European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3716

9.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12491 — DERICHEBOURG ENVIRONNEMENT / SCHOLZ GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3716)

1.   

Fit-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Derichebourg Environnement SAS (“Derichebourg Environnement”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata biss mis-Sur Daniel Derichebourg,

—

Scholz Holding GmbH (il-Ġermanja) u Scholz Recycling GmbH (il-Ġermanja) li flimkien mas-sussidjarji tagħhom jikkostitwixxu Scholz Group (il-Ġermanja), ikkontrollat minn Chiho Renewable International Holding Ltd (Hong Kong).

Derichebourg Environnement se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Scholz Group.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Derichebourg Environnement hija attiva fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, b’mod partikolari, fir-riċiklaġġ tal-metall kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi tas-settur pubbliku, inklużi servizzi ta’ tindif urban u ġbir ta’ skart domestiku għall-awtoritajiet lokali,

—

Scholz Group huwa attiv fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fis-settur tat-trattament tal-iskart, b’mod partikolari, fir-riċiklaġġ tal-metall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12491 — DERICHEBOURG ENVIRONNEMENT / SCHOLZ GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3716/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)