European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3152

16.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3152

tas-16 ta’ Diċembru 2024

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 47 u 47a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni, entitajiet, korpi u bastimenti indikati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII ta' dak ir-Regolament.

(3)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV sa XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 jinżammu. Jenħtieġ li l-entrati għal 21 persuna u erba' entitajiet f'dawk l-Annessi jiġu aġġornati.

(4)

Fid-dawl tal-attivitajiet kontinwi relatati mal-missili ballistiċi mwettqa mir-RDPK, bi ksur tal-UNSCRs rilevanti u b'nuqqas ta' rispett sfaċċat għar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), jenħtieġ li tiġi inkluża entità waħda fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509.

(5)

Fis-17 ta' Settembru 2024, il-Kumitat tal-KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma' persuna waħda fil-lista li tinsab fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata għal dik il-persuna tiġi aġġornata.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XIII, XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness XIII, taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”, l-entrata 77 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

“77.

Ri Pyong Chul

Ri Pyong Chol;

Ri Pyo'ng-ch'o'l

Data tat-twelid: 1948

Nazzjonalità: DPRK

Sess: raġel

Indirizz: DPRK

22.12.2017

Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (WPK). Eks Segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema u Membru tal-Bureau Politiku. Eks Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tal-Munitions Industry Department.”;

(2)

L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, l-entrati 11, 17, 21, 23, 28 u 29 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“11.

JO Kyongchol

조경철

JO Kyong Chol

Sess: raġel

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Maħtur bħala Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Ġunju 2022, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Bħala tali, huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021. Akkumpanja lil Kim Jong Un għal eżerċizzji tal-artillerija fuq skala kbira f'Marzu 2024.

17.

PAK Jong-chon

박정천

PAK Jong Chon

Sess: raġel

20.5.2016

Membru tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, Marixxall u eks Kap tal-Persunal Ġenerali. Wettaq ir-rieżami formali fil-parata militari tal-25 ta' April 2022, li jindika r-rwol tiegħu fl-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva u r-responsabbiltà tiegħu għalihom. Pak akkumpanja lil Kim Jong Un waqt żjara fir-Russja f'Settembru 2023 flimkien ma' kmandanti militari oħra ta' livell għoli u uffiċjali tal-industrija tal-armi.

21.

HONG Yong Chil

홍영칠

 

Sess: raġel

20.5.2016

Viċi Direttur tal-Munitions Industry Department (MID). Il-MID – deżinjat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' R&Ż. Is-Second Economic Committee u s-Second Academy of Natural Sciences – deżinjati wkoll f'Awwissu 2010 – huma subordinati għall-MID. Huwa viċi direttur ta' dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Hong akkumpanja lil Kim Jong Un fl-2023 u fl-2024 f'sit marbut mal-industrija tal-munizzjon tar-RDPK. Fl-2019 Hong ġie deskritt bħala wieħed mill-uffiċjali ewlenin fil-qasam tax-xjenza tad-difiża nazzjonali. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un waqt l-isparar ta' tip ġdid ta' arma tattika gwidata, u waqt l-ispezzjoni ta' tip ġdid ta' sottomarin li kien qed jinbena.

Huwa kien wieħed mix-xjenzjati kkongratulati minn Kim Jong Un fl-2017 għall-illanċjar tal-Hwasong-15 tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) u osserva testijiet tal-magni preċedenti u llanċjar ballistiku ieħor. Fl-2016, huwa akkumpanja lil Kim Jong Un għal laqgħa ma' xjenzati li fiha ġiet diskussa r-riċerka biex jiġu muntati testati nukleari ta' missili tattiċi u strateġiċi. Huwa seta' kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK fis-6 ta' Jannar 2016. Bħala tali, huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

23.

YUN Chang Hyok

윤창혁

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

Sess: raġel

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Teknoloġija tal-Ajruspazju (NATA), li Kim Jong Un żar qabel it-test tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) fl-24 ta' Marzu 2022. In-NATA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż l-illanċjar ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat l-illanċjar tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Fit-23 ta’ Novembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f'isem l-Unjoni Ewropea, ikkundanna l-illanċjar mir-RDPK ta' satellita militari bl-użu tat-teknoloġija tal-missili ballistiċi minħabba ksur tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

28.

KIM Su Gil

김수길

KIM Su-gil

Data tat-twelid: 1950

Sess: raġel

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean bejn l-2018 u l-2021 u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat bejn l-2019 u l-2021, u l-pożizzjoni tiegħu mill-2023 bħala l-Kap Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Belt ta' Pyongyang u Membru Supplenti tal-Bureau Politiku, huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, relatati mal-iżvilupp ta' programmi nukleari u ballistiċi bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017), u 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fi Frar 2024, mexxa delegazzjoni tal-partit fir-Russja u kellu diversi laqgħat mat-tmexxija għolja Russa.

29.

