European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2498

24.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2498

tad-19 ta’ Settembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2024) 6671)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, kif ukoll jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dak il-mard, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni bi 23 tifqigħa addizzjonali ta’ ġidri tan-nagħaġ u ta’ ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn l-annimali ovini u kaprini jkunu nżammu fl-unità reġjonali ta’ Evros fil-konfini ta’ żoni ristretti ulterjuri diġà stabbiliti b’riżultat ta’ tifqigħat preċedenti fl-istess żoni u tifqigħa waħda fl-unità reġjonali ta’ Kavala, l-ewwel tifqigħa f’dik l-unità reġjonali. Disgħa mit-tifqigħat il-ġodda fl-unità reġjonali ta’ Evros jinsabu fil-konfini ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza diġà stabbiliti fl-istess żoni, filwaqt li waħda tinsab barra minn dawk iż-żoni diġà stabbiliti ta’ protezzjoni u sorveljanza, iżda xorta fil-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza diġà stabbiliti.

(6)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, b’mod spazjali u temporali, biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fil-Greċja u fil-bqija tal-Unjoni, u biex jiġu aġġustati d-dati tar-reġjonalizzazzjoni. Għaldaqstant, il-lista taż-żoni ristretti stabbilita fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħtieġ tiġi emendata.

(7)

Id-daqs taż-żoni u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluża s-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat b’dik il-marda kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid tal-marda. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fis-sitwazzjoni attwali, hemm riskju għoli ta’ tixrid ulterjuri tal-marda, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti, fl-unità reġjonali ta’ Evros seħħew għadd totali ta’ 33 tifqigħa ta’ ġidri tan-nagħaġ u ta’ ġidri tal-mogħoż fi 23 jum, f’raġġ ta’ inqas minn 80 km, li jissuġġerixxi li l-marda kienet preżenti fiż-żona għal perjodu ta’ żmien qabel ma ġiet dijanjostikata u baqgħet tinxtered, filwaqt li t-tifqigħa f’Kavala hija l-ewwel waħda fiż-żona u tinsab aktar minn 150 km fil-Punent tal-epiċentru oriġinali tal-marda.

(8)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Greċja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 tad-29 ta’ Awwissu 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim li għandhom relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja (ĠU L, 2024/2207, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2207/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Evros

GR-CAPRIPOX-2024-00005

GR-CAPRIPOX-2024-00006

GR-CAPRIPOX-2024-00007

GR-CAPRIPOX-2024-00008

GR-CAPRIPOX-2024-00009

GR-CAPRIPOX-2024-000010

GR-CAPRIPOX-2024-000011

GR-CAPRIPOX-2024-000012

GR-CAPRIPOX-2024-000013

GR-CAPRIPOX-2024-000014

GR-CAPRIPOX-2024-000015

GR-CAPRIPOX-2024-000016

GR-CAPRIPOX-2024-000017

GR-CAPRIPOX-2024-000018

GR-CAPRIPOX-2024-000019

GR-CAPRIPOX-2024-000020

GR-CAPRIPOX-2024-000021

GR-CAPRIPOX-2024-000022

GR-CAPRIPOX-2024-000023

GR-CAPRIPOX-2024-000024

GR-CAPRIPOX-2024-000025

GR-CAPRIPOX-2024-000025

GR-CAPRIPOX-2024-000027

GR-CAPRIPOX-2024-000028

GR-CAPRIPOX-2024-000029

GR-CAPRIPOX-2024-000030

GR-CAPRIPOX-2024-000031

GR-CAPRIPOX-2024-000032

GR-CAPRIPOX-2024-000033

GR-CAPRIPOX-2024-000034

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 41.49961111, Long. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Long. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Long. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Long. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Long. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Long. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Long. 26.302547 (2024/11) ,

Lat. 41.51720278, Long. 26.54510278 (2024/12),

Lat. 40.959944, Long. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Long. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Long. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Long. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Long. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Long. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Long. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Long. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Long. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Long. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Long. 26.209702 (2024/23), Lat. 40.925647, Long. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Long. 26.227036 (2024/25), Lat 40.904757, Long. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Long. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Long. 26.269386 (2024/28) , Lat. 41.48359444, Long. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Long. 26.54305556 (2024/30) , Lat. 41.51486111, Long. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Long. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Long. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Long. 26.131642 (2024/34)

