8.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2387

tat-30 ta’ Awwissu 2022

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/655 fir-rigward tal-adattament tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’kombustjoni interna fis-servizz installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq biex jinkludu magni b’potenza ta’ inqas minn 56 kW u iktar minn 560 kW

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni wettqet programmi addizzjonali ta’ monitoraġġ fis-servizz b’kooperazzjoni mal-manifatturi biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tat-testijiet ta’ monitoraġġ u tal-analiżi tad-dejta għall-kejl tal-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward ta’ magni għajr is-sottokategoriji NRE-v-5 u NRE-v-6, fi tħaddim proprju matul iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li fir-Regolament Delegat (UE) 2017/655 (2) jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet xierqa dwar il-monitoraġġ fis-servizz għal dawk is-sottokategoriji.

(2)

Meta jitqies it-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq il-kapaċità tal-manifatturi li jwettqu testijiet tal-monitoraġġ fis-servizz, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu t-testijiet u biex il-Kummissjoni tivvaluta r-riżultati tat-testijiet u tipproduċi r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2016/1628, jeħtieġ li jiġu modifikati l-iskadenzi għat-tressiq tar-rapporti tat-testijiet ta’ monitoraġġ fis-servizz.

(3)

Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li avvenimenti mhux mistennija barra mill-kontroll tal-manifattur jistgħu jagħmluha impossibbli li l-monitoraġġ tal-magni fis-servizz jitwettaq kif ippjanat. Minħabba t-tfixkil kontinwu kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, l-awtorità tal-approvazzjoni jenħtieġ li taċċetta aġġustament raġonevoli tal-pjan oriġinali għall-monitoraġġ ta’ kull Grupp ta’ Magni għall-Monitoraġġ fis-Servizz (Grupp ISM).

(4)

L-emendi stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinfluwenzawx il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’kombustjoni interna fis-servizz b’potenza ta’ bejn 56 kW u 560 kW (is-sottokategoriji NRE-v-5 u NRE-v-6). Għal dawk is-sottokategoriji, il-bidliet introdotti huma limitati għal aġġustamenti amministrattivi li jipprevedu l-inklużjoni tagħhom fi Grupp ISM, u għalhekk huma irrilevanti għal dak il-monitoraġġ. Għalhekk huwa xieraq li l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ magna jew familja ta’ magni approvati f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/655 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jibqgħu validi.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2017/655 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/655

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/655 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament japplika għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi mill-kategoriji ta’ magni fis-servizz tal-Istadju V installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq li ġejjin, irrispettivament minn meta tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dawk il-magni:

(a)

NRE u NRG (is-sottokategoriji kollha);

(b)

NRS-vi-1b, NRS-vr-1b, NRS-v-2a, NRS-v-2b u NRS-v-3;

(c)

IWP u IWA (is-sottokategoriji kollha);

(d)

RLL u RLR (is-sottokategoriji kollha);

(e)

ATS;

(f)

SMB;

(g)

NRSh (is-sottokategoriji kollha);

(h)

NRS-vi-1a u NRS-vr-1a.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Proċeduri u rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ magni fis-servizz

L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi minn magni fis-servizz imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jiġu mmonitorjati kif ġej:

(a)

Għal dawk il-magni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (f), il-monitoraġġ għandu jitwettaq f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(b)

Għal dawk il-magni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (g) u (h):

(i)

l-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika.

(ii)

il-proċedura ta’ tiqdim użata biex jiġi stabbilit il-fattur ta’ deterjorament (DF) għat-tip ta’ magna, jew, fejn applikabbli, għall-familja ta’ magni, kif meħtieġ mit-taqsima 4.3 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (*1), inkluż kwalunkwe element awtomatizzat, għandha tkun iddisinjata biex tippermetti lill-manifattur jipprevedi b’mod xieraq id-deterjorament tal-emissjonijiet waqt l-użu mistenni matul il-perjodu ta’ durabbiltà tal-emissjonijiet (EDP) ta’ dawk il-magni waqt l-użu tipiku.

(iii)

Il-Kummissjoni għandha, kull ħames snin, b’kooperazzjoni mal-manifatturi, twettaq programm pilota li jinvolvi l-aktar tipi ta’ magni riċenti sabiex tiżgura li l-proċedura għad-determinazzjoni tad-DFs stabbilita fit-taqsima 4 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 tibqa’ adegwata u effettiva għall-kontroll tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti matul il-ħajja utli tal-magni.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).”;"

(3)

fl-Artikolu 3a, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ magna jew familja ta’ magni approvati f’konformità ma’ dan ir-Regolament qabel is-26 ta’ Diċembru 2022 ma għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu riveduti jew estiżi minħabba l-ittestjar imwettaq f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness.”;

(4)

l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/655 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi mill-magni b’kombustjoni interna fis-servizz installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 334).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/655 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punti 1.2.a u 1.2.b li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 1.2:

“1.2.a.   Grupp ta’ Magni għall-Monitoraġġ fis-Servizz (Grupp ISM)

Għat-twettiq tal-ittestjar fis-servizz, it-tipi kollha ta’ magni u familji ta’ magni prodotti mill-manifattur għandhom jiġu raggruppati f’konformità mas-sottokategorija tagħhom kif stabbilit fit-Tabella 1 u muri fl-Illustrazzjoni 1. Manifattur wieħed jista’ jkollu Grupp ISM wieħed għal kull tip possibbli ta’ Grupp ISM.

Tabella 1

Gruppi ISM

Grupp ISM

(Sotto)kategoriji tal-magna

A

NRE-v-5, NRE-v-6

B

NRE-c-5, NRE-c-6

C

NRE-v-3, NRE-v-4

D

NRE-c-3, NRE-c-4

E

NRE-v-1, NRE-c-1, NRE-v-2, NRE-c-2

F

NRE-v-7, NRE-c-7

G

NRG-v-1, NRG-c-1

H

NRS-v-2b, NRS-v-3

I

NRS-vr-1b, NRS-vi-1b, NRS-v-2a

J

IWP-v-1, IWP-c-1, IWA-v-1, IWA-c-1, IWP-v-2, IWP-c-2, IWA-v-2, IWA-c-2

K

IWP-v-3, IWP-c-3, IWA-v-3, IWA-c-3

L

IWP-v-4, IWP-c-4, IWA-v-4, IWA-c-4

M

RLL-v-1, RLL-c-1

N

RLR-v-1, RLR-c-1

O

SMB-v-1

P

ATS-v-1

Illustrazzjoni 1

Illustrazzjoni tal-Gruppi ISM

Image 1

1.2.b.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun jew:

(a)

l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tat-tip ta’ magna jew familja ta’ magna, f’każ li l-Grupp ISM ikun fih approvazzjoni tat-tip waħda;

(b)

l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip ta’ diversi tipi ta’ magni u/jew familji ta’ magni fl-istess Grupp ISM;

(c)

f’każ li l-Grupp ISM ikun fih tipi ta’ magni, u/jew familji ta’ magni, approvati minn awtoritajiet tal-approvazzjoni differenti, l-awtorità tal-approvazzjoni maħtura mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha involuti”

(2)

fil-punt 1.3, is-subpunt (b) jitħassar:

(3)

il-punt 1.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.4.

Magni b’Unità ta’ Kontroll Elettroniku (ECU) u b’interfaċċa ta’ komunikazzjoni maħsuba sabiex tipprovdi d-data meħtieġa kif speċifikat fl-Appendiċi 7, iżda li għandha interfaċċa nieqsa jew data nieqsa, jew fejn ma jkunx possibbli li jinkisbu identifikazzjoni u validazzjoni ċari tas-sinjali meħtieġa, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal test ta’ monitoraġġ fis-servizz, u għandha tintgħażel magna alternattiva.

L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhiex taċċetta n-nuqqas ta’ ECU jew ta’ interfaċċa, jew sinjali nieqsa jew invalidi, jew in-nuqqas ta’ konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU, bħala raġuni sabiex jitnaqqas in-numru ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati skont dan ir-Regolament.”;

(4)

il-punt 2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.1.

Il-manifattur għandu jissottometti l-pjan inizjali għall-monitoraġġ ta’ kull Grupp ISM lill-awtorità tal-approvazzjoni fi żmien:

(a)

għall-Grupp ISM A, xahar mill-bidu tal-produzzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ magna jew familja ta’ magni fi ħdan il-Grupp ISM;

(b)

għal kwalunkwe Grupp ISM ieħor, id-data l-aktar tard minn dawn li ġejjin:

(i)

is-26 ta’ Ġunju 2023;

(ii)

xahar wara l-bidu tal-produzzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ magna jew familja ta’ magni fi ħdan il-Grupp ISM.”;

(5)

fil-punt 2.2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.2.

Il-pjan inizjali għandu jinkludi l-lista tat-tipi ta’ magni u familji ta’ magni fil-Grupp ISM, flimkien mal-kriterji użati għall-għażla u l-ġustifikazzjoni tal-għażla ta’:”;

(6)

il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Il-manifatturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità tal-approvazzjoni pjan aġġornat għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz kull meta l-lista ta’ familji ta’ magni fil-Grupp ISM tinbidel jew meta l-lista ta’ magna/i partikolari u makkinarju mobbli mhux tat-triq magħżula tkun lesta jew riveduta. Il-pjan aġġornat għandu jinkludi ġustifikazzjoni tal-kriterji użati għall-għażla u r-raġunijiet għar-reviżjoni tal-lista preċedenti, jekk applikabbli. Meta n-numru ta’ familji ta’ magni fil-Grupp ISM jew il-volum tal-produzzjoni annwali għas-suq tal-Unjoni jinbidel, anke l-pjan bin-numru ta’ testijiet li għandhom jitwettqu f’konformità mal-punt 2.6 għandu jiġi aġġustat kif xieraq.”;

(7)

il-punti 2.6 sa 2.6.4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.6.   Kriterji għall-għażla tal-magni li għandhom jiġu ttestjati

In-numru ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati jirreferi għall-Grupp ISM, u mhux għas-sottokategoriji tal-magna, għall-familji ta’ magni jew għat-tipi ta’ magni li jappartjenu għall-Grupp ISM.

Il-manifattur għandu jagħżel magni li jirrappreżentaw, b’mod ibbilanċjat, is-sottokategoriji, il-familji ta’ magni u t-tipi ta’ magni li jappartjenu għall-Grupp ISM. Dan mhux neċessarjament għandu jimplika l-ittestjar ta’ magni li jappartjenu għal kull sottokategorija ta’ magna, familja ta’ magni jew tip ta’ magna.

Għall-Gruppi ISM li jkun fihom kemm il-kategorija IWP kif ukoll dik IWA, l-għażla tal-magna għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, magni taż-żewġ kategoriji.

2.6.1.   Skema ta’ ttestjar għall-Grupp ISM A

Il-manifattur għandu jagħżel waħda mill-iskemi ta’ ttestjar li ġejjin deskritti fil-punti 2.6.1.1 u 2.6.1.2 għall-monitoraġġ fis-servizz.

2.6.1.1.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq il-Perjodu tad-Durabbiltà tal-Emissjonijiet (EDP)

2.6.1.1.1.

L-ittestjar ta’ disa’ magni mill-Grupp ISM b’servizz akkumulat ta’ anqas minn a % tal-EDP, f’konformità mat-Tabella 2. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2024.

2.6.1.1.2.

L-ittestjar ta’ disa’ magni mill-Grupp ISM b’servizz akkumulat ta’ aktar minn b % tal-EDP, f’konformità mat-Tabella 2. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2026.

2.6.1.1.3.

Meta l-manifattur ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżit skont il-punt 2.6.1.1 minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ magni bl-akkumulazzjoni tas-servizz meħtieġa tal-punt 2.6.1.1.2, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tippermetti l-ittestjar ta’ magni skont dan il-punt b’servizz akkumulat ta’ bejn darbtejn l-a % u l-b % tal-EDP, dment li l-manifattur jipprovdi evidenza robusta li jkun għażel magni bl-ogħla akkumulazzjoni ta’ servizz disponibbli. Bħala alternattiva, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta bidla fl-iskema tal-ittestjar ibbażata fuq perjodu ta’ erba’ snin stabbilita fil-punt 2.6.1.2. F’dak il-każ, in-numru totali ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati skont il-punt 2.6.1.2 għandu jitnaqqas bin-numru ta’ magni diġà ttestjati u rrapportati f’konformità mal-punt 2.6.1.1.

Tabella 2

% tal-valuri tal-EDP għall-Grupp ISM definit f’2.6.1

Potenza ta’ referenza tal-magna magħżula (kW)

a

b

56 ≤ P < 130

20

55

130 ≤ P ≤ 560

30

70

2.6.1.2.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq perjodu ta’ erba’ snin

Kull manifattur għandu jittestja medja ta’ disa’ magni fis-sena mill-Grupp ISM matul erba’ snin konsekuttivi. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni kull sena, għat-testijiet li jitwettqu. L-iskeda għall-ittestjar u s-sottomissjoni tar-riżultati għandha tkun inkluża fil-pjan inizjali, u fi kwalunkwe pjan sussegwentement aġġornat, għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz ippreżentat mill-manifattur u approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.6.1.2.1.

