4.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Lulju 2022

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(BĊE/2022/27)

(2022/C 297/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2018 De Nederlandsche Bank għażel lil KPMG Accountants N.V. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2022, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2025 (1).

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tad-De Nederlandsche Bank, KPMG Accountants N.V., se jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(4)

De Nederlandsche Bank biħsiebu jestendi l-mandat ta’ KPMG Accountants N.V. sas-sena finanzjarja 2025. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn De Nederlandsche Bank u KPMG Accountants N.V.,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li KPMG Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2023 sa 2025.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 27 ta’ Lulju 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2018/25 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (ĠU C 394, 30.10.2018, p. 1).