|
26.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/86 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta' April 2014
li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer
(notifikata bid-dokument C(2014) 2551)
(It-testi bl-Estonjan, il-Latvjan, il-Litwan u l-Polakk biss huma awtentiċi)
(2014/236/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer (African Swine Fever — ASF) huwa infettiv u normalment fatali. Din il-marda virali tal-ħnieżer domestiċi u slavaġġ tikkawża disturbi serji lill-kummerċ ġewwa l-Unjoni stess u lill-esportazzjoni tagħha lejn pajjiżi terzi ta' ħnieżer ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali tal-ispeċi porċina. |
|
(2) |
Wara l-konferma tal-ASF fil-Ġeorġja fl-2007, il-marda nfirxet għall-Federazzjoni Russa fejn bosta tifqigħat ta' dik il-marda ġew irrappurtati fil-ħnieżer u ċ-ċingjali fil-parti Ewropea kollha tar-Russja. Barra minn hekk, f'Ġunju 2013, il-Bjelorussja rrappurtat il-konferma ta' tifqigħa tal-ASF fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjun ta' Grodno, madwar 40 kilometru mill-fruntiera Litwana u qrib il-fruntiera mal-Polonja. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/498/UE (3) provdiet kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għal sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza kontra l-ASF, implimentati fl-2013 fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, li huma l-Istati Membri esposti għal theddida diretta għall-introduzzjoni tal-ASF. |
|
(4) |
F'Jannar 2014 il-marda ġiet irrapportata fil-popolazzjoni taċ-ċingjali fl-Ukraina u għadha qed tinfirex fil-Bjelorussja u fil-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, f'Jannar 2014 ġew identifikati żewġ każijiet ta' ASF fil-popolazzjoni taċ-ċingjali fil-Litwanja u wara ftit jiem ġew irrappurtati żewġ każijiet oħra fiċ-ċingjali fil-Polonja. Fiż-żewġ Stati Membri,il-marda seħħet fil-fruntiera mal-Bjelorussja. Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-ASF fil-pajjiżi li jmissu mal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi theddida diretta lil azjendi agrikoli tal-ħnieżer fl-Unjoni minħabba li l-vajrus jista' jiddaħħal fl-Istati Membri li għandhom il-fruntieri tagħhom ma' pajjiżi terzi infettati permezz ta' ċingjali li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni minn żoni infettati, iżda wkoll permezz ta' vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin jew bl-introduzzjoni mhux awtorizzata fl-Unjoni ta' prodotti derivati minn annimali tal-ispeċi porċina. |
|
(5) |
Ir-riskju tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF huwa ogħla għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja minħabba l-okkorrenza u l-evoluzzjoni ta' dik il-marda madwar it-territorju tal-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina. Dawn l-Istati Membri nfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li bi ħsiebhom jadottaw biex issaħħu l-protezzjoni tat-territorji tagħhom u dawk ta' Stati Membri oħra. |
|
(6) |
Matul l-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja implimentaw sorveljanza biex ikunu jistgħu jidentifikaw mill-ewwel l-ASF fiċ-ċingjali u l-ħnieżer domestiċi. Ċerti attivitajiet ta' sorveljanza jridu jitwettqu fit-territorji ta' dawk l-Istati Membri, għal prevenzjoni aħjar tal-ASF fl-Unjoni. |
|
(7) |
It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi li kienu possibilment f'kuntatt mal-vajrus tal-ASF huma fost il-miżuri ta' prekawzjoni kontra d-dħul tal-ASF fl-Unjoni. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE (4) tistipula ċerti miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF mill-Bjelorussja u l-Federazzjoni Russa u tistabbilixxi li l-vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u li jidħlu fl-Unjoni minn żoni infettati jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq. |
|
(8) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (5), ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni permezz ta' kunsinni personali li fihom prodotti tal-ħnieżer mibgħuta bil-posta jew li jinġarru f'bagalji ta' vjaġġaturi, b'mod partikolari dawk li jaslu mill-Bjelorussja u l-Federazzjoni Russa, huwa ogħla minn negliġibbli u jeħtieġ iżjed kontrolli f'punti tad-dħul. |
|
(9) |
Barra minn hekk, firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, inklużi veterinarji, bdiewa professjonali u mhux, sewwieqa tat-trakkijiet, aġenti tad-dwana, passiġġieri u l-pubbliku ġenerali, għandha tkun konxja tar-riskji tal-introduzzjoni tal-ASF u l-konsegwenzi tagħha permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati biex jissensibilizzaw lin-nies dwar il-mard u biex jippreparawhom fil-qafas tal-pjanijiet ta' kontinġenza mfassla b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (6), biex tiġi żgurata reazzjoni rapida kontra l-ASF. |
|
(10) |
Fl-2014 l-ASF fiċ-ċingjali fil-Litwanja u l-Polonja. Iż-żewġ Stati Membri huma direttament mhedda mill-preżenza tal-ASF fil-fruntiera mal-Bjelorussja. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda fit-territorju tagħhom, il-Litwanja u l-Polonja se jnaqqsu d-densità ta' ospiti suxxettibbli f'irziezet tal-ħnieżer b'bijosigurtà baxxa fiż-żoni infettati billi jippromwovu l-qatla tal-ħnieżer u l-prevenzjoni tar-riforniment fl-istabbilimenti tal-ħnieżer mill-inqas għal sena. Fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru 2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ppreżentaw il-pjanijiet rispettivi u l-istimi tal-ispiża għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza matul l-2014 fiż-żoni kkunsidrati l-aktar f'riskju ta' introduzzjoni tal-ASF mill-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina. Il-pjanijiet imsemmija ġew eżaminati mill-Kummissjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u nstabu li jikkonformaw mad-Direttiva 2002/60/KE. |
|
(11) |