Ir-riżultati tat-test tal-ewwel disa’ magni għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara li l-ewwel magna tkun ġiet installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq u sa mhux aktar tard minn 30 xahar wara li tkun bdiet il-produzzjoni tat-tip ta’ magna jew familja ta’ magni approvati fi ħdan il-Grupp ISM.

2.6.1.2.2.

Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ebda magna ma tkun ġiet installata f’makkinarju mobbli mhux tat-triq 30 xahar wara li tkun bdiet il-produzzjoni, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati wara l-installazzjoni tal-ewwel magna, f’data miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni.

2.6.1.2.3.

Manifatturi li jipproduċu volum żgħir

Fil-każ ta’ manifatturi li jipproduċu volum żgħir, in-numru ta’ magni ttestjati għandu jiġi adattat kif ġej:

(a)

il-manifatturi li jipproduċu biss żewġ familji ta’ magni fi ħdan Grupp ISM għandhom jissottomettu medja ta’ sitt riżultati ta’ testijiet ta’ magni fis-sena;

(b)

il-manifatturi li jipproduċu għas-suq tal-Unjoni aktar minn 250 magna fis-sena ta’ Grupp ISM li jkun fih familja ta’ magni waħda biss għandhom jissottomettu medja ta’ tliet riżultati ta’ testijiet ta’ magni fis-sena;

(c)

il-manifatturi li jipproduċu għas-suq tal-Unjoni bejn 125 u 250 magna fis-sena ta’ Grupp ISM li jkun fih familja ta’ magni waħda biss għandhom jissottomettu medja ta’ żewġ riżultati ta’ testijiet ta’ magni fis-sena;

(d)

il-manifatturi li jipproduċu għas-suq tal-Unjoni anqas minn 125 magna fis-sena ta’ Grupp ISM li jkun fih familja ta’ magni waħda biss għandhom jissottomettu medja ta’ riżultat wieħed ta’ test ta’ magna fis-sena.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika li l-kwantitajiet tal-produzzjoni ddikjarati ma jinqabżux matul il-perjodu ta’ erba’ snin li fih il-manifattur iwettaq l-ittestjar. Jekk dawn il-kwantitajiet jinqabżu fi kwalunkwe punt, il-manifattur għandu jittestja medja ta’ disa’ magni fis-sena għas-snin li jifdal tal-perjodu ta’ erba’ snin li għalihom ma jkunux ġew irrapportati riżultati.

2.6.2.   Skema ta’ ttestjar għall-Gruppi ISM B, F, G, J, K, L, M u N

Il-manifattur għandu jagħżel, għal kull grupp, waħda mill-iskemi ta’ ttestjar li ġejjin deskritti fil-punti 2.6.2.1 u 2.6.2.2 għall-monitoraġġ fis-servizz.

2.6.2.1.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq il-Perjodu tad-Durabbiltà tal-Emissjonijiet (EDP)

2.6.2.1.1.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’servizz akkumulat ta’ anqas minn c % tal-EDP, f’konformità mat-Tabella 3. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2024.

2.6.2.1.2.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’servizz akkumulat ta’ aktar minn d % tal-EDP, f’konformità mat-Tabella 3. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2026.

2.6.2.1.3.

Meta l-manifattur ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.6.2.1.1 u 2.6.2.1.2 minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ magni bl-akkumulazzjoni tas-servizz meħtieġa, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tippermetti l-ittestjar ta’ magni skont dan il-punt b’servizz akkumulat ta’ bejn darbtejn is-c % u d-d % tal-EDP, dment li l-manifattur jipprovdi evidenza robusta li jkun għażel magni bl-ogħla akkumulazzjoni ta’ servizz disponibbli. Bħala alternattiva, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta bidla fl-iskema tal-ittestjar ibbażata fuq perjodu ta’ erba’ snin stabbilita fil-punt 2.6.2.2. F’dak il-każ, in-numru totali ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati skont il-punt 2.6.2.2 għandu jitnaqqas bin-numru ta’ magni diġà ttestjati u rrapportati f’konformità mal-punti 2.6.2.1.1 u 2.6.2.1.2.

2.6.2.1.4.

Meta jintuża r-rapport tat-test ta’ familja ta’ magni tal-Istadju IIIB ekwivalenti għall-kategorija RLL sabiex tinkiseb approvazzjoni tat-tip tal-Istadju V korrispondenti għal dik il-familja ta’ magni f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656 u l-manifattur tal-magna ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti fil-punti 2.6.2.1.1 u 2.6.2.1.2 minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ magni tal-Istadju V bl-akkumulazzjoni tas-servizz meħtieġa, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta l-għażla ta’ magna tal-Istadju IIIB sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2.6.2.1.1 u 2.6.2.1.2.

Tabella 3

% tal-valuri tal-EDP għall-Gruppi ISM definiti f’2.6.2.1

Potenza ta’ referenza tal-magna magħżula (kW)

c

d

P < 56

10

40

56 ≤ P < 130

20

55

P ≥ 130

30

70

Tabella 4

In-numru ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati għall-Gruppi ISM definiti f’2.6.2, f’2.6.3.1 u f’2.6.4.1

N

CA

x

1

-

1

2 ≤ N ≤ 4

-

2

> 4

≤ 50

2

5 ≤ N ≤ 6

> 50

3

≥ 7

> 50

4

Fejn:

N

=

In-numru totali ta’ familji ta’ magni tal-UE prodotti mill-manifattur fi ħdan il-Grupp ISM

CA

=

Il-produzzjoni annwali kkombinata għas-suq tal-UE għall-bqija tal-familji ta’ magni prodotti mill-manifattur fi ħdan grupp ISM wara li jitwarrbu l-erba’ familji bl-ogħla produzzjoni annwali għas-suq tal-UE.

x

=

In-numru ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati

2.6.2.2.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq perjodu ta’ erba’ snin

L-ittestjar ta’ medja ta’ x magni mill-Grupp ISM fis-sena matul erba’ snin konsekuttivi, f’konformità mat-Tabella 4. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni kull sena, għat-testijiet li jitwettqu. L-iskeda għall-ittestjar u s-sottomissjoni tar-riżultati għandha tkun inkluża fil-pjan inizjali, u fi kwalunkwe pjan sussegwentement aġġornat, għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz ippreżentat mill-manifattur u approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.6.2.2.1.

Ir-riżultati tat-testijiet tal-ewwel x magni għandhom jiġu sottomessi qabel id-data l-aktar tard minn dawn li ġejjin:

(a)

is-26 ta’ Diċembru 2024;

(b)

12-il xahar wara li l-ewwel magna tkun ġiet installata f’makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(c)

18-il xahar wara li tibda l-produzzjoni ta’ tip ta’ magna jew familja ta’ magni approvati fi ħdan il-Grupp ISM.

2.6.2.2.2.

Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ebda magna ma tkun ġiet installata f’makkinarju mobbli mhux tat-triq 18-il xahar wara li tkun bdiet il-produzzjoni, ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati wara l-installazzjoni tal-ewwel magna, f’data miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni.

2.6.2.2.3.

Manifatturi li jipproduċu volum żgħir

In-numru ta’ magni ttestjati għandu jiġi adattat f’każ li l-produzzjoni annwali kkombinata fil-familji kollha ta’ magni fi Grupp ISM ma taqbiżx il-50 magna (manifatturi li jipproduċu volum żgħir), kif ġej:

(a)

il-manifatturi li jipproduċu total ta’ bejn 25 u 50 magna fis-sena għas-suq tal-Unjoni fil-familji kollha fi Grupp ISM partikolari għandhom jissottomettu jew:

(i)

riżultat wieħed ta’ test ta’ magna b’servizz akkumulat bejn c % u d % tal-EDP kif definit fit-Tabella 3 sas-26 ta’ Diċembru 2025, jew;

(ii)

medja ta’ riżultat wieħed ta’ test ta’ magna fis-sena fuq perjodu ta’ sentejn, li jibda 12-il xahar wara li l-ewwel magna tkun ġiet installata f’makkinarju mobbli mhux tat-triq,

(b)

il-manifatturi li jipproduċu total ta’ anqas minn 25 magna fis-sena għas-suq tal-UE fil-familji kollha fi Grupp ISM partikolari ma għandhom għalfejn jissottomettu l-ebda test ta’ magna sakemm il-produzzjoni ma taqbiżx il-35 magna f’perjodu ta’ sentejn konsekuttivi, f’liema każ il-manifattur għandu jsegwi l-istess skema kif stabbilita fis-subpunt (a).

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika li l-kwantitajiet tal-produzzjoni ddikjarati ma jinqabżux matul il-perjodi stabbiliti fis-subpunt (a) tal-ewwel paragrafu. Jekk dawk il-kwantitajiet jinqabżu fi kwalunkwe punt, il-manifattur għandu jibdel għal waħda mill-iskemi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punti 2.6.2.1. u 2.6.2.2. F’dak il-każ, in-numru totali ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati skont dawk il-punti għandu jitnaqqas bin-numru ta’ magni diġà ttestjati u rrapportati f’konformità ma’ dan il-punt.

2.6.3.   Gruppi ISM C, D, E, H u I

Il-manifattur għandu jagħżel, għal kull grupp, waħda mill-iskemi ta’ ttestjar deskritti fil-punt 2.6.2 jew l-iskema ta’ ttestjar ibbażata fuq l-età tat-tagħmir deskritt fit-Taqsima 2.6.3.1 għall-monitoraġġ fis-servizz.

2.6.3.1.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq l-età tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (ara l-Illustrazzjoni 2 għar-referenza)

2.6.3.1.1.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’sena ta’ produzzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq mhux aktar minn sentejn qabel id-data ta’ dak it-test, (ara l-Illustrazzjoni 2), f’konformità mat-Tabella 4. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2024.

2.6.3.1.2.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’sena ta’ produzzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq mhux anqas minn erba’ snin qabel id-data ta’ dak it-test, (ara l-Illustrazzjoni 2), f’konformità mat-Tabella 4. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2026.

2.6.3.1.2.1.

Għandha tiġi pprovduta evidenza robusta lill-awtorità tal-approvazzjoni li kull magna magħżula għall-ittestjar skont il-punt 2.6.3.1.2 tkun intużat kull sena b’mod u f’ammont simili għal dak tal-popolazzjoni tal-magni korrispondenti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. L-evidenza xierqa tista’ tinkludi karatteristiċi li juru tkagħbir normali bl-użu, rekords tal-użu, rekords tal-manutenzjoni u rekords tal-fjuwil ikkunsmat.

2.6.3.1.3.

Meta l-manifattur ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2.6.3.1.1 u 2.6.3.1.2 minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ magni tas-sena ta’ produzzjoni meħtieġa ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq jew evidenza insuffiċjenti tal-użu, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta bidla fl-iskema tal-ittestjar abbażi tal-perjodu ta’ erba’ snin stabbilita fil-punt 2.6.2.2. F’dak il-każ, in-numru totali ta’ magni li għandhom jiġu ttestjati skont il-punt 2.6.2.2 għandu jitnaqqas bin-numru ta’ magni diġà ttestjati u rrapportati f’konformità mal-punti 2.6.3.1.1 u 2.6.3.1.2.

Illustrazzjoni 2

Illustrazzjoni tal-magni eliġibbli għat-test tal-ISM abbażi tal-età ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq

Image 2

2.6.4.   Il-Gruppi ISM O u P

Il-manifattur għandu jagħżel, għal kull grupp ISM, waħda mill-iskemi ta’ ttestjar deskritti fil-punt 2.6.2. Fil-każ li tintgħażel l-iskema ta’ ttestjar stabbilita fil-punt 2.6.2.1, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw, fl-istess grupp ISM, l-iskema ta’ ttestjar ibbażata fuq il-qari tal-odometru deskritta fil-punt 2.6.4.1.

Fil-każ li l-manifattur jagħżel il-proċedura stabbilita fil-punt 2.6.2.1, is-servizz akkumulat meħtieġ għandu jkun dak iddikjarat fit-Tabella 5 minflok dak iddikjarat fit-Tabella 3.

Tabella 5

% tal-valuri tal-EDP għall-Gruppi ISM O u P

Grupp

c

d

O

20

55

P

10

40

2.6.4.1.   Skema ta’ ttestjar ibbażata fuq il-qari tal-odometru ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq

2.6.4.1.1.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’qari tal-odometru ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq ta’ servizz akkumulat ta’ anqas minn c (km) f’konformità mat-Tabella 4 u mat-Tabella 6. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2024.

2.6.4.1.2.

L-ittestjar ta’ x magni mill-Grupp ISM b’qari tal-odometru ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq ta’ servizz akkumulat ta’ anqas minn d (km) f’konformità mat-Tabella 4 u mat-Tabella 6. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità tal-approvazzjoni sas-26 ta’ Diċembru 2026.

Tabella 6

Servizz akkumulat għall-Gruppi ISM O u P

Grupp

Ċilindrata tal-magna volum (cm3)

c (km)

d (km)

O

Li jkun

1 600

4 400

P

< 100

1 350

5 400

≥ 100

2 700

10 800 ”

(8)

Il-punti 2.6.5 u 2.6.6 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.6.4.1.2:

“2.6.5.

Il-manifattur jista’ jwettaq u jirrapporta dwar aktar testijiet minn dawk stabbiliti mill-iskemi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punti 2.6.1, 2.6.2, 2.6.3 u 2.6.4.

2.6.6.

L-ittestjar multiplu tal-istess magna sabiex tiġi pprovduta data għall-istadji konsekuttivi ta’ akkumulazzjoni tas-servizz f’konformità mal-punti 2.6.1, 2.6.2, 2.6.3 u 2.6.4 huwa rakkomandat, iżda dan ma huwiex obbligatorju.”;

(9)

il-punt 3.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3.2.

It-temperatura għandha tkun 266 K (– 7 °C) jew aktar, ħlief għall-grupp ISM O fejn għandha tkun 253K (-20 °C) jew aktar, u daqs jew inqas mit-temperatura ddeterminata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja bil-pressjoni atmosferika speċifikata:

T = – 0,4514 * (101,3 – pb) + 311

fejn:

—

T hija t-temperatura tal-arja ambjentali, K;

—

pb hija l-pressjoni atmosferika, kPa.”

(10)

il-punt 3.4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.2.

Sabiex tintwera l-konformità mal-punt 3.4, il-kampjuni għandhom jittieħdu u jinżammu sa mill-anqas l-iqsar perjodu ta’ żmien minn dawn li ġejjin:

(a)

12-il xahar wara t-tlestija tat-test, jew

(b)

xahar wara li l-manifattur jissottometti r-rapport tat-test rispettiv lill-awtorità tal-approvazzjoni.”

(11)

il-punt 3.6. li ġej jiddaħħal wara l-punt 3.5:

“3.6.

Meta l-ittestjar isir barra mill-Unjoni, il-manifattur irid jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet tat-test li jkun soġġett għalihom il-makkinarju mobbli mhux tat-triq kieku kellu jiġi ttestjat fl-Unjoni:

(a)

it-tħaddim tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(b)

il-kundizzjonijiet ambjentali;

(c)

iż-żejt lubrikanti, il-fjuwil u r-reaġent; u

(d)

il-kundizzjonijiet tat-tħaddim.”;

(12)

il-punt 4.1.1 jitħassar.

(13)

il-punt 4.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.2.2.

Meta jiġi applikat il-kampjunar ta’ data kkombinata għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

is-sekwenzi operattivi differenti għandhom jinkisbu bl-użu tal-istess makkinarju mobbli mhux tat-triq u tal-istess magna;

(b)

il-kampjunar ta’ data kkombinata tat-testijiet imwettqa f’temperatura ambjentali ta’ aktar minn 273,15 K għandu jkun fih massimu ta’ tliet sekwenzi operattivi;

(c)

il-kampjunar ta’ data kkombinata tat-testijiet imwettqa f’temperatura ambjentali ta’ 273,15 K jew anqas għandu jkun fih massimu ta’ sitt sekwenzi operattivi;

(d)

il-perjodu massimu bejn l-ewwel u l-aħħar sekwenza operattiva għandu jkun ta’ 72 siegħa;

(e)

f’każ ta’ funzjonament ħażin tal-magna ma għandux jintuża kampjunar ta’ data kkombinata, kif stabbilit fil-punt 8 tal-Appendiċi 2;

(f)

sabiex tkun eliġibbli għall-kampjunar ta’ data kkombinata, kull sekwenza operattiva ta’ test ta’ monitoraġġ fis-servizz għandu jkun fiha l-ammont minimu li ġej ta’ tħaddim (kWh) jew massa tas-CO2 (g/ċiklu):

(i)

għall-magni fil-Gruppi ISM A u C, it-tħaddim ta’ referenza jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 ta’ mill-inqas ċiklu NRTC wieħed bl-istartjar sħun;

(ii)

għall-magni fil-Grupp ISM H, it-tħaddim ta’ referenza jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 ta’ mill-inqas ċiklu LSI-NRTC wieħed;

(iii)

għall-magni fil-Gruppi ISM l-oħra kollha, it-tħaddim ta’ referenza jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 ta’ mill-inqas ċ-ċiklu wieħed f’qagħda statika determinati bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 9.

(iv)

Għal magni fejn l-ittestjar ta’ monitoraġġ fis-servizz isir f’0 °C gradi jew inqas, minimu ta’ tliet kwarti ta’ tħaddim ta’ referenza jew ta’ massa ta’ referenza ta’ CO2 matul l-ewwel sekwenza ta’ tħaddim u t-tħaddim ta’ referenza jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 ta’ mill-inqas nofs ċiklu f’qagħda statika għas-sekwenzi ta’ tħaddim li ġejjin, iddeterminati bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 9”

F’każ ta’ test fis-servizz ta’ tip ta’ magna fi ħdan familja ta’ magni, il-valur ta’ referenza għandu jkun dak għat-tip ta’ magna oriġinali;

(g)

qabel ma jingħaqdu s-sekwenzi operattivi, għandu jitlesta l-ipproċessar minn qabel kollu meħtieġ individwalment għal kull sekwenza f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.3;

(h)

is-sekwenzi operattivi fil-kampjunar ta’ data kkombinata għandhom jingħaqdu f’ordni kronoloġika inkluża d-data kollha mhux eskluża mis-subpunt (f);

(i)

il-kampjunar ta’ data kkombinata għandu jitqies bħala test tal-ISM wieħed;

(j)

id-determinazzjoni tal-avvenimenti ta’ tħaddim stabbiliti fil-punt 6.4 u l-kalkoli stabbiliti fil-punt 8 għandhom jiġu applikati għall-kampjunar komplut ta’ data kkombinata.”;

(14)

il-punt 4.3 li ġej jiddaħħal wara l-punt 4.2.2:

“4.3.   Telf temporanju tas-sinjal

Ir-reġistrazzjoni tal-parametri għandha tilħaq kompletezza tad-data ta’ mhux anqas minn 98 %, jiġifieri jista’ jiġi eskluż massimu ta’ 2 % tad-data mingħajr l-ebda perjodu konsekuttiv ta’ aktar minn 30 sekonda minn kull sekwenza operattiva minħabba avveniment wieħed jew aktar ta’ telf temporanju mhux mixtieq tas-sinjal fir-reġistrazzjoni oriġinali tad-data. Ma għandu jinħoloq l-ebda telf tas-sinjal matul l-ipproċessar minn qabel, il-kombinazzjoni jew l-ipproċessar ta’ wara ta’ kwalunkwe sekwenza operattiva.”;

(15)

Il-punti 5 sa 5.2.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.   Fluss tad-data tal-ECU

5.1.

Il-magni mgħammra b’ECU u b’interfaċċa tal-komunikazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-fluss tad-data lill-istrumenti tal-kejl jew lit-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-data tal-PEMS f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 7.

5.2.

Qabel it-test fis-servizz, għandha tiġi vvalidata d-disponibbiltà tad-data tal-kejl kif mitluba mill-Appendiċi 7.”

(16)

Il-punti 5.3 sa 5.4 jiddaħħlu wara l-punt 5.2:

“5.3.

Il-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU għandha tiġi vvalidata matul il-monitoraġġ fis-servizz f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 6.

5.4.

Fejn magna mgħammra b’ECU u b’interfaċċa tal-komunikazzjoni ma tippermettix li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 5.1, 5.2 u 5.3, għandu japplika l-punt 1.4.”;

(17)

il-punt 6.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.4.

Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 4 sabiex jiddeterminaw avvenimenti operattivi u mhux operattivi għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi wara test tal-monitoraġġ fis-servizz ta’ magni installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.”;

(18)

il-punti 6.5 u 6.6 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 6.4:

“6.5.

F’konformità mal-punt 4.2.2, fejn jintuża kampjunar ta’ data kkombinata, ir-rekwiżiti tal-punti 6.1 sa 6.3 għandhom japplikaw individwalment għal kull sekwenza operattiva qabel ma jingħaqdu s-sekwenzi operattivi. Id-determinazzjoni tal-avvenimenti operattivi u mhux operattivi stabbiliti fil-punt 6.4 u l-kalkoli stabbiliti fil-punt 8 għandhom jiġu applikati għall-kampjunar komplut ta’ data kkombinata.

6.6.

L-Illustrazzjoni 3 tiddeskrivi s-sekwenza sħiħa għat-twettiq tal-monitoraġġ fis-servizz inkluż l-ippjanar, it-tħejjija u l-installazzjoni tal-PEMS, il-proċeduri tat-test, l-ipproċessar minn qabel tad-data, il-kalkoli tad-data u l-validazzjoni.

Illustrazzjoni 3

Illustrazzjoni tas-sekwenza sħiħa għat-twettiq ta’ monitoraġġ fis-servizz

Image 3

”;

(19)

il-punti 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“7.   Disponibbiltà tad-data tat-test

L-ebda data ma għandha tiġi mmodifikata jew titneħħa mill-fajl(s) tad-data tat-test mhux ipproċessat(i) użat(i) sabiex isir il-punt 6. Il-manifattur għandu jżomm dawk il-fajl(s) tad-data tat-test mhux ipproċessat(i) għal mill-anqas 10 snin u għandu jagħmilhom disponibbli fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Kummissjoni.

8.   Kalkoli

Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 5 għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi għall-monitoraġġ fis-servizz ta’ magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.

8.1.

F’każ ta’ magni b’ECU li ġew prodotti b’interfaċċa tal-komunikazzjoni maħsuba sabiex tippermetti l-ġbir tad-data dwar it-torque u l-veloċità tal-magna kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, il-kalkoli għandhom jitwettqu u r-riżultati għandhom jiġu rrapportati kemm għall-metodu bbażat fuq it-tħaddim kif ukoll għall-metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-kalkoli għandhom jitwettqu u r-riżultati għandhom jiġu rrapportati għall-metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2 biss.

8.2.

Fil-każijiet kollha, il-kalkoli għandhom jitwettqu darbtejn wara l-ipproċessar minn qabel tad-data f’konformità mal-punt 6.3 ta’ dan l-Anness:

(a)

l-ewwel nett, bl-użu biss ta’ avvenimenti ta’ tħaddim determinati f’konformità mal-punt 6.4 ta’ dan l-Anness u ta’ twieqi validi, u;

(b)

it-tieni, bl-użu tad-data kollha mhux eskluża mill-punt 6.3 ta’ dan l-Anness, mingħajr ma jiġi applikat il-punt 6.4 ta’ dan l-Anness, u mingħajr l-esklużjoni ta’ twieqi invalidi kif stabbilit fil-punti 2.2.2 u 2.3.1 tal-Appendiċi 5.”;

(20)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Miter tal-Fluss tal-Egżost (EFM) ibbażat fuq il-prinċipju tal-medja tal-Pitot jew fuq prinċipju ekwivalenti, ħlief fejn jista’ jiġi applikat kejl tal-fluss tal-egżost indirett kif permess min-Nota (3) tat-Tabella fil-punt 1 tal-Appendiċi 2;”;

(b)

il-punti 2 sa 2.2.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Rekwiżiti tal-istrumenti tal-kejl

2.1.

L-Istrumenti tal-Kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-kontrolli tal-kalibrazzjoni u tal-prestazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 8.1 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (*1) ħlief kif stabbilit fil-punti 2.1.1 u 2.1.2. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-verifika tat-tnixxija fuq in-naħa tal-vakwu tal-PEMS kif stabbilit fit-Taqsima 8.1.8.7 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654;

(b)

il-verifika tar-rispons u tal-aġġornament u r-reġistrazzjoni tal-analizzatur tal-gass kif stabbilit fit-Taqsima 8.1.5 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

2.1.1.

Il-frekwenza minima għall-verifika tal-linearità tal-analizzatur tal-gass u għall-verifika tal-konverżjoni tal-konvertitur tal-NO2 f’NO stabbilita fit-Tabelli 6.4 u 6.5 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 tista’ tiżdied għal tliet xhur.

2.1.2.

Il-frekwenza minima tal-verifiki tal-prestazzjoni u tal-kalibrazzjoni tal-EFM, u d-dettalji ta’ dawk il-verifiki, għandhom ikunu dawk speċifikati mill-manifattur tal-istrument.

2.2.

L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 9.4 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).”;"

(c)

il-punti 2.3 u 3 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2:

“2.3.

Il-gassijiet analitiċi użati għall-kalibrar tal-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.5.1 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.";

3.   Rekwiżiti dwar il-linja ta’ trasferiment u dwar is-sonda tal-kampjunar

3.1.

Il-linja ta’ trasferiment għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.3.1.2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

3.2.

Is-sonda tal-kampjunar għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.3.1.1 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.”;

(21)

L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 1 sa 4.1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Parametri tat-Test

1.1.

L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi li għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati waqt it-test ta’ monitoraġġ fis-servizz huma l-monossidu tal-karbonju (CO), l-idrokarburi totali (HC) u l-ossidi tan-nitroġenu (NOx). Barra minn hekk, għandu jitkejjel id-diossidu tal-karbonju (CO2) sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri tal-kalkolu deskritti fl-Appendiċi 5.

1.2.

Fejn il-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li ma huwiex prattiku li jiġi kkombinat il-fluss minn diversi ċmieni tal-egżost, u jkun hemm similarità fil-konfigurazzjoni teknika u fit-tħaddim tal-parti tal-magna li tarmi l-egżost f’kull ċumnija, għandu jkun biżżejjed li jitkejlu l-fluss tal-massa tal-emissjonijiet u tal-egżost minn ċumnija tal-egżost waħda. F’dak il-każ, meta jitwettqu l-kalkoli stabbiliti fl-Appendiċi 5, ir-rata istantanja tal-fluss tal-massa tal-emissjonijiet miċ-ċumnija mkejla għandha tiġi mmultiplikata bin-numru totali ta’ ċmieni sabiex tinkiseb ir-rata istantanja tal-fluss tal-massa totali tal-emissjonijiet għall-magna.

1.3.

Il-parametri stabbiliti fit-Tabella għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati f’perjodu ta’ kampjunar tad-data ta’ sekonda jew anqas matul it-test ta’ monitoraġġ fis-servizz:

Tabella

Parametri tat-test

Parametru

Unità  (1)

Sors

Konċentrazzjoni ta’ HC  (2)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni ta’ CO  (2)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni ta’ NOx  (2)

ppm

Analizzatur tal-gass

Konċentrazzjoni ta’ CO2  (2)

ppm

Analizzatur tal-gass

Fluss tal-massa tal-egżost  (3)

kg/h

EFM

Temperatura tal-egżost  (4)

K

EFM jew ECU jew Sensur

Temperatura ambjentali  (5)

K

Sensur

Pressjoni ambjentali

kPa

Sensur

Umdità relattiva

%

Sensur

Torque tal-magna  (6)  (7)

Nm

ECU jew Sensur

Veloċità tal-magna  (7)

rpm

ECU jew Sensur

Fluss tal-fjuwil tal-magna  (7)

g/s

ECU jew Sensur

Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna (8)

K

ECU jew Sensur

Temperatura tal-arja li tidħol fil-magna

K

ECU jew Sensur

Latitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq

grad

GPS (fakultattiv)

Lonġitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq

grad

GPS (fakultattiv)

2.   Durata tat-test

2.1.

It-tul tat-test, li tinkludi s-sekwenzi operattivi kollha, għandu jkun biżżejjed sabiex jinkiseb l-ammont li ġej ta’ avvenimenti ta’ tħaddim:

(a)

għall-magni fil-Gruppi ISM A u C, bejn ħames u seba’ darbiet it-tħaddim ta’ referenza f’kWh imwettaq fil-prova tal-NRTC b-istartjar sħun matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip jew sabiex tiġi prodotta bejn ħames u seba’ darbiet il-massa ta’ referenza tas-CO2 fi g/ċiklu mill-prova tal-NRTC bl-istartjar sħun tat-test tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fil-punti 11.3.1 u 11.3.2 tal-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656;

(b)

għall-magni fil-Grupp ISM H, bejn ħames u seba’ darbiet it-tħaddim ta’ referenza f’kWh imwettaq fuq iċ-ċiklu LSI-NRTC matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip jew sabiex tiġi prodotta bejn ħames u seba’ darbiet il-massa ta’ referenza tas-CO2 fi g/ċiklu tal-LSI-NRTC matul it-test tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fil-punti 11.3.1 u 11.3.2 tal-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta’ magna jew ta’ familja ta’ magni stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656;

(c)

għall-magni fil-Gruppi ISM E, I, O u P, bejn tlieta u ħames darbiet it-tħaddim ta’ referenza applikabbli f’kWh jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 fi g/ċiklu determinati mir-riżultat tat-test tal-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 9;

(d)

għall-magni fil-Gruppi ISM li ma humiex elenkati fis-subpunti (a), (b) jew (c), bejn ħames u seba’ darbiet it-tħaddim ta’ referenza applikabbli f’kWh jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 fi g/ċiklu determinati mir-riżultat tat-test tal-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 9.

2.2.

Id-data kollha miġbura matul is-sekwenzi operattivi kollha għandha tiġi assemblata b’mod kronoloġiku anke jekk jinqabeż l-ammont massimu ta’ tħaddim jew tal-massa tas-CO2 speċifikat fis-subpunti (a) sa (d) tal-punt 2.1. F’dak il-każ, matul il-kalkolu stabbilit fl-Appendiċi 5 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

meta l-ammont ta’ tħaddim jew il-massa ta’ referenza tas-CO2 fl-avvenimenti operattivi jaqbeż dak il-massimu, il-kalkolu għandu jieqaf fi tmiem l-inkrement tal-ħin li fih iseħħ dan; u,

(b)

ir-riżultati rapportati għat-test tal-ISM f’konformità mal-punt 10 ta’ dan l-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk ta’ dak il-kalkolu imwaqqaf.

3.   Tħejjija tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq

It-tħejjija tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li l-magna tiegħu tkun intgħażlet għall-ittestjar f’konformità mal-punt 1.3 ta’ dan l-Anness għandha tinkludi mill-anqas dan li ġej:

(a)

il-verifika tal-magna: kwalunkwe problema identifikata, ladarba tiġi solvuta, għandha tiġi rreġistrata u ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni;

(b)

is-sostituzzjoni taż-żejt, tal-fjuwil u tar-reaġent, jekk ikun hemm, fejn ma tkun disponibbli l-ebda evidenza dokumentata li l-fluwidu inkwistjoni jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni elenkata fil-pakkett ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip applikabbli għat-tip ta’ magna, u jkun prattikament u ekonomikament fattibbli li jsir dan;

(c)

il-magni mgħammra b’ECU u b’interfaċċa tal-komunikazzjoni għandhom jikkonformaw mal-punt 5 ta’ dan l-Anness.

4.   Installazzjoni tal-PEMS

4.1.   Restrizzjonijiet fuq l-installazzjoni

4.1.1.

L-installazzjoni tal-PEMS ma għandhiex tinfluwenza l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi jew il-prestazzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.

4.1.2.

L-installazzjoni għandha tikkonforma mar-regolamenti dwar is-sikurezza u mar-rekwiżiti ta’ assigurazzjoni lokalment applikabbli u għandha ssegwi l-istruzzjonijiet maħruġa mill-manifattur tal-PEMS, tal-istrumenti tal-kejl, tal-linja ta’ trasferiment u tas-sonda tal-kampjunar.

4.1.3.

Meta għall-magni tal-Gruppi ISM M u N ma jkunx possibbli li jiġu installati s-sistemi tal-PEMS mingħajr ma jinqabeż il-gejġ tat-tagħbija applikabbli għan-network ferrovjarju, l-użu tal-punt 3.2.2 ta’ dan l-Anness għandu jinkludi l-ittestjar tal-vettura ferrovjarja waqt li tkun wieqfa bl-użu ta’ ċiklu tat-tħaddim tat-test rappreżentattiv determinat mill-manifattur u miftiehem mal-awtorità tal-approvazzjoni.

4.1.4.

Għall-magni tal-Gruppi ISM E, I, O u P, il-magna tista’ titneħħa mill-makkinarju mobbli mhux tat-triq u t-test ta’ monitoraġġ fis-servizz jitwettaq fuq bank tat-test tad-dinamometru. F’dak il-każ għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-magna flimkien mas-sistema kollha ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandha titneħħa mill-makkinarju mobbli mhux tat-triq u tiġi installata fuq il-bank tat-test tad-dinamometru mingħajr aġġustament għas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(b)

ma għandux ikun meħtieġ li jintwera lill-Awtorità tal-Approvazzjoni li ma huwiex possibbli li jkun hemm konformità mal-punt 3.2.1 ta’ dan l-Anness;

(c)

minkejja s-subpunti (a) u (b), it-test tal-monitoraġġ fis-servizz għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(d)

il-proċedura għat-tneħħija tal-magna minn makkinarju mobbli mhux tat-triq u l-installazzjoni fiċ-ċellola tat-test sabiex jiġi rreplikat it-tħaddim fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq għandha tiġi miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni qabel it-twettiq tat-test tal-ISM;

(e)

għandu jintuża ċiklu tat-tħaddim tat-test rappreżentattiv kif determinat mill-manifattur u miftiehem mal-awtorità tal-approvazzjoni f’konformità mal-punt 3.2.2 ta’ dan l-Anness;

(f)

iċ-ċiklu tat-tħaddim tat-test tas-subpunt (e) għandu jkopri medda ta’ veloċitajiet u tagħbijiet li tirrappreżenta t-tħaddim tal-magna magħżula meta tintuża fil-prattika. Il-metodi sabiex tiġi stabbilita dik il-medda għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, ir-reġistrazzjoni ta’ data tat-tħaddim għal magna jew magni komparabbli mħaddma fil-prattika;

(g)

sabiex tiġi stabbilita data dwar sa liema punt ir-riżultati miksuba mill-użu ta’ sistema tal-PEMS ivarjaw minn dawk miksuba mill-użu ta’ sistema ta’ bank tat-test, il-kejl tal-monitoraġġ fis-servizz imwettaq fuq il-bank tat-test tad-dinamometru bl-użu tas-sistema tal-PEMS jista’ jiġi ssupplimentat b’kejl simultanju bl-użu ta’ strumenti tal-bank tat-test u b’sistema ta’ kejl tal-emissjonijiet li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsima 9 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654, imħaddma f’konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 8 ta’ dak l-Anness;

(h)

ir-rekwiżiti tal-punti 6, 7, 8 u 10 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe kejl simultanju f’konformità mas-subpunt (g) u d-data tat-test u r-rapport tat-test għandhom jinkludu dan il-kejl.”;

(b)

il-punt 4.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.6.   Tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-data

Meta tkun se tintuża d-data tal-ECU, għandu jitqabbad tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-data mal-ECU tal-magna sabiex jiġu rreġistrati l-parametri tal-magna disponibbli elenkati fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, u, fejn applikabbli, il-parametri tal-magna elenkati fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 7.”;

(c)

il-punt 5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.1.

Kejl tat-temperatura ambjentali

It-temperatura ambjentali għandha tal-anqas titkejjel fil-bidu tas-sekwenza operattiva u fi tmiem is-sekwenza operattiva. Il-kejl għandu jsir f’distanza raġonevoli mill-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Jista’ jintuża sinjal ta’ sensur jew tal-ECU għat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna.

Jekk tintuża t-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna sabiex tiġi stmata t-temperatura ambjentali, it-temperatura ambjentali reġistrata għandha tkun it-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna aġġustata permezz tat-tpaċija nominali applikabbli bejn it-temperatura tal-arja ambjentali u dik li tidħol fil-magna kif speċifikat mill-manifattur. ”;

(d)

Il-punti 6 sa 8.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Reġistrazzjoni tad-data waqt it-test tal-monitoraġġ fis-servizz

6.1.   Qabel is-sekwenza operattiva

Il-kampjunar tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-data dwar il-magna u d-data ambjentali għandhom jibdew qabel tiġi startjata l-magna.

6.2.   Matul is-sekwenza operattiva

Il-kampjunar tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-data dwar il-magna u d-data ambjentali għandhom ikomplu waqt it-tħaddim normali tal-magna waqt l-użu.

Il-magna tista’ titwaqqaf u tiġi startjata, iżda l-kampjunar tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost, ir-reġistrazzjoni tad-data dwar il-magna u d-data ambjentali għandhom ikomplu tul is-sekwenza operattiva kollha tal-monitoraġġ fis-servizz.

6.3.   Wara s-sekwenza operattiva

Fl-aħħar tas-sekwenza operattiva tal-monitoraġġ fis-servizz, għandu jingħata żmien suffiċjenti sabiex jgħaddu l-ħinijiet ta’ rispons tal-istrumenti tal-kejl u tat-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-data. Il-magna tista’ tintefa qabel jew wara li titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tad-data.

7.   Iċċekkjar tal-analizzaturi tal-gass

7.1.   Verifika perjodika fuq żero matul is-sekwenza operattiva

Fejn ikun prattiku u sikur li jsir dan, tista’ ssir verifika fuq żero tal-analizzaturi tal-gass kull sagħtejn matul sekwenza operattiva.

7.2.   Korrezzjoni perjodika fuq żero matul is-sekwenza operattiva

Ir-riżultati li jinkisbu bil-kontrolli mwettqa f’konformità mal-punt 7.1 jistgħu jintużaw sabiex issir korrezzjoni tad-deriva taż-żero waqt dik is-sekwenza operattiva.

7.3.   Verifika tad-deriva wara s-sekwenza operattiva

Il-verifika tad-deriva għandha ssir biss jekk waqt is-sekwenza operattiva ma tkunx saret korrezzjoni tad-deriva taż-żero f’konformità mal-punt 7.2.

