18.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/657

tal-15 ta’ Mejju 2020

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 35(10), it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 244(6) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 245(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Portugiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 (2) fiha diversi żbalji fit-terminoloġija fl-Att u fl-Annessi

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 fiha żbalji fl-Anness I, taqsimiet SR.22.03.01 u S.35.01.04, u fl-Anness II, taqsima S.22.03, fir-rigward tat-tip ta’ rata, u fl-Anness II, taqsima S.26.03, fir-rigward tal-espressjoni ta’ punt perċentwali.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 bl-Iżvediż u bil-Portugiż jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1).