|
1.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 108/2011
tat-30 ta’ Settembru 2011
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18yb (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
|
“18yc. |
32010 R 1151: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1151/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.
(2) ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.