L-azzjonijiet meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għas-sorveljanza tal-marda, it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi u għall-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni huma kofinanzjati b'rata ta' 50 %. |
|
(12) |
L-azzjonijiet meħuda mil-Litwanja u l-Polonja biex inaqqsu d-densità tal-ħnieżer f'żoni infettati fil-fruntiera mal-Bjelorussja għandhom ikunu kofinanzjati b'rata ta' 30 %. |
|
(13) |
Billi l-pjan ppreżentat mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għal miżuri ta' emerġenza kontra l-introduzzjoni tal-ASF mill-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina mwettqa fl-2014 huma qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għan-nefqa prevista fil-programm ta' ħidma għall-għotjiet. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fil-qafas ta' miżuri ta' emerġenza għall-protezzjoni kontra l-ASF meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fl-2014, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3 u ppjanati għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 50 % tan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
teħid ta' kampjuni ta' ħnieżer domestiċi; |
|
(b) |
teħid ta' kampjuni ta' ċingjali; |
|
(c) |
testijiet ELISA; |
|
(d) |
PCR u testijiet ta' sekwenzjar; |
|
(e) |
xiri ta' tagħmir u diżinfettanti għat-tindif u d-diżinfezzjoni; |
|
(f) |
xiri ta' tagħmir speċifiku għat-tneħħija ta' karkassi tal-annimali; |
|
(g) |
xiri ta' tagħmir għat-testijiet tal-laboratorju viroloġiċi; |
|
(h) |
kampanji ta' sensibilizzazzjoni. |
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 30 % tan-nefqa mġarrba mil-Litwanja u l-Polonja biex jirrimborżaw lis-sidien tal-ħnieżer għat-telf ikkawżat mill-qatla bikrija tal-ħnieżer fiż-żoni infettati.
Artikolu 2
1. Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għal l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punti (a), (b), (c) u (d) ma għandhiex tkun aktar minn:
|
(a) |
EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun; |
|
(b) |
EUR 5 għal kull ċingjal inkluż fil-kampjun; |
|
(c) |
EUR 2 għal kull test ELISA; |
|
(d) |
EUR 10 għal kull PCR u test ta' sekwenzjar; |
2. Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (e) ma għandhiex tkun aktar minn:
|
(a) |
EUR 6 000 għall-Estonja; |
|
(b) |
EUR 58 000 għal-Latvja; |
|
(c) |
EUR 950 000 għal-Litwanja; |
|
(d) |
EUR 102 100 għall-Polonja. |
3. L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (f) ma għandhomx ikunu aktar minn:
|
(a) |
EUR 100 000 għal-Litwanja; |
|
(b) |
EUR 150 000 għall-Polonja. |
4. L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (g) ma għandhomx ikunu aktar minn
|
|
EUR 75 000 għal-Litwanja; |
5. Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (h) ma għandhiex tkun aktar minn:
|
(a) |
EUR 1 500 għall-Estonja; |
|
(b) |
EUR 15 000 għal-Latvja; |
|
(c) |
EUR 75 000 għal-Litwanja; |
|
(d) |
EUR 11 250 għall-Polonja. |
6. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(3) ma għandiex tkun aktar minn:
|
(a) |
EUR 225 000 għal-Litwanja; |
|
(b) |
EUR 337 500 għall-Polonja. |
7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) ma għandiex tkun aktar:
|
(a) |
EUR 27 000 għall-Estonja; |
|
(b) |
EUR 190 000 għal-Latvja; |
|
(c) |
EUR 1 948 000 għal-Litwanja; |
|
(d) |
EUR 1 341 000 għall-Polonja. |
8. In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għal:
|
(a) |
xiri ta' kits għat-testijiet, reaġenti u l-oġġetti ta' konsum identifikabbli kollha, speċjalment dawk użati għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju; |
|
(b) |
persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, li huwa speċifikament allokat għal kollox jew parzjalment biex iwettaq it-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji attwali flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u spejjeż oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni; |
|
(c) |
spejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b). |
Artikolu 3
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:
|
(a) |
jimplimentaw l-attivitajiet u l-miżuri kif deskritti fil-programmi approvati; |
|
(b) |
jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi; |
|
(c) |
jibagħtu lill-Kummissjoni rapport tekniku finali għall-miżuri skont l-Anness I u rapport finanzjarju finali skont l-Anness II sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015. |
2. Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur u t-telf finanzjarju għall-Unjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja u lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/498/UE tal-10 ta' Ottubru 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f'pajjiżi terzi ġirien (ĠU L 272, 12.10.2013, p. 47).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
ANNESS I
Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta' sorveljanza marbut mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u fil-ħnieżer domestiċi
Stat Membru:
Data:
|
1. |
Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:
|
|
2. |
Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi: |
|
3. |
Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc: |
(1) Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament tal-vajrus, oħrajn (speċifika).
ANNESS II
Rapport finanzjarju finali dwar il-miżuri ta' emerġenza marbuta ma' Deni Afrikan tal-ħnieżer
Stat Membru:
Data:
|
1. |
Miżuri ta' sorveljanza b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u l-ħnieżer domestiċi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Tindif u diżinfezzjoni
|
|
3. |
TAGĦMIR KIF INSEMMI FL-ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 2 (f) U (g)
|
|
4. |
RIMBORS TAL-ĦNIEŻER
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
KAMPANJI TA' SENSIBILIZZAZZJONI
|
|
6. |
Jiena niċċertifika li:
|
Data:
Isem u firma tad-Direttur Operattiv:
(*1) L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT