31983R1457



Official Journal L 150 , 08/06/1983 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 18 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 18 P. 0220


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1457/83

tas-26 ta' Mejju 1983

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' bdil ta' ittri dwar l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas dwar koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 113 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunità, l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas dwar koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil għandu jiġi emendat u l-ftehim fl-għamla ta' bdil ta' ittri għandu jiġi approvat għal dak il-għan

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'għamla ta' bdil ta' ittri dwar l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas dwar koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

Otto Graf Lambsdorff

[1] ĠU C 96, tal-11.4.1983, pġ. 89.

--------------------------------------------------