22003D0020



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0082 - 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 20/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jsewwi l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XVII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru. 171/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [1].

(2) Directive 98/44/EC of the European Parliament and of the Council of 6 July 1998 on the legal protection of biotechnological inventions [2] is to be incorporated into the Agreement.

(3) Id-Direttiva 98/44/KE tiddependi fuq definizzjoni u referenza li tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 [3], li ma tkunx parti mill-Ftehim,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 9c (Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XVII tal-Ftehim:

"9d. 398 L 0044: Id-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' invenzjonijiet bioteknoloġiċi (ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 13).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw ma' l-adattamenti li ġejjin:

In vista ta' l-union tal-patenti bejn il-Liechtenstein u l-Isvizzera, il-Liechtenstein l-ebda patent m'għandu jitwassal kif stabbilit f'din id-Direttiva."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 98/44/KE fl-Islandiż u n-Norveġiż, ippubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim iridu jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat- 13.2.2003, p. 36.

[2] ĠU L 213, tat- 30.7.1998, p. 13.

[3] ĠU L 227, ta' l- 1.9.1994, p. 1.

[4] Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------