7.3.1.

Mhux aktar tard minn nofs siegħa wara li tintemm is-sekwenza operattiva, l-analizzaturi tal-gass għandhom jiġu ssettjati fuq żero u rregolati sabiex tiġi vverifikata d-deriva tagħhom meta mqabbel mar-riżultati qabel it-test.

7.3.2.

Il-verifiki fuq iż-żero, tar-regolar u tal-linearità tal-analizzaturi tal-gass għandhom isiru kif stabbilit fil-punt 5.4.

8.   Malfunzjonament tal-magna jew tal-makkinarju

8.1.

F’każ ta’ malfunzjonament waqt sekwenza operattiva li jaffettwa t-tħaddim tal-magna u jew:

(a)

l-operatur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq jiġi nnotifikat b’mod ċar dwar dak il-malfunzjonament mis-sistema dijanjostika abbord permezz ta’ twissija viżwali ta’ malfunzjonament, messaġġ testwali jew indikatur ieħor; jew,

(b)

il-makkinarju mobbli mhux tat-triq ma jkunx mgħammar b’sistema dijanjostika jew ta’ twissija ta’ malfunzjonament, iżda l-malfunzjonament jiġi identifikat b’mod ċar b’mezzi tal-awdjo jew viżwali;

is-sekwenza operattiva għandha titqies nulla.

8.2.

Kwalunkwe malfunzjonament għandu jiġi kkoreġut qabel ma ssir kwalunkwe sekwenza operattiva ulterjuri fuq il-magna.”;

(22)

fl-Appendiċi 3, il-punti 2 sa 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Esklużjoni tad-data

2.1.   Telf temporanju tas-sinjal

2.1.1.

Għandu jiġi identifikat kwalunkwe avveniment ta’ telf temporanju tas-sinjal.

2.1.2.

Jista’ jiġi eskluż massimu ta’ 2 % tad-data mingħajr ebda perjodu konsekuttiv ta’ aktar minn 30 sekondi minn kull sekwenza operattiva minħabba avveniment wieħed jew aktar ta’ telf temporanju mhux mixtieq tas-sinjal fir-reġistrazzjoni tad-data oriġinali, f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness.

2.1.3.

F’każ li s-sekwenza tat-test ikun fiha avvenimenti ta’ telf tas-sinjal jew ta’ aktar minn 2 % tad-data jew għal perjodu konsekuttiv ta’ aktar minn 30 sekonda, dik is-sekwenza kollha għandha titqies nulla u għandu jsir test ieħor.

2.2.   Verifiki perjodiċi tal-istrumenti tal-kejl

2.2.1.

Kwalunkwe punti ta’ data li jikkorrispondu għall-verifika tal-analizzaturi tal-gass f’konformità mal-punt 7 tal-Appendiċi 2 għandhom jiġu identifikati u esklużi minn ipproċessar ulterjuri ta’ sekwenza operattiva ħlief kif meħtieġ sabiex titwettaq il-korrezzjoni tad-deriva fil-punt 3 ta’ dan l-Appendiċi.

2.3.   Kundizzjonijiet ambjentali

2.3.1.

Għandhom jiġu identifikati kwalunkwe punti ta’ data f’sekwenza operattiva li jikkorrispondu għal kundizzjonijiet ambjentali li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.3 ta’ dan l-Anness.

2.3.2.

Jekk il-proporzjon ta’ punti ta’ data identifikati fil-punt 2.3.1 ta’ dan l-Appendiċi jaqbeż il-1 %, dik is-sekwenza kollha għandha titqies nulla u għandu jsir test ieħor.

2.3.3.

F’każ li l-kundizzjonijiet ambjentali jitkejlu biss fil-bidu u fi tmiem tat-test, is-sekwenza kollha tat-test għandha titqies nulla jekk kwalunkwe kejl ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.3 tal-Anness.

2.4.   Data dwar l-istartjar kiesaħ

Id-data mkejla dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi waqt startjar kiesaħ għandha tiġi eskluża qabel il-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi.

2.4.1.   Magni mkessħa bil-likwidu

Id-data valida mkejla għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi għandha tibda wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna tkun laħqet it-343 K (70 °C) għall-ewwel darba jew wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna tiġi stabbilizzata f’temperatura ta’ +/– 2 K fuq perjodu ta’ 5 minuti, jew wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna tiġi stabbilizzata f’temperatura ta’ +/– 5 K fuq perjodu ta’ 5 minuti għat-testijiet imwettqa f’temperatura ambjentali ta’ 273,15 K jew inqas, skont liema jseħħ l-ewwel; fi kwalunkwe każ, għandha tibda sa mhux aktar tard minn 20 minuta minn meta tiġi startjata l-magna.

2.4.2.   Magni mkessħa bl-arja

Id-data valida mkejla għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi għandha tibda wara li t-temperatura mkejla fil-punt ta’ referenza identifikat fil-punt 3.7.2.2.1 tal-PARTI C tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656 tiġi stabbilizzata f’temperatura ta’ +/– 5 % fuq perjodu ta’ 5 minuti; fi kwalunkwe każ, għandha tibda sa mhux aktar tard minn 20 minuta minn meta tiġi startjata l-magna.

3.   Korrezzjoni tad-deriva

3.1.   Deriva massima permessa

Id-derivi tar-rispons ta’ żero u tar-rispons tar-regolar għandhom ikunu ta’ anqas minn 2 % tal-iskala sħiħa fuq l-aktar firxa baxxa użata:

(a)

jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u ta’ wara t-test tkun ta’ anqas minn 2 %, il-konċentrazzjonijiet imkejla jistgħu jintużaw mingħajr ma jiġu kkoreġuti jew jistgħu jiġu kkoreġuti għad-deriva f’konformità mal-punt 3.2;

(b)

jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta’ qabel it-test u ta’ wara t-test tkun ta’ 2 % jew aktar, il-konċentrazzjonijiet imkejla għandhom jiġu kkoreġuti għad-deriva f’konformità mal-punt 3.2. Jekk ma ssir l-ebda korrezzjoni, it-test għandu jitqies null.

3.2.   Korrezzjoni tad-deriva

3.2.1.

Il-valur ta’ konċentrazzjoni kkoreġuta għad-deriva għandu jiġi kkalkolat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 2.1 jew 3.5 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

3.2.2.

Id-differenza bejn il-valuri mhux ikkoreġuti u dawk ikkoreġuti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk għandha tkun fi ħdan ± 6 % tal-valuri mhux ikkoreġuti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk. Jekk id-deriva tkun aktar minn 6 %, it-test għandu jitqies null.

3.2.2.1.

Kull valur tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk għandu jiġi kkalkolat mill-massa integrata tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi tas-sekwenza tat-test diviża bit-tħaddim totali mwettaq matul is-sekwenza tat-test. Dak il-kalkolu għandu jsir qabel id-determinazzjoni tal-avvenimenti ta’ tħaddim f’konformità mal-Appendiċi 4 jew il-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi f’konformità mal-Appendiċi 5.

3.2.3.

Jekk tiġi applikata korrezzjoni tad-deriva, meta jiġu rrapportati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi, għandhom jintużaw biss ir-riżultati tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi kkoreġuti għad-deriva.

4.   Allinjament mal-ħin

Sabiex jitnaqqas l-effett ta’ artifatt tal-intervall tal-ħin bejn is-sinjali differenti fuq il-kalkolu tal-massa tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi, id-data rilevanti għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi għandha tiġi allinjata mal-ħin, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4.1 sa 4.4.

4.1.   Data mill-analizzaturi tal-gass

Id-data mill-analizzaturi tal-gass għandha tkun allinjata sewwa f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.1.5.3 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

4.2.   Data mill-analizzaturi tal-gass u tal-EFM

Id-data mill-analizzaturi tal-gass għandha tiġi allinjata sew mad-data tal-EFM billi tintuża l-proċedura stabbilita fil-punt 4.4.

4.3.   Data mill-PEMS u tal-magna

Id-data mill-PEMS (l-analizzaturi tal-gass u l-EFM) għandha tiġi allinjata sew mad-data mill-ECU tal-magna billi tintuża l-proċedura fil-punt 4.4.

4.4.   Il-proċedura għat-titjib tal-allinjament mal-ħin tad-data mill-PEMS

Il-parametri tat-test elenkati fit-Tabella tal-Appendiċi 2 huma maqsuma fi tliet kategoriji differenti:

 

Kategorija 1: L-analizzaturi tal-gass (il-konċentrazzjonijiet ta’ HC, CO, CO2, NOx);

 

Kategorija 2: L-EFM (il-fluss tal-massa tal-egżost u t-temperatura tal-egżost);

 

Kategorija 3: Il-magna (it-torque, il-veloċità, it-temperaturi, ir-rata tal-fjuwil mill-ECU).

L-allinjament mal-ħin ta’ kull kategorija maż-żewġ kategoriji l-oħra għandu jiġi vverifikat billi jinstab l-ogħla koeffiċjent ta’ korrelazzjoni bejn iż-żewġ serje tal-parametri tat-test. Il-parametri tat-test kollha f’kategorija għandhom jiġu mċaqilqa sabiex jiġi mmassimizzat il-fattur ta’ korrelazzjoni. Il-parametri tat-test li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkolati l-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni:

(a)

Il-Kategoriji 1 u 2 (id-data mill-analizzaturi tal-gass u mill-EFM) mal-Kategorija 3 (id-data mill-magna): il-fluss tal-massa tal-egżost mill-EFM mat-torque mill-ECU;

(b)

Il-Kategorija 1 mal-Kategorija 2: il-konċentrazzjoni tas-CO2 u l-fluss tal-massa tal-egżost;

(c)

Il-Kategorija 1 mal-Kategorija 3: il-konċentrazzjoni tas-CO2 u l-fluss tal-fjuwil tal-magna.

4.4.1.

F’każ ta’ magni li ma humiex iddisinjati sabiex ikollhom interfaċċa ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-ġbir tad-data tal-ECU kif speċifikat fl-Appendiċi 7, il-korrelazzjoni fis-subpunti (a) u (c) tal-punt 4.4 għandha titħalla barra.

4.4.2.

F’każ ta’ magni li għalihom il-kejl dirett tal-fluss tal-massa tal-egżost tħalla barra f’konformità man-Nota (3) tat-Tabella tal-Appendiċi 2, il-korrelazzjoni fis-subpunt (a) tal-punt 4.4 għandha titħalla barra.

5.   Verifika tal-konsistenza tad-data

5.1.   Data mill-analizzaturi tal-gass u tal-EFM

Għall-magni ddisinjati sabiex ikollhom interfaċċa tal-komunikazzjoni li kapaċi tipprovdi l-fluss tal-fjuwil f’konformità mat-Tabella 2 tal-Appendiċi 7, il-konsistenza tad-data (il-fluss tal-massa tal-egżost imkejjel mill-EFM u l-konċentrazzjonijiet tal-gass) għandha tiġi vverifikata billi tintuża korrelazzjoni bejn il-fluss tal-fjuwil tal-magna mkejjel mill-ECU u l-fluss tal-fjuwil tal-magna kkalkolat f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-Taqsima 2.1.6.4 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

Għandha ssir rigressjoni lineari għall-valuri mkejla u kkalkolati tar-rata tal-fjuwil. Għandu jintuża l-metodu tal-minimi kwadri, skont l-ekwazzjoni ottimali bil-forma ta’:

y = mx + b

Fejn:

—

(a) y

hija l-fluss ikkalkolat tal-fjuwil [g/s];

—

(b) m

hija l-inklinazzjoni tal-linja ta’ rigressjoni;

—

(c) x

hija l-fluss imkejjel tal-fjuwil [g/s];

—

(d) b

hija l-interċezzjoni y tal-linja ta’ rigressjoni.

L-inklinazzjoni (m) u l-koeffiċjent ta’ determinazzjoni (r2) għandhom jiġu kkalkolati għal kull linja ta’ rigressjoni. Huwa rakkomandat li din l-analiżi titwettaq fil-medda bejn 15 % tal-valur massimu sal-valur massimu u bi frekwenza ta’ 1 Hz jew aktar. Sabiex test jitqies validu, għandhom jiġu evalwati ż-żewġ kriterji li ġejjin:

Tabella 1

It-tolleranzi

Inklinazzjoni tal-linja ta’ rigressjoni, m

0,9 sa 1,1 - Rakkomandat

Koeffiċjent tad-determinazzjoni, r2

Min. 0,90 - Obbligatorju

5.2.   Data dwar it-torque mill-ECU

Meta tkun se tintuża d-data dwar it-torque mill-ECU fil-kalkoli, il-konsistenza tad-data dwar it-torque mill-ECU għandha tiġi vverifikata billi jiġu mqabbla l-valuri massimi tat-torque mill-ECU f’veloċitajiet differenti (jekk xieraq) tal-magna mal-valuri korrispondenti tal-kurva uffiċjali tat-torque b’magna b’tagħbija sħiħa f’konformità mal-Appendiċi 6.

