|
6.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/829
tal-15 ta' Frar 2018
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 17(5) u 49(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-regolamenti tan-NU/KEE li japplikaw fuq bażi obbligatorja u li huma stipulati fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (2) jiġu aġġornati regolarment. F'dak ir-rigward, il-lista għandha tiġi kkomplementata b'nota ta' spjegazzjoni li tiċċara li l-manifatturi huma permessi jużaw supplimenti sussegwenti tas-serje ta' emendi applikabbli ta' dawk ir-regolamenti tan-NU/KEE, anke jekk mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Ċerti żbalji editorjali fil-lista ta' Regolamenti tan-NU/KEE stipulati fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(3) |
Biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jimplimentaw ir-Regolament Delegat (UE) 2015/208 mingħajr xkiel, ikun meħtieġ titjib editorjali għall-Anness IV kif ukoll referenzi preċiżi għall-kategoriji ta' vetturi li japplika għalihom dak l-Anness. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti dwar l-istering, stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, jeħtieġ li jiġu adattati għall-progress tekniku f'konformità mal-istandard tal-ISO 10998:2008 u mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 79, li huwa inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. |
|
(5) |
Il-vetturi agrikoli u tal-forestrija moderni jiġu esposti għal sinjali elettromanjetiċi li l-frekwenza tagħhom tilħaq sa 2 000 MHz. Għalhekk, l-Anness XV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi l-firxiet ta' frekwenzi xierqa għat-testjar u li jiġi allinjat mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 10, li jinkludi dawn ir-rekwiżiti tat-testjar u japplika bħala alternattiva għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness XV. |
|
(6) |
It-tekniki moderni tal-agrikoltura jeħtieġu li jintużaw tajers usa' biex il-ħamrija ma tiġix kompatta żżejjed, kif ukoll l-użu ta' għodod ta' daqs akbar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti dwar id-dimensjonijiet u mases tal-karrijiet stipulati fl-Anness XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jeħtieġ li jiġu adattati fir-rigward tal-wisa' tal-vettura f'konformità ma' dak li diġà huwa permess f'għadd ta' Stati Membri. |
|
(7) |
L-adattament tar-rekwiżiti tad-dimensjonijiet jinvolvi l-ħtieġa li jiġu adattati xi wħud mir-rekwiżiti stipulati fl-Annessi tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208, jiġifieri l-Anness VII dwar il-kamp ta' viżjoni u l-wajpers tal-windskrin, l-Anness XII dwar l-installazzjonijiet tad-dawl, l-Anness XIV dwar il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura, l-Anness XXVI dwar strutturi protettivi fuq in-naħa ta' wara, l-Anness XXVII dwar il-protezzjoni laterali u l-Anness XXVIII dwar il-pjattaformi tat-tagħbija peress li d-dispożizzjonijiet tagħhom jiddependu direttament fuq il-wisa' permissibbli tal-vettura. |
|
(8) |
Huwa stmat li l-inċidenti fatali jistgħu jitnaqqsu b'mod konsiderevoli jekk tittejjeb il-viżibbiltà tal-vetturi agrikoli u forestali permezz tal-adattament tar-rekwiżiti għal installazzjonijiet tad-dawl imtejba kif xieraq fl-Anness XII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208. |
|
(9) |
Biex ir-rekwiżiti tat-testjar stipulati fl-Anness XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 ikunu jistgħu jiġu applikati b'mod korrett, huwa xieraq li formula matematika partikolari marbuta ma' dan it-testjar tiġi aġġornata. |
|
(10) |
Biex jiġi żgurat li tiġi mħarsa is-sikurezza fit-toroq, fir-rigward tal-karrijiet u l-makkinarju irmunkat interkambjabbli li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru 167/2013, ir-rekwiżiti għall-igganċjar mekkaniku fl-Anness XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jenħtieġ li jiġi adattat biex ikunu jistgħu jintuża l-igganċar mekkaniku bi tliet (3) punti u jenħtieġ li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet imtejba għall-igganċar mekkaniku fuq il-vetturi rmunkati. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
|
(12) |
Minħabba li dan ir-Regolament fih għadd ta' korrezzjonijiet li jridu jsiru fir-Regolament Delegat (UE) 2015/208, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/208 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu IV jiżdied l-Artikolu 40a li ġej: “Artikolu 40 a Dispożizzjonijiet tranżitorji 1. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/829 (*1), sal-31 ta' Diċembru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ukoll ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, jew tipi ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati f'konformità ma' dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fit-8 ta' Ġunju 2018. 2. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2018/829, sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri jippermettu wkoll it-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati bbażati fuq tip approvat skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fit-8 ta' Ġunju 2018. (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/829 tal-15 ta' Frar 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 8).”;" |
|
(2) |
L-Annessi I, V, VII, XII, XIV, XV, XXI, XXVI, XXVII, XXVIII u XXXIV huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208
L-Annessi I, IV, XII u XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).
ANNESS I
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208
L-Annessi I, V, VII, XII, XIV, XV, XXI, XXVI, XXVII, XXVIII u XXXIV tar-Regolament Delegat(UE) 2015/208 huma emendati hekk:
|
1. |
Tiddaħħal in-nota li ġejja wara t-tabella fl-Anness I: “Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolamenti tan-NU/KEE elenkati fit-tabella japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi dati alternattivi speċifiċi. Il-konformità mal-preskrizzjonijiet skont emendi sussegwenti għal dawk elenkati f'din it-tabella għandhom jiġu aċċettati wkoll.”. |
|
2. |
Fl-Anness V, l-ewwel sentenza tal-punt 3.1.2 tinbidel b'dan li ġej: “L-isforz tal-istering meħtieġ sabiex il-vettura ddur dawra tond b'radju ta' 12-il m, mill-pożizzjoni fejn l-istering jipponta eżatt faċċata, m'għandux jeċċedi 25 daN fil-każ ta' apparat tal-istering intatt.” |
|
3. |
Fl-Anness VII, is-sentenza li ġejja tiżdied mal-punt 2: “It-testijiet u l-kriterji ta' aċċettazzjoni stipulati fl-ISO 5721-2:2014 għandhom japplikaw ukoll għal tratturi wiesa' aktar minn 2,55 m.”. |
|
4. |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
Fl-Anness XIV, il-punt 2.1. jinbidel b'dan li ġej:
|
|
6. |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej:
|
|
7. |
L-Anness XXI huwa emendat kif ġej:
|
|
8. |
Fl-Anness XXVI, il-punt 2.4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
9. |
Fl-Anness XXVII, il-punt 2.1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Il-wisa' tal-vettura bl-apparat magħha m'għandhiex taqbeż il-wisa' totali massimu tal-vettura, jew 2,55 m, skont liema jkun l-idjaq. Il-parti ewlenija tas-superfiċe ta' barra tagħha m'għandhiex tkun aktar minn 120 mm 'il ġewwa mill-aktar pjan fuq barra (il-wisa' massima) tal-vettura.”. |
|
10. |
Fl-Anness XXVIIIII, il-punt 2, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:
|
|
11. |
Fl-Anness XXXIV, jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(*1) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (riformulazzjoni) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).”.”
ANNESS II
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208
L-Annessi I, IV, XII u XