|
— |
Ammont ta’ EUR 90 miljun, li minnhom EUR 70 miljun diġà huma inklużi fl-Abbozz tal-baġit, ser jiġu posposti għall-2027 meta jkunu jistgħu jintużaw jew għal pagamenti tal-imgħax jew għal ripagamenti bikrija. Dan il-posponiment lejn tmiem il-perijodu huwa kkumpensat minn forniment korrispondenti minn qabel tal-programm EU4Health. |
|
— |
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jżidu l-ammonti disponibbli fil-linja baġitarja 06 04 01 b’EUR 224,7 miljun matul il-perijodu 2024-2027, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni u wara l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-possibbiltajiet għal ripagamenti bikrija, bl-użu tal-marġnijiet disponibbli u bil-mobilizzazzjoni tal-istrument ta’ marġni uniku filwaqt li jiġi rrispettat l-ipprogrammar finanzjarju għall-programmi fl-Intestatura 2b. |
Dan il-mekkaniżmu jiżgura li l-ammont totali għal-linja EURI inkluż fl-ipprogrammar finanzjarju oriġinali għall-2022 ser jintuża għall-pagamenti tal-imgħax jew għar-ripagamenti bikrija matul il-QFP 2021-2027.
3.3. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar il-prudenza baġitarja fir-rigward tal-linja tal-imgħax EURI
Il-Kummissjoni tfakkar li l-linja tal-imgħax EURI ([linja baġitarja 06 04 01]) isservi għall-ħlas tal-ispejjeż tal-finanzjament u tal-likwidità tas-self tal-NGEU sa fejn dawn ikunu attribwiti lill-Baġit tal-UE. Ammonti mhux użati għal pagamenti ta’ imgħax, għandhom jintużaw għal ripagamenti bikrija tad-dejn skont l-Artikolu 5(2) u l-Premessa 20 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.
Iż-żieda fl-inflazzjoni titlob prudenza baġitarja msaħħa fir-rigward tal-ġestjoni tal-linja tal-imgħax EURI fid-dawl tal-possibbiltà li r-rati tal-imgħax nominali jkunu ogħla minn dawk preżunti fl-ipprogrammar ta’ din il-linja.
Għalhekk, fil-kwittanza tar-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 314 (TFUE), il-paragrafi 2, 5 u 8, il-Kummissjoni ser tipproponi miżuri baġitarji li, jekk jiġu adottati, ser jiżguraw li l-ammont globali oriġinarjament ippjanat fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 [EUR 14 976 miljun fi prezzijiet attwali] għal-linja EURI jintuża bis-sħiħ għall-ħlas tal-ispiża tal-imgħax jew għar-ripagamenti bikrija.
Il-Kummissjoni ser tirrapporta kull sena fil-qafas tal-preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit dwar l-implimentazzjoni kumulattiva tal-linja EURI, l-ammonti posposti fuq il-linja EURI u l-ammont riżervat taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku biex jintlaħaq dan l-objettiv.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew+
L-indirizzar tal-faqar fost it-tfal ser isir saħansitra aktar importanti speċjalment fil-kuntest tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u jeħtieġ li jiġu ddedikati biżżejjed riżorsi għalih. Għal dan il-għan, ir-Regolament (UE) 2021/1057 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jirrikjedi li l-Istati Membri jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi ta’ ġestjoni kondiviża tal-FSE+ tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal permezz ta’ azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jindirizzaw il-faqar fost it-tfal. Allokazzjoni minima espliċita ta’ 5 % hija stabbilita għall-Istati Membri kollha li kellhom rata medja ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ tfal ta’ inqas minn 18-il sena f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019.
In-negozjati dwar il-programmi 2021-27 bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għadhom għaddejjin u l-ammonti eżatti li għandhom jiġu pprogrammati b’appoġġ għall-Garanzija għat-Tfal fl-Istati Membri kollha ser ikunu magħrufa ladarba dan il-proċess ikun tlesta.
F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal {SWD (2021) 62 final} u abbażi ta’ rapporti mill-koordinaturi tal-Garanzija għat-Tfal tal-Istati Membri u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kummissjoni ser tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-Garanzija għat-Tfal. Il-Kummissjoni ser tissorvelja wkoll mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jipprogrammaw il-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fir-Regolament tal-FSE+. Huma jistgħu jużaw ukoll riżorsi oħra tal-UE, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll il-finanzjament nazzjonali tagħhom stess.