“5.3.   Konsum ta’ Fjuwil Speċifiku għall-Brejk (BSFC)

Meta tkun disponibbli data mill-ECU, il-BSFC għandu jiġi vverifikat bl-użu ta’:

(a)

il-konsum tal-fjuwil ikkalkolat mid-data dwar l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi (il-konċentrazzjonijiet mill-analizzaturi tal-gass u d-data dwar il-fluss tal-massa tal-egżost), f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-Taqsima 2.1.6.4 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654;

(b)

it-tħaddim ikkalkolat bl-użu tad-data mill-ECU (it-torque tal-magna u l-veloċità tal-magna).

5.4.   Pressjoni ambjentali

Il-valur tal-pressjoni ambjentali għandu jiġi mqabbel mal-altitudni indikata mid-data tal-GPS, jekk disponibbli.

5.5.   Jekk ma tkunx sodisfatta bir-riżultati tal-verifika tal-konsistenza tad-data, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tqis it-test null.

6.   Korrezzjoni xott-umdu

Jekk il-konċentrazzjoni tiġi mkejla fuq bażi xotta, għandha tiġi kkonvertita għal bażi umda f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-Taqsima 2 jew 3 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

7.   Korrezzjoni tal-NOx għall-umdità u għat-temperatura

Il-konċentrazzjonijiet tal-NOx imkejla mill-analizzaturi tal-gass ma għandhomx jiġu kkoreġuti għat-temperatura u għall-umdità tal-arja ambjentali.”;

(23)

fl-Appendiċi 4, il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Proċedura għad-determinazzjoni ta’ avvenimenti mhux operattivi

2.1.

L-avvenimenti mhux operattivi huma dawk fejn jew:

(a)

għall-magni li ma humiex iddisinjati sabiex ikollhom interfaċċa tal-komunikazzjoni li kapaċi tipprovdi data dwar it-torque u l-veloċità f’konformità mat-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, il-potenza approssimata istantanja determinata f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 10, jew;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-potenza istantanja tal-magna,

tkun anqas minn 10 % tal-potenza ta’ referenza tal-magna, kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628 u elenkata fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għal kull (sotto)kategorija tal-magna, għat-tip ta’ magna soġġett għat-test tal-ISM.

2.1.1.

Għall-magni ttestjati skont dan ir-Regolament li ma humiex iddisinjati sabiex ikollhom interfaċċa tal-komunikazzjoni li kapaċi tipprovdi data dwar it-torque u l-veloċità f’konformità mat-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, il-potenza approssimata istantanja għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Appendiċi 10 qabel ma tiġi applikata l-proċedura f’dan l-Appendiċi.

2.2.

Għandhom isiru l-passi addizzjonali li ġejjin:

2.2.1.

Avvenimenti mhux operattivi iqsar minn D0 għandhom jitqiesu bħala avvenimenti operattivi u jingħaqdu mal-avvenimenti operattivi tal-madwar (ara t-Tabella 2 għall-valuri ta’ D0).

2.2.2.

Avvenimenti operattivi iqsar minn D0 imdawra b’avvenimenti mhux operattivi li jdumu aktar minn D1 għandhom jitqiesu bħala avvenimenti mhux operattivi u jingħaqdu mal-avvenimenti mhux operattivi tal-madwar (ara t-Tabella 2 għall-valuri ta’ D1)

2.2.3.

Il-fażi tal-konnessjoni motorizzata wara avvenimenti mhux operattivi twal (> D2) għall-magni mgħammra b’apparat ta’ posttrattament użat għat-tnaqqis tal-NOx u għall-kejl tat-temperatura tal-gass tal-egżost f’konformità man-Nota (4) tat-Tabella tal-Appendiċi 2 għandha titqies ukoll bħala avveniment mhux operattivi sakemm it-temperatura tal-gass tal-egżost tilħaq 523 K. Jekk it-temperatura tal-gass tal-egżost ma tilħaqx 523 K fi żmien D3 minuti, l-avvenimenti kollha wara D3 għandhom jitqiesu bħala avvenimenti operattivi (ara t-Tabella 2 għall-valuri ta’ D2 u D3).

2.2.4.

Għall-avvenimenti kollha mhux operattivi, l-ewwel D1 minuti tal-avveniment għandhom jitqiesu bħala avveniment operattiv.

3.   Algoritmu tal-immarkar tat-“tħaddim” sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti tal-punt 2

Il-punt 2 għandu jiġi implimentat fis-sekwenza stabbilita fil-punti 3.1 sa 3.4

3.1.   Pass 1: Identifika u aqsam f’avvenimenti operattivi u avvenimenti mhux operattivi.

(a)

iddefinixxi l-avvenimenti operattivi u l-avvenimenti mhux operattivi f’konformità mal-punt 2.1;

(b)

ikkalkola t-tul tal-avvenimenti mhux operattivi;

(c)

immarka l-avvenimenti mhux operattivi iqsar minn D0 bħala avvenimenti operattivi;

(d)

ikkalkola t-tul tal-avvenimenti operattivi.

3.2.   Pass 2: Għaqqad l-avvenimenti operattivi qosra (≤ D0) mal-avvenimenti mhux operattivi.

Immarka bħala avvenimenti mhux operattivi dawk l-avvenimenti operattivi iqsar minn D0 li huma kemm ippreċeduti kif ukoll segwiti minn avvenimenti mhux operattivi li jifdal itwal minn D1.

3.3.   Pass 3: Eskludi l-avvenimenti operattivi wara avvenimenti mhux operattivi twal (il-fażi ta’ konnessjoni motorizzata).

Fejn ikun applikabbli l-punt 2.2.3, immarka bħala avvenimenti mhux operattivi dawk l-avvenimenti operattivi wara avvenimenti mhux operattivi twal (> D2) sa kwalunkwe waħda minn dawn;

(a)

it-temperatura tal-gass tal-egżost tilħaq 523 K; jew

(b)

ikunu għaddew D3 minuti;

skont liema sseħħ l-ewwel.

3.4.   Pass 4: Inkludi l-avvenimenti mhux operattivi li jsegwu avvenimenti operattivi.

Inkludi D1 minuti ta’ avvenimenti mhux operattivi wara kwalunkwe avveniment operattiv bħala parti minn dak l-avveniment operattiv.

Tabella 2

Valuri għall-parametri D0, D1, D2 u D3

Parametri

Valur

D0

2 minuti

D1

2 minuti

D2

10 minuti

D3

4 minuti

“;

(24)

Fl-Appendiċi 5, il-punti 2.1 sa 2.3.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.1.   Il-metodu tat-tieqa tal-medja

2.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

It-tieqa tal-medja hija s-subsett tas-sett komplut tad-data kkalkolat waqt it-test ta’ monitoraġġ fis-servizz li t-tħaddim jew il-massa tas-CO2 tiegħu huma daqs it-tħaddim jew il-massa tas-CO2 tal-magna mkejla matul iċ-ċiklu ta’ ttestjar tal-laboratorju ta’ referenza. Il-massa tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u l-fatturi ta’ konformità għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu tat-tieqa tal-medja mobbli, abbażi tat-tħaddim ta’ referenza (il-proċedura stabbilita fil-punt 2.2) u l-massa ta’ referenza tas-CO2 (il-proċedura stabbilita fil-punt 2.3) imkejla tul iċ-ċiklu ta’ ttestjar fil-laboratorju ta’ referenza.

Il-potenza tal-magna kontra l-ħin u l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi fit-tieqa tal-medja, li jibdew mill-ewwel tieqa tal-medja.

Il-kalkoli għandhom isiru f’konformità mas-subpunti li ġejjin:

(a)

kwalunkwe data eskluża, skont it-termini tal-Appendiċi 4, ma għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkoli tat-tħaddim jew tal-massa tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u tal-fatturi ta’ konformità tat-twieqi tal-medja, ħlief kif meħtieġ mill-punt 4(f) ta’ dan l-Appendiċi;

(b)

il-kalkoli tat-tieqa tal-medja mobbli għandhom isiru b’inkrement fil-ħin Δt ugwali għall-perjodu tal-kampjunar tad-data. Il-bidu tat-tieqa tal-medja mobbli għandu jiġi inkrementat b’dak l-ammont f’kull iterazzjoni;

(c)

il-massa tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi għal kull tieqa tal-medja (mg/tieqa tal-medja) għandha tinkiseb billi tiġi integrata l-massa tal-emissjonijiet istantanji ta’ inkwinanti gassużi fit-tieqa tal-medja;

(d)

f’każ ta’ magni b’ECU li ġew iddisinjati b’interfaċċa tal-komunikazzjoni maħsuba sabiex tippermetti l-ġbir tad-data dwar it-torque u l-veloċità tal-magna kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, il-kalkoli għandhom jitwettqu u r-riżultati għandhom jiġu rrapportati kemm għall-metodu bbażat fuq it-tħaddim kif ukoll għall-metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2. Fil-każijiet l-oħrajn kollha l-kalkoli għandhom jitwettqu, u r-riżultati għandhom jiġu rrapportati, għall-metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2 biss.

Illustrazzjoni 4

Il-potenza tal-magna kontra l-ħin u l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi fit-tieqa tal-medja, li jibdew mill-ewwel tieqa tal-medja, kontra l-ħin

Image 4

2.1.2.   Valuri ta’ referenza

It-tħaddim ta’ referenza u l-massa ta’ referenza tas-CO2 ta’ tip ta’ magna, jew għat-tipi kollha ta’ magni fl-istess familja ta’ magni, għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

(a)

għall-magni fil-Gruppi ISM A u C, dawk il-valuri mill-prova tal-NRTC bl-istartjar sħun tat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna oriġinali kif speċifikat fil-punti 11.3.1 u 11.3.2 tal-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta’ magna jew familja ta’ magni, kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656;

(b)

għall-magni fil-Grupp ISM H, dawk il-valuri mill-prova tal-LSI-NRTC tat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna oriġinali;

(c)

għall-magni fil-Gruppi tal-ISM li ma humiex elenkati fis-subpunti (a) jew (b), dawk il-valuri determinati mir-riżultat tat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna oriġinali bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Appendiċi 9.

2.2.   Metodu bbażat fuq it-tħaddim

Illustrazzjoni 5

Metodu bbażat fuq it-tħaddim

Image 5

It-tul (t 2, i – t 1, i) tat-tieqa tal-medja numru i huwa determinat minn:

W(t 2, i) – W(t 1, i) ≥ Wref

Fejn:

—

W(t j,i) huwa t-tħaddim tal-magna mkejjel bejn il-bidu u l-ħin t j,i, kWh,

—

Wref huwa t-tħaddim ta’ referenza tal-magna determinat skont il-punt 2.1.2, kWh,

—

t 2, i għandu jintgħażel b’tali mod li:

W(t 2, i – Δt) – W(t 1, i) < W ref ≤ W(t 2, i) – W(t 1, i)

Fejn Δt huwa l-perjodu ta’ kampjunar tad-data, ugwali għal jew anqas minn sekonda.

2.2.1.   Kalkoli tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk

L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk egas (g/kWh) għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja u għal kull inkwinant gassuż kif ġej:

Formula

Fejn:

—

mi hija l-emissjoni tal-massa tal-inkwinant gassuż waqt it-tieqa tal-medja numru i, g/tieqa tal-medja,

—

W(t 2, i) – W(t 1, i) huwa t-tħaddim tal-magna waqt it-tieqa tal-medja numru i, kWh.

2.2.2.   L-għażla ta’ twieqi tal-medja validi

It-twieqi tal-medja validi huma t-twieqi tal-medja li l-potenza medja tagħhom taqbeż il-limitu tal-potenza ta’ 20 % tal-potenza ta’ referenza, kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628 u elenkat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għal kull (sotto)kategorija tal-magna, għat-tip ta’ magna soġġett għat-test tal-ISM, ħlief għall-magni tal-kategorija ATS fejn il-potenza ta’ referenza hija l-potenza b’veloċità intermedja kif definita fit-Taqsima 5.2.5.4, fil-punt (f) tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654. Il-perċentwal ta’ twieqi tal-medja validi għandu jkun ta’ 50 % jew aktar.

2.2.2.1.

Jekk il-perċentwal ta’ twieqi validi jkun anqas minn 50 %, l-evalwazzjoni tad-data għandha terġa’ ssir bl-użu ta’ limiti tal-potenza aktar baxxi. Il-limitu tal-potenza għandu jitnaqqas minn 20 % b’1 % kull darba sakemm il-perċentwal ta’ twieqi validi jkun ta’ 50 % jew aktar.

2.2.2.2.

Fi kwalunkwe każ, il-limitu l-aktar baxx tal-potenza ma għandux ikun ta’ anqas minn 10 %.

2.2.2.3.

Jekk il-perċentwal tat-twieqi tal-medja validi jkun ta’ anqas minn 50 % f’limitu tal-potenza ta’ 10 %, it-test għandu jitqies null.

2.2.3.   Kalkoli tal-fatturi ta’ konformità

Il-fatturi ta’ konformità għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja valida individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:

Formula

Fejn:

—

egas huwa l-emissjoni speċifika għall-brejk tal-inkwinant gassuż, g/kWh;

—

L huwa l-limitu applikabbli, g/kWh.

