|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1752 |
21.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1752
tal-20 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1475 fir-rigward tar-rapportar tad-data dwar l-interventi fis-settur tal-inbid għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2026/471 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward, fost l-oħrajn, ta’ ċerti tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid. Ir-Regolament (UE) 2026/471 żied żewġ tipi ġodda ta’ intervent: “il-qlugħ permanenti tad-dwieli ta’ vinji produttivi” u l-“monitoraġġ, dijanjostika, taħriġ, komunikazzjoni u riċerka biex jiġi evitat it-tixrid ta’ pesti rilevanti msemmija fil-Parti B tal-Anness II u fil-parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072” (3). |
|
(2) |
L-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi li għandu jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni li jippermetti r-rapportar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. L-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni disponibbli meħtieġa biex tkun tista’ twettaq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni (PAK), b’mod partikolari data dwar l-interventi fis-settur tal-inbid. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jirrapportaw data relatata maż-żewġ tipi ġodda ta’ intervent. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti 10, taħt il-Formola B.3, tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1475 (4) tiġi emendata biex tkopri dawn it-tipi ġodda ta’ intervent. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Politika Agrikola Komuni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1475
Fil-Parti 10, taħt il-Formola B.3, tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1475, jiżdiedu l-punti (i) u (j) li ġejjin:
|
“(i) |
għall-qlugħ permanenti tad-dwieli ta’ vinji produttivi:
|
|
(j) |
għall-monitoraġġ, id-dijanjostika, it-taħriġ, il-komunikazzjoni u r-riċerka biex jiġi evitat it-tixrid ta’ pesti rilevanti msemmija fil-Parti B tal-Anness II u fil-parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (*1):
|
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).”"
() Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2026/471 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Frar 2026 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 u (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat, u r-Regolament (UE) 2024/1143 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż (ĠU L, 2026/471, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/471/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1475 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-għoti ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni (ĠU L 232, 7.9.2022, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1475/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1752/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)