3.5. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-intenzjoni li jiġu pprovduti riżorsi massimi fil-każ ta' diżastri naturali taħt il-fergħa tal-FSUE tas-SEAR fl-2022
It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-firxa eċċezzjonali tad-diżastri naturali li seħħew fl-2021 toħloq pressjoni fuq id-disponibbiltajiet taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE). Il-FSUE huwa ffinanzjat esklużivament mir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza (SEAR), mingħajr ebda possibbiltà ta’ rikors għal sorsi oħra ta’ finanzjament.
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel li jsaħħaħ l-għajnuna umanitarja fl-Intestatura 6 b’EUR 211-il miljun fil-baġit tal-2022. Għalhekk huwa possibbli li jiġi limitat ir-rikors għall-pakkett tas-SEAR għal emerġenzi esterni matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2022, u b’hekk jiġu liberati riżorsi addizzjonali għall-FSUE fl-1 ta’ Settembru 2022 ekwivalenti għall-ammont tat-tisħiħ tal-għajnuna umanitarja taħt l-Intestatura 6. Dan ser jippermetti li tintwera solidarjetà massima mal-Istati Membri kkonċernati mid-diżastri naturali filwaqt li tiżdied il-kapaċità tal-baġit tal-UE li jirreaġixxi malajr għal emerġenzi esterni.
3.6. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Qorti tal-Awdituri
Il-PE u l-Kunsill jirrikonoxxu li l-NGEU ser twassal għal ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-Qorti tal-Awdituri li ma jistax jiġi kkumpensat bis-sħiħ permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan il-baġit eżistenti. Għalhekk huma jaqblu dwar żieda fil-pjan ta' stabbiliment tal-Qorti b” 20 kariga fl-2022.
Il-PE u l-Kunsill jissottolinjaw l-importanza li jagħtu lill-ħidma tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari fir-rigward tal-awditi finanzjarji u ta’ konformità li l-Qorti twettaq sabiex tissodisfa l-kompitu primarju tagħha li teżamina jekk id-dħul kollu jkunx ġie riċevut u l-infiq kollu jkunx sar b’mod legali u regolari, li huma marbuta b’mod inseparabbli mal-awditi tal-prestazzjoni biex jiġu eżaminati l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fil-ġestjoni tal-Baġit tal-UE, bħala żewġ naħat tal-istess munita. Is-solidità tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tagħha hija pedament għal-leġittimità tal-Unjoni.
F’dan il-kuntest il-PE u l-Kunsill iqisu li huwa essenzjali li l-Qorti talloka biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet ewlenin.
B’mod ġenerali, il-PE u l-Kunsill jirrikonoxxu wkoll l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet li l-Qorti tagħti abbażi tal-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu TFUE, filwaqt li jinnotaw li l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li din id-dispożizzjoni “hija maħsuba biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni billi tipprevedi li r-rapporti jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet u li dawn tal-aħħar iwieġbu għalihom”.
Il-PE u l-Kunsill jistiednu lill-Qorti tinkludi fid-dokumenti ta’ ħidma għal eżerċizzji baġitarji futuri ħarsa ġenerali tal-allokazzjoni tal-persunal fis-sena preċedenti għal attivitajiet għall-awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni, għall-ħidma abbażi tal-Artikolu 287(4) TFUE u għas-servizzi ta’ appoġġ.
3.7. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-evoluzzjoni tal-pandemija fl-2022
It-tliet istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jirrieżaminaw l-evoluzzjoni tar-rispons għall-pandemija sal-aħħar ta’ Ġunju 2022, b’mod partikolari fir-rigward tat-tilqim internazzjonali u fuq din il-bażi ser jikkunsidraw kwalunkwe azzjoni meħtieġa kif propost mill-Kummissjoni.
3.8. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni
Minħabba l-ħtiġijiet kontinwi previsti fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni tikkonferma l-pjan tagħha li tiżgura li l-finanzjament annwali medju għall-migrazzjoni għall-Viċinat tan-Nofsinhar mill-allokazzjoni tal-Viċinat NDICI-GE u, jekk meħtieġ, minn strumenti oħra, jibqa’ mill-inqas fil-livell previst għall-2022.
3.9. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Intestatura 7
Il-Kummissjoni tfakkar li l-ipprogrammar finanzjarju tal-Intestatura 7 huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-livelli tal-persunal tal-Istituzzjonijiet jibqgħu stabbli. Hija tosserva li l-Baġit 2022 mhuwiex konsistenti ma’ din is-suppożizzjoni u tissottolinja li, fl-isfond tal-inflazzjoni li qed tiżdied, żidiet futuri fil-persunal jistgħu jwasslu għal pressjonijiet fuq l-Intestatura 7 fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).