2.3.   Metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2

Illustrazzjoni 6

Metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2

Image 6

It-tul (t 2, i – t 1, i) tat-tieqa tal-medja numru i huwa determinat minn:

Formula

Fejn:

—

Formula
hija l-massa tas-CO2 imkejla bejn il-bidu tat-test u l-ħin t j,i, g;

—

Formula
hija l-massa ta’ referenza tas-CO2 determinata fi Grammi (g) f’konformità mal-punt 2.1.2,

—

— t 2, i għandu jintgħażel kif ġej:

Formula

Fejn Δt huwa l-perjodu ta’ kampjunar tad-data, ugwali għal jew anqas minn sekonda.

Il-mases tas-CO2 fit-twieqi tal-medja jiġu kkalkolati bl-integrazzjoni tal-emissjonijiet istantanji ta’ inkwinanti gassużi kkalkolati f’konformità mar-rekwiżiti introdotti fil-punt 1.

2.3.1.   L-għażla ta’ twieqi tal-medja validi

It-twieqi tal-medja validi għandhom ikunu dawk li t-tul tagħhom ma jaqbiżx it-tul massimu kkalkolat minn:

Formula

Fejn:

—

Dmax huwa t-tul massimu tat-tieqa tal-medja, s,

—

Pmax hija l-potenza ta’ referenza, kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628, f’kW, u elenkata fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għal kull (sotto)kategorija tal-magna, għat-tip ta’ magna soġġett għat-test tal-ISM, ħlief għall-magni tal-kategorija ATS fejn il-potenza ta’ referenza hija l-potenza b’veloċità intermedja kif definita fil-punt (f) tat-Taqsima 5.2.5.4. tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

Il-perċentwal ta’ twieqi tal-medja validi għandu jkun ta’ 50 % jew aktar.

2.3.1.1.

Jekk il-perċentwal ta’ twieqi validi jkun anqas minn 50 %, l-evalwazzjoni tad-data għandha terġa’ ssir billi jintużaw durati itwal tat-twieqi. Dan isir billi jitnaqqas il-valur ta’ 0,2 fil-formula mogħtija fil-punt 2.3.1 b’0,01 kull darba sakemm il-perċentwal ta’ twieqi validi jkun ta’ 50 % jew aktar.

2.3.1.2.

Madankollu, l-aktar valur baxx fil-formula msemmija hawn fuq ma għandux ikun anqas minn 0,10.

2.3.1.3.

It-test għandu jitqies null jekk il-perċentwal ta’ twieqi validi jkun ta’ anqas minn 50 % f’durata massima tat-tieqa kkalkolata f’konformità mal-punti 2.3.1, 2.3.1.1. u 2.3.1.2.

2.3.2.   Kalkoli tal-fatturi ta’ konformità

Il-fatturi ta’ konformità għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:

Formula

Bi

Formula
(proporzjon fis-servizz) u

Formula
(proporzjon taċ-ċertifikazzjoni)

Fejn:

—

mi hija l-emissjoni tal-massa tal-inkwinant gassuż tul it-tieqa tal-medja numru i, g/tieqa tal-medja,

—

Formula
hija l-massa tas-CO2 tul it-tieqa tal-medja numru i, g/tieqa tal-medja,

—

Formula
hija l-massa tas-CO2 tal-magna ta’ referenza determinata f’konformità mas-subpunt (g) tal-punt 2.1.2,

—

mL hija l-emissjoni tal-massa tal-inkwinant gassuż li tikkorrispondi għal-limitu applikabbli fiċ-ċiklu tat-test ta’ referenza, g.

mL hija determinata kif ġej:

Formula

Fejn:

—

L huwa l-limitu applikabbli, g/kWh

—

Wref huwa t-tħaddim ta’ referenza tal-magna determinat f’konformità mal-punt 2.1.2, kWh.”;

(25)

Fl-Appendiċi 6, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Impossibbiltà ta’ verifika tal-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU

Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ma huwiex possibbli li matul it-test ta’ monitoraġġ fis-servizz jiġi vverifikat is-sinjal tat-torque tal-ECU, il-verifika mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 3 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 waqt it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tkun iddikjarata fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tiġi aċċettata mill-awtorità tal-approvazzjoni.

Għall-magni fi Gruppi ISM li ma humiex A, C u H, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ taċċetta turija separata mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 3 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 iżda bl-użu tal-proċeduri ta’ mmappjar li ġejjin ta’ dak l-Anness:

(a)

għall-magni fil-Grupp ISM I, u l-magni b’veloċità varjabbli fil-Gruppi ISM E, F, G, J, K, L, M u N, it-Taqsima 7.6.1;

(b)

għall-magni l-oħra kollha, it-Taqsima 7.6.3.

Meta l-immappjar jitwettaq b’veloċità kostanti f’konformità mas-subpunt (b), għandu jkun biżżejjed li jitkejjel u jitqabbel il-qari tat-torque mkejjel mid-dinamometru u t-torque fornut mill-ECU fil-punt uniku tal-potenza netta nominali.”;

(26)

Fl-Appendiċi 7, il-punti 1 sa 1.3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.    Data li għandha tiġi pprovduta

1.1.

Meta jintuża ECU sabiex jipprovdi t-torque tal-magna, il-veloċità jew it-temperatura tal-fluwidu berried, bħala minimu dik id-data għandha tiġi pprovduta f’konformità mat-Tabella 1.

Tabella 1

Data tal-kejl

Parametru

Unità (9)

Torque tal-magna (10)

Nm

Veloċità tal-magna

rpm

Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna

K

1.2.

Meta jew il-pressjoni ambjentali jew it-temperatura ambjentali ma tiġix imkejla minn sensuri esterni, dawn għandhom jiġu pprovduti mill-ECU f’konformità mat-Tabella 2.

Tabella 2

Data addizzjonali ta’ kejl

Parametru

Unità (11)

Temperatura ambjentali (12)

K

Pressjoni ambjentali

kPa

Fluss tal-fjuwil tal-magna

g/s

1.3.

Fejn il-fluss tal-massa tal-egżost ma jitkejjilx direttament, il-fluss tal-fjuwil tal-magna għandu jingħata f’konformità mat-Tabella tal-Appendiċi 2”;

(27)

Fl-Appendiċi 7, il-punt 2.1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.1.1.

L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-fluss ta’ data għandu jingħata skont talanqas wieħed mis-serje ta’ standards li ġejjin:

(a)

ISO 27145 ma’ ISO 15765–4 (abbażi ta’ CAN);

(b)

ISO 27145 ma’ ISO 13400 (abbażi ta’ TCP/IP);

(c)

SAE J1939-73;

(d)

ISO 14229.”

(28)

L-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati tad-data 2 sa 2.20 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Informazzjoni dwar il-magna

2.1.

Grupp ISM

2.2.

Kategorija u sottokategorija tat-tip ta’ magna/familja ta’ magni

2.3.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

2.4.

Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk applikabbli)

2.5.

Deżinjazzjoni ta’ familja ta’ magni (jekk hija membru ta’ familja)

2.6.

Tħaddim ta’ referenza [kWh]

2.7.

Massa ta’ referenza tas-CO2 [g]

2.8.

Deżinjazzjoni tat-tip ta’ magna

2.9.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-magna

2.10.

Is-sena u x-xahar tal-produzzjoni tal-magna

2.11.

Magna mibnija mill-ġdid (iva/le)

2.12.

Ċilindrata totali tal-magna [cm3]

2.13.

Numru ta’ ċilindri

2.14.

Potenza netta nominali/veloċità nominali ddikjarati tal-magna [kW/rpm]

2.15.

Potenza netta massima/veloċità motorizzata massima tal-magna [kW/rpm]

2.16.

Torque/veloċità tat-torque massimi ddikjarati tal-magna [Nm/rpm]

2.17.

Veloċità tal-vettura mhux ingranata [rpm]

2.18.

Kurva tat-torque f’tagħbija sħiħa pprovduta mill-manifattur disponibbli (iva/le)

2.19.

In-numru ta’ referenza tal-kurva tat-torque f’tagħbija sħiħa pprovduta mill-manifattur

2.20.

Sistema DeNOx installata (eż., EGR, SCR) (fejn applikabbli)

2.21.

Tip ta’ konvertitur katalitiku installat (fejn applikabbli)

2.22.

Tip ta’ posttrattament tal-partikuli installat (fejn applikabbli)

2.23.

Posttrattament modifikat fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip (iva/le)

2.24.

Informazzjoni dwar l-ECU installata (In-numru tal-kalibrazzjoni tas-software)”;

(b)

l-entrati tad-data 9 sa 9.11 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“9.   Fatturi ta’ konformità tat-tieqa tal-medja (13) (determinati f’konformità mal-Appendiċijiet 3 sa 5)

(Perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv)

9.1.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (14)

9.2.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-]

9.3.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (15) (fejn applikabbli)

9.4.

Fattur ta’ konformità tat-THC + NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (16) (fejn applikabbli)

9.5.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (17)

9.6.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]

9.7.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tas-CO2 [-] (18) (fejn applikabbli)

9.8.

Fattur ta’ konformità tat-THC + NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (19) (fejn applikabbli)

9.9.

Tieqa tal-medja tat-tħaddim: potenza minima u massima tat-tieqa tal-medja [%]

9.10.

Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: tul minimu u massimu tat-tieqa tal-medja [s]

9.11.

Tieqa tal-medja tat-tħaddim: perċentwal ta’ twieqi tal-medja validi

9.12.

Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: perċentwal ta’ twieqi tal-medja validi”;

(c)

l-entrati tad-data 10 sa 10.8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“10.   Fatturi ta’ konformità tat-tieqa tal-medja (determinati f’konformità mal-Appendiċijiet 3 u 5 mingħajr id-determinazzjoni ta’ avvenimenti operattivi u mhux operattivi f’konformità mal-Appendiċi 4 u mingħajr l-esklużjoni ta’ twieqi invalidi kif stabbilit fil-punti 2.2.2 u 2.3.1 tal-Appendiċi 5)

(Perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv)

10.1.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (20)

10.2.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-]

10.3.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (21) (fejn applikabbli)

10.4.

Fattur ta’ konformità tat-THC+NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (22) (fejn applikabbli)

10.5.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (23)

10.6.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]

10.7.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tas-CO2 [-] (24) (fejn applikabbli)

10.8.

Fattur ta’ konformità tat-THC + NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (25) (fejn applikabbli)

10.9.

Tieqa tal-medja tat-tħaddim: potenza minima u massima tat-tieqa tal-medja [%]

10.10.

Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: tul minimu u massimu tat-tieqa tal-medja [s]”;

(d)

l-entrati tad-data I-2 sa I-2.20 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“I-2.   Data kkalkolata b’mod istantanju

I-2.1.

Massa tat-THC [g/s]

I-2.2.

Massa tas-CO [g/s]

I-2.3.

Massa tal-NOx [g/s] (fejn applikabbli)

I-2.4.

Massa tas-CO2 [g/s]

I-2.5.

Massa akkumulata tat-THC [g]

I-2.6.

Massa akkumulata tas-CO [g]

I-2.7.

Massa akkumulata tal-NOx [g] (fejn applikabbli)

I-2.8.

Massa akkumulata tas-CO2 [g]

I-2.9.

Rata kkalkolata tal-fjuwil [g/s]

I-2.10.

Potenza tal-magna [kW]

I-2.11.

Tħaddim tal-magna [kWh]

I-2.12.

Tul tat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [s]

I-2.13.

Potenza medja tal-magna tat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [%]

I-2.14.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (26)

I-2.15.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-]

I-2.16.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (27) (fejn applikabbli)

I-2.17.

Fattur ta’ konformità tat-THC + NOx mat-tieqa tal-medja tat-tħaddim [-] (28) (fejn applikabbli)

I-2.18.

Tul tat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [s]

I-2.19.

Fattur ta’ konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (29)

I-2.20.

Fattur ta’ konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]

I-2.21.

Fattur ta’ konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tas-CO2 [-] (30) (fejn applikabbli)

I-2.22.

Fattur ta’ konformità tat-THC + NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-] (31) (fejn applikabbli)”;

(29)

Jiżdiedu l-Appendiċijiet 9 u 10 li ġejjin:

“Appendiċi 9

Id-determinazzjoni tat-tħaddim ta’ referenza u tal-massa ta’ referenza tas-CO2 għat-tipi ta’ magni li għalihom iċ-ċiklu tat-test applikabbli tal-approvazzjoni tat-tip huwa biss Ċiklu f’Qagħda Statika Mhux tat-Triq (NRSC)

1.   Ġenerali

It-tħaddim ta’ referenza u l-massa ta’ referenza tas-CO2 għall-Gruppi ISM A u C jittieħdu mill-prova tal-NRTC bl-istartjar sħun tat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna oriġinali, u għall-Grupp ISM H mit-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-LSI-NRTC tal-magna oriġinali, kif stabbilit fil-punt 2.1.2 tal-Appendiċi 5. Dan l-Appendiċi jiddefinixxi kif għandhom jiġu ddeterminati t-tħaddim ta’ referenza u l-massa ta’ referenza tas-CO2 għat-tipi ta’ magni fil-Gruppi ISM kollha ħlief A, C u H.

Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, iċ-ċiklu tat-test tal-laboratorju applikabbli għandu jkun l-NRSC jew l-RMC NRSC b’modalità diskreta għas-(sotto)kategorija korrispondenti tal-magna stabbilita fit-Tabelli IV-1 u IV-2, u t-Tabelli IV-5 sa IV-10 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/1628.

2.   Id-determinazzjoni ta’ Wref u

Formula

mill-RMC NRSC

2.1.

It-tħaddim ta’ referenza Wref , kWh, huwa ugwali għat-tħaddim proprju Wact , kWh, kif mogħti mit-Taqsima 2.4.1.1 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.

2.2.

Il-massa ta’ referenza tas-CO2,
Formula
, g, hija ugwali għall-massa tas-CO2 għaċ-ċiklu tat-test fil-laboratorju
Formula
, g, ikkalkolata f’konformità ma’ waħda mit-Taqsimiet 2.1.2, 2.2.1, 3.5.1 jew 3.6.1 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali skont jekk jintużax kampjunar gassuż mhux ipproċessat jew dilwit u jekk jiġix applikat il-kalkolu bbażat fuq il-massa jew dak ibbażat fuq il-molari.
3.   Id-determinazzjoni ta’ Wref u

Formula

minn NRSC b’modalità diskreta

3.1.

It-tħaddim ta’ referenza Wref , kWh, għandu jiġi kkalkolat bl-ekwazzjoni 9-1.

Formula

(9-1)

Fejn:

Pi

hija l-potenza tal-magna għall-modalità i, kW, b’Pi = Pm,i + PAUX (ara t-Taqsimiet 6.3 u 7.7.1.3 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali);

WFi

huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għall-modalità i [-];

tref

huwa l-ħin ta’ referenza, s, (ara t-tabella);

Wref

huwa t-tħaddim taċ-ċiklu ta’ referenza emess mill-magna oriġinali fiċ-ċiklu tat-test tal-laboratorju ta’ referenza, kWh;

i

huwa n-numru tal-modalità;

Nmode

huwa n-numru totali ta’ modalitajiet fiċ-ċiklu tat-test.

3.2.

Il-massa ta’ referenza tas-CO2
Formula
, kg, għandha tiġi ddeterminata mir-rata medja tal-fluss tal-massa tas-CO2 q mCO2,i , g/siegħa, għal kull modalità i kkalkolata f’konformità mat-Taqsimiet 2 jew 3 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali bl-użu tal-ekwazzjoni 9-2.

Formula

(9-2)

Fejn:

Formula

hija r-rata medja tal-fluss tal-massa tas-CO2 għall-modalità i, g/siegħa;

WFi

huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għall-modalità i [-];

tref

huwa l-ħin ta’ referenza, s, (ara t-tabella);

Formula

hija l-massa ta’ referenza tas-CO2 emessa mill-magna oriġinali fiċ-ċiklu tat-test tal-laboratorju ta’ referenza, g;

i

huwa n-numru tal-modalità;

Nmode

huwa n-numru totali ta’ modalitajiet fiċ-ċiklu tat-test

3.3.

Il-ħin ta’ referenza tref huwa d-durata totali taċ-Ċiklu Modali bir-Rampa (RMC) ekwivalenti stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness XVII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali. Dawk il-valuri huma stabbiliti fit-tabella.

Tabella

Ħin ta’ referenza tref għal kull NRSC b’modalità diskreta

NRSC

tref [s]

C1

1 800

C2

1 800

D2

1 200

E2

1 200

E3

1 200

F

1 200

G1

1 800

G2

1 800

H

1 200

Appendiċi 10

Id-determinazzjoni tal-potenza approssimata istantanja mill-fluss tal-massa tas-CO2

1.   Ġenerali

‘Potenza approssimata’ tfisser valur miksub b’interpolazzjoni lineari sempliċi għall-iskop uniku tad-determinazzjoni ta’ avvenimenti validi matul il-monitoraġġ fis-servizz kif deskritt fl-Appendiċi 4. Din il-metodoloġija hija għall-magni ddisinjati mingħajr interfaċċa tal-komunikazzjoni li kapaċi tipprovdi data dwar it-torque u l-veloċità f’konformità mat-Tabella 1 tal-Appendiċi 7. Il-kalkolu huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li, għat-tipi kollha ta’ magni fi ħdan familja ta’ magni:

(a)

il-proporzjon tat-tħaddim u tal-massa tas-CO2 fuq iċ-ċiklu tat-test fil-laboratorju ta’ referenza huma simili;

(b)

hemm relazzjoni lineari bejn il-potenza u r-rata tal-fluss tal-massa tas-CO2; u,

(c)

magna operattiva li ma tipproduċi l-ebda potenza netta ma tarmi l-ebda CO2.

2.   Kalkolu tal-potenza approssimata istantanja

2.1.

Għall-fini unika tal-kalkoli fl-Appendiċi 4, il-potenza istantanja għall-magna soġġetta għat-test tal-ISM għandha tiġi kkalkolata mill-fluss imkejjel tal-massa tas-CO2 f’inkrement ta’ ħin ugwali għall-perjodu ta’ kampjunar tad-data. Għal dan il-kalkolu għandu jintuża kostant issimplifikat tas-CO2 (“Veline”) speċifiku għall-familja ta’ magni.

2.2.

Il-kostant Veline għandu jiġi kkalkolat mill-valuri ta’ referenza applikabbli stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Appendiċi 5.

Il-kostant Veline, Kveline, jiġi kkalkolat mill-massa ta’ referenza tas-CO2 emessa mill-magna oriġinali fl-approvazzjoni tat-tip diviża bit-tħaddim imwettaq mill-magna oriġinali fl-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-ekwazzjoni 10-1.

Formula

(10-1)

Fejn:

Kveline

hija l-kostant “Veline”, g/kWh;

Formula

hija l-massa ta’ referenza tas-CO2 emessa mill-magna oriġinali fiċ-ċiklu tat-test tal-laboratorju ta’ referenza, g;

W ref

huwa t-tħaddim ta’ referenza mwettaq mill-magna oriġinali fiċ-ċiklu tat-test tal-laboratorju ta’ referenza, kWh.

2.3.

Il-potenza approssimata istantanja tal-magna soġġetta għat-test tal-ISM tiġi kkalkolata mill-fluss istantanju tal-massa tas-CO2 bl-użu tal-ekwazzjoni 10-2

Image 7

(10-2)

Fejn:

Pi,proxy

hija l-potenza approssimata istantanja, kW;

Image 8

hija l-fluss istantanju tal-massa tas-CO2 emess mill-magna soġġetta għat-test, g/s.


(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).”;”


(1)  Meta l-fluss ta’ data disponibbli juża unitajiet differenti minn dawk meħtieġa mit-tabella, dak il-fluss ta’ data għandu jiġi ttrasformat fl-unitajiet meħtieġa matul l-ipproċessar minn qabel tad-data stabbilit fl-Appendiċi 3.

(2)  Imkejla jew ikkoreġuti fuq bażi umda.

(3)  Għandu jintuża kejl dirett tal-fluss tal-massa tal-egżost sakemm ma tapplikax xi waħda minn dawn:

(a)

is-sistema tal-egżost installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq twassal għad-dilwizzjoni tal-egżost bl-arja upstream mill-post fejn jista’ jiġi installat l-EFM. F’dak il-każ il-kampjun tal-egżost għandu jittieħed upstream mill-punt ta’ dilwizzjoni;

(b)

is-sistema tal-egżost installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq tiddevja porzjon mill-egżost lejn parti oħra tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (eż. għat-tisħin) upstream mill-post fejn jista’ jiġi installat l-EFM;

(c)

il-magna li għandha tiġi ttestjata għandha potenza ta’ referenza ta’ aktar minn 560 kW jew tiġi installata f’bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew f’vettura ferrovjarja u l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-installazzjoni ta’ EFM ma hijiex prattika minħabba d-daqs jew il-post tal-egżost fuq l-NRMM;

(d)

il-magni huma tal-kategorija SMB u l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-installazzjoni ta’ EFM ma hijiex prattika minħabba l-post tal-egżost fuq l-NRMM.

F’dawk il-każijiet, fejn il-manifattur ikun jista’ jipprovdi evidenza robusta lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar il-korrelazzjoni bejn il-fluss tal-massa tal-fjuwil stmat mill-ECU u l-fluss tal-massa tal-fjuwil imkejjel fuq il-bank tat-test tad-dinamometru tal-magna, l-EFM jista’ jitħalla barra u jista’ jiġi applikat kejl indirett tal-fluss tal-egżost (mill-flussi tal-fjuwil u tal-arja li tidħol fil-magna jew mill-fluss tal-fjuwil u l-bilanċ tal-karbonju).

(4)  Sabiex jiġi ddeterminat it-tul tal-fażi tal-konnessjoni motorizzata wara avveniment mhux operattiv twil għal magna mgħammra b’apparat ta’ posttrattament użat għat-tnaqqis tal-NOx, kif stabbilit fil-punt 2.2.2 tal-Appendiċi 4, it-temperatura tal-gass tal-egżost għandha titkejjel waqt is-sekwenza operattiva f’distanza ta’ 30 cm mill-iżbokk tal-apparat ta’ posttrattament użat għat-tnaqqis tal-NOx. Meta l-installazzjoni ta’ sensur f’distanza ta’ 30 cm tkun se tirriżulta fi ħsara għall-posttrattament, is-sensur għandu jiġi installat kemm jista’ jkun b’mod prattiku qrib dan il-post.

(5)  Uża s-sensur tat-temperatura ambjentali jew sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna. L-użu ta’ sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 5.1.

(6)  Il-valur reġistrat għandu jkun jew (a) it-torque nett; jew (b) it-torque nett ikkalkolat mill-perċentwal tat-torque proprju tal-magna, it-torque tal-frizzjoni u t-torque ta’ referenza, f’konformità mal-istandards stabbiliti fil-punt 2.1.1 tal-Appendiċi 7. Il-bażi għat-torque nett għandha tkun it-torque nett mhux ikkoreġut imwassal mill-magna flimkien mat-tagħmir u mal-awżiljari li għandhom jiġu inklużi għal test tal-emissjonijiet f’konformità mal-Appendiċi 2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

(7)  Ma huwiex meħtieġ għall-magni ttestjati skont dan ir-Regolament li ma humiex iddisinjati sabiex ikollhom interfaċċa tal-komunikazzjoni li kapaċi tipprovdi dawn il-flussi ta’ data.

(8)  Fil-każ ta’ magni mkessħa bl-arja, it-temperatura fil-post tal-punt ta’ referenza identifikata fil-punt 3.7.2.2.1 tal-PARTI C tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/656 għandha tiġi rreġistrata minflok it-temperatura tal-fluwidu berried.

(9)  Meta l-fluss ta’ data disponibbli juża unitajiet differenti minn dawk meħtieġa mit-tabella, dak il-fluss ta’ data għandu jiġi ttrasformat fl-unitajiet meħtieġa matul l-ipproċessar minn qabel tad-data stabbilit fl-Appendiċi 3.

(10)  Il-valur ipprovdut għandu jkun jew (a) it-torque nett tal-brejk tal-magna jew (b) it-torque nett tal-brejk tal-magna kkalkolat minn valuri xierqa oħra tat-torque kif definit fl-istandard korrispondenti ta’ protokoll stabbilit fil-punt 2.1.1. Il-bażi għat-torque nett għandha tkun it-torque nett mhux ikkoreġut imwassal mill-magna flimkien mat-tagħmir u mal-awżiljari li għandhom jiġu inklużi għal test tal-emissjonijiet f’konformità mal-Appendiċi 2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654.

(11)  Meta l-fluss ta’ data disponibbli juża unitajiet differenti minn dawk meħtieġa mit-tabella, dak il-fluss ta’ data għandu jiġi ttrasformat fl-unitajiet meħtieġa matul l-ipproċessar minn qabel tad-data stabbilit fl-Appendiċi 3.

(12)  L-użu ta’ sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 5.1 tal-Appendiċi 2.

(13)  It-tieqa tal-medja hija s-subsett tas-sett komplut tad-data kkalkolat waqt it-test ta’ monitoraġġ fis-servizz li l-massa tas-CO2 jew it-tħaddim tiegħu huma ugwali għall-massa tas-CO2 jew għat-tħaddim tal-magna ta’ referenza mkejla tul l-NRTC jew l-NRSC fil-laboratorju ta’ referenza tal-magna oriġinali applikabbli

(14)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(15)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(16)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(17)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(18)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(19)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(20)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(21)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(22)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(23)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(24)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(25)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(26)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(27)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(28)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(29)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(30)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limiti separati għall-HC u għall-NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628

(31)  Applikabbli biss għas-(sotto)kategoriji tal-magna li għandhom limitu ta’ emissjonijiet ikkombinati għall-HC + NOx f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.