JON Il Ho

전일호

JON Il-Ho

Data tat-twelid: 1955 jew 1956

Nazzjonalità: DPRK

Sess: raġel

21.4.2022

President tal-Università tad-Difiża Nazzjonali Kim Jong Un minn Diċembru 2023, istituzzjoni li hija involuta fl-iżvilupp tal-programmi tal-armi illegali tar-RDPK. Barra minn hekk, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Akkademja għar-Riċerka dwar id-Difiża tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (Workers' Party of Korea (WPK)) u membru tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, Jon għandu wkoll rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva u huwa responsabbli għalih. Promoss għal Kurunell Ġenerali f'Awwissu 2019, irċieva l-Premju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tas-16 ta' Frar, Direttur tal-Istitut tar-Riċerka tal-Awtomatizzazzjoni u Direttur tal-Istitut tal-Università tat-Teknoloġija Kim Chaek, u Viċi Direttur ta' Dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, huwa pparteċipa fl-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll il-biċċa l-kbira ta' llanċjar ieħor ta' missili fl-2017, l-2019 u f'Marzu 2020.”;

(b)

taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi indikati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, l-entrati 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“4.

Yongbyon Nuclear Scientific Research Centre

녕변 원자력 연구소

영변 원자력 연구소

 

 

22.12.2009

Faċilitajiet li kapaċi jipproduċu materjal fissili għal użi militari, inkluż reattur ta' 5MW (e), faċilità ta' riproċessar tal-plutonju (laboratorju radjukimiku), Reattur li juża l-Ilma Ordinarju (LWR) u faċilità rappurtata għall-arrikkiment tal-uranju. Iċ-Ċentru jiddependi mill-General Bureau of Atomic Energy (entità ddeżinjata mill-KSNU, 16.7.2009). F'Ġunju 2024, l-IAEA ddikjarat li kienet osservat l-iskariku intermittenti tal-ilma mis-sistema tat-tkessiħ tal-LWR f'Yongbyon minn Diċembru 2023, li huwa konsistenti mal-operat tal-LWR. L-IAEA sabet ukoll indikazzjonijiet kontinwi tat-tħaddim tar-reattur ta' 5 MW(e) u tal-faċilità ta' arrikkiment taċ-ċentrifugi rrappurtata. Fir-rapport tiegħu ta' Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU identifika wkoll attività sinifikanti li għadha għaddejja f'Yongbyon.

5.

Armata tal-Poplu Korean

조선인민군

 

 

16.10.2017

L-Armata tal-Poplu Korean tinkludi l-Forza Strateġika (preċedentement il-Forza tal-Missili Strateġiċi), li tikkontrolla l-unitajiet tal-missili strateġiċi konvenzjonali u nukleari tar-RDPK. Il-Forza tal-Missili Strateġiċi ġiet elenkata mir-Riżoluzzjoni 2356 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”;

(3)

L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”, l-entrati 8, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 27 u 28 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“8.

KIM Chang Hyok

magħruf ukoll bħala: James Kim

김창혁

Data tat-twelid: 29.4.1963

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-Passaport: 472130058

Sess: raġel

22.1.2018

Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fil-Malażja. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malażja f'isem il-kumpaniji faċċata ‘Glocom’, hija stess kumpanija faċċata tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang.

Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika Pan Systems bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

10.

RYANG Su Nyo

량수니오

Data tat-twelid: 11.8.1959

Post tat-twelid: Japan

Sess: raġel

22.1.2018

Direttur ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

11.

PYON Won Gun

변원군

Data tat-twelid: 13.3.1968

Post tat-twelid: S. Phyongan

Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035

Numru tal-Passaport: 290220142

Sess: raġel

22.1.2018

Direttur ta' Glocom, kumpanija faċċata ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu.

Il-Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari.

Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem Pan Systems Pyongyang. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Minn Lulju 2024, Glocom kompliet topera u kienet qed tbigħ b'mod attiv tagħmir tat-telekomunikazzjoni militari.

12.

PAE Won Chol

배원철

Data tat-twelid: 30.8.1969

Post tat-twelid: Pyongyang

Numru tal-Passaport Diplomatiku: 654310150

Sess: raġel

22.1.2018

Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

13.

RI Sin Song

리신송

Sess: raġel

22.1.2018

Ri Sin Song ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

14.

KIM Sung Su

김성수

Sess: raġel

22.1.2018

Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

15.

KIM Pyong Chol

김병철

Sess: raġel

22.1.2018

Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

19.

KIM Il-Su

magħruf ukoll bħala: KIM Il Su

김일수

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Sess: raġel

3.7.2015

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

20.

KANG Song-Sam

magħruf ukoll bħala: KANG Song Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Sess: raġel

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, u għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

21.

CHOE Chun-Sik

magħruf ukoll bħala: CHOE Chun Sik

최천식

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

Sess: raġel

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

22.

SIN Kyu-Nam

magħruf ukoll bħala: SIN Kyu Nam

신규남

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: PO472132950

Sess: raġel

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

23.

PAK Chun-San

magħruf ukoll bħala: PAK Chun San

박천산

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: PS472220097

Sess: raġel

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

24.

