Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VIII: POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Kapitolu 2: Politika monetarja - Artikolu 128 (ex Artikolu 106 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0103 - 0103
Artikolu 128 (ex Artikolu 106 TKE) 1. L-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta' karti ta' flus ta' l-euro fl-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu joħorġu dawn il-karti tal-flus. Il-karti tal-flus li jinħarġu mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali nazzjonali jkunu l-uniċi karti tal-flus bi status ta' valuta legali fl-Unjoni. 2. L-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti ta' l-euro suġġetti għall-approvazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-volum tal-ħruġ. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew, jista' jadotta miżuri sabiex jarmonizza d-denominazzjonijiet u i-karatteristiċi tekniċi tal-muniti kollha intiżi għaċ-ċirkolazzjoni safejn dan ikun neċessarju għaċ-ċirkolazzjoni faċli fl-Unjoni. --------------------------------------------------