8.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 41.49961111, Long. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Long. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Long. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Long. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Long. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Long. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Long. 26.302547 (2024/11), Lat. 41.51720278, Long. 26.54510278 (2024/12), Lat. 40.959944, Long. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Long. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Long. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Long. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Long. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Long. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Long. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Long. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Long. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Long. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Long. 26.209702 (2024/23), Lat. 40.925647, Long. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Long. 26.227036 (2024/25) , Lat 40.904757, Long. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Long. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Long. 26.269386 (2024/28), Lat. 41.48359444, Long. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Long. 26.54305556 (2024/30), Lat. 41.51486111, Long. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Long. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Long. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Long. 26.131642 (2024/34), bl-esklużjoni taż-żoni li jinsabu fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni

17.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Evros, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 41.49961111, Long. 26.54605556 (2024/5), Lat. 40.96145278, Long. 26.3345 (2024/6), Lat. 40.94543, Long. 26.275696 (2024/7), Lat. 40.876278, Long. 26.202551 (2024/8), Lat. 40.952487, Long. 26.280721 (2024/9) Lat. 40.920725, Long. 26.205981 (2024/10) Lat. 41.024363, Long. 26.302547 (2024/11), Lat. 41.51720278, Long. 26.54510278 (2024/12), Lat. 40.959944, Long. 26.336306 (2024/13), Lat. 40.93578, Long. 26.213778 (2024/14), Lat. 40.895996, Long. 26.222777 (2024/15), Lat. 40.900261, Long. 26.22288 (2024/16), Lat. 40.891842, Long. 26.146147 (2024/17), Lat. 40.933886, Long. 26.217318 (2024/18), Lat. 40.92507, Long. 26.212431 (2024/19), Lat. 41.278291, Long. 26.276953 (2024/20), Lat. 40.883228, Long. 26.157055 (2024/21), Lat. 40.923486, Long. 26.213196 (2024/22), Lat. 40.922552, Long. 26.209702 (2024/23) , Lat. 40.925647, Long. 26.1662 (2024/24), Lat. 40.883022, Long. 26.227036 (2024/25), Lat 40.904757, Long. 26.178189 (2024/26), Lat. 40.848411, Long. 26.203314 (2024/27), Lat. 41.019251, Long. 26.269386 (2024/28), Lat. 41.48359444, Long. 26.57411944 (2024/29), Lat. 41.49358333, Long. 26.54305556 (2024/30), Lat. 41.51486111, Long. 26.54725 (2024/31), Lat. 40.89917, Long. 26.186411 (2024/32), Lat. 40.9941149, Long. 26.155657 (2024/33), Lat. 40.832839, Long. 26.131642 (2024/34)

9.10.2024-17.10.2024

Unità reġjonali ta’ Kavala

GR-CAPRIPOX-2024-00035

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Kavala, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 40.855895, Long. 24.176609 (2024/35)

5.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unitajiet reġjonali ta’ Kavala u Serrer, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 40.855895, Long. 24.176609 (2024/35)

bl-esklużjoni ta’ żoni fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni

14.10.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-unità reġjonali ta’ Kavala, ġo ċirku ta’ raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat madwar UTM 30, ETRS89 koordinati Lat. 40.855895, Long. 24.176609 (2024/35)

6.10.2024-14.10.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Unità reġjonali

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Evros

L-unità reġjonali ta’ Evros għajr għaż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

17.10.2024

Fl-unità reġjonali ta’ Evros

18.10.2024-16.11.2024

Unità reġjonali ta’ Kavala

Fl-unità reġjonali ta’ Kavala, il-muniċipalità ta’ Thasos u ż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza.

14.10.2024

L-unità reġjonali ta’ Kavala għajr għall-muniċipalità ta’ Thasos

15.10.2024-13.11.2024

Unità reġjonali ta’ Serres

Il-muniċipalità ta’ Amphipolis għajr għaż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza.

14.10.2024

Il-muniċipalità ta’ Amphipolis

15.10.2024-13.11.2024

Unità reġjonali ta’ Drama

Il-muniċipalità ta’ Doxato

13.11.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2498/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)