SO Tong Myong

서동명

Data tat-twelid: 10.9.1956

Sess: raġel

3.7.2015

Eks president tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), eks President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); eks Maniġer Ġenerali tal-KNIC, Settembru 2013, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. Fir-rapporti tiegħu ta' Settembru 2023 u Marzu 2024, il-Bord ta' Esperti tan-NU sab li l-KNIC kompliet topera u tespandi l-attivitajiet tagħha f'diversi pajjiżi terzi.

27.

IM Song Sun

magħruf ukoll bħala IM Song-Sun

Nazzjonalità: DPRK

Sess: raġel

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala rappreżentant tal-Corman Construction Company (Tong Bang), kumpanija ta' faċċata għall-Mansudae Overseas Project (MOP) Group (magħruf ukoll bħala Mansudae Art Studio) iddeżinjat min-NU, Im Song Sun huwa involut fl-evażjoni tas-sanzjonijiet bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371, (2017), 2375 (2017) jew 2397 (2017). Huwa mmaniġġa bini minn din il-kumpanija fis-Senegal u rċieva ħlasijiet għal kuntratti mirbuħa lill-MOP u lil Corman Construction, u għalhekk huwa responsabbli għall-attivitajiet finanzjarji li jappoġġaw lir-reġim u lill-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK. Il-Gvern tal-Istati Uniti ssanzjona lil Im Song Sun fl-2023 għal raġunijiet simili. Il-Bord ta' Esperti tan-NU f'Marzu 2024 sab li l-artisti marbuta ma' Mansudae Overseas Project Group komplew joperaw barra mill-pajjiż.

28.

CHOE Song Chol

magħruf ukoll bħala CHOE Song-Chol

Nazzjonalità: DPRK

Sess: raġel

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala rappreżentant tal-Corman Construction Company (Tong Bang), kumpanija ta' faċċata għall-Mansudae Overseas Project Group (magħruf ukoll bħala Mansudae Art Studio) iddeżinjat min-NU, Choe Song Chol huwa involut fl-evażjoni tas-sanzjonijiet bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371, (2017), 2375 (2017) jew 2397 (2017). Huwa mmaniġġa bini minn din il-kumpanija fis-Senegal u rċieva ħlasijiet għal kuntratti mirbuħa lill-MOP u lil Corman Construction, u għalhekk huwa responsabbli għall-attivitajiet finanzjarji li jappoġġaw lir-reġim u lill-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK. Il-Gvern tal-Istati Uniti ssanzjona lil Choe Song Chol fl-2023 għal raġunijiet simili. Il-Bord ta' Esperti tan-NU f'Marzu 2024 sab li l-artisti marbuta ma' Mansudae Overseas Project Group komplew joperaw barra mill-pajjiż.”;

(b)

taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, l-entrati 4 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem (u prewdonimi possibbli)

Post

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“4.

Pan Systems Pyongyang

magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System

Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK

16.10.2017

Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi jew materjal relatat lill-Eritrea.

Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f'isem, Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi. Ir-Rapport ta' Settembru 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU identifika lill-kumpanija bħala li tesporta u tipprovdi taħriġ fl-użu ta' tagħmir ta' telekomunikazzjoni militari lill-forzi armati Etjopjani permezz ta' kumpaniji faċċata fil-Malażja u fl-Indoneżja.

8.

Korea Paekho Trading Corporation

(Psewdonimu: Joson Paekho Muyok Hoesa)

조선백호무역회사

Indirizz: Chongryu 3-dong, Taedonggang District, Pyongyang, Democratic People's Republic of Korea

21.4.2022

Paekho Trading Corporation hija kumpanija tal-arti involuta fil-bini ta' statwi barra mill-pajjiż, fl-esportazzjoni ta' statwi artistiċi prodotti minn Paekho Art Studio, u tiffaċilita x-xogħol illeċitu u l-aċċess għal sistemi finanzjarji internazzjonali. Hija tiffoka speċifikament fuq għotjiet u self għall-iżvilupp, kif ukoll investiment dirett barrani allokat għal proġetti muniċipali. B'hekk, hija involuta fl-evażjoni tas-sanzjonijiet u responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK. F'Lulju 2024, il-kumpanija dehret li pparteċipat f'fiera kummerċjali ta' prodotti tar-RDPK fi Vladivostok, ir-Russja.”;

(c)

taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Post

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“11.

Royal Shune Lei

Indirizz: Building 37, Room 6, Bahosi Housing, Lanmadaw Township, Yangon, Myanmar/Burma

16.12.2024

Il-Grupp ta' Esperti tan-NU jirrapporta li Royal Shune Lei, kumpanija tal-Myanmar/Burma, li taħdem bħala ditta intermedjarja għall-forzi armati tal-Myanmar/Burma, hija identifikata bħala li qed taħdem mal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-provvista ta' armi u armamenti mir-RDPK. Tali trasferimenti ta' armi mir-RDPK huma ksur tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Għaldaqstant, l-entità qed tassisti fl-evażjoni tas-sanzjonijiet tan-NU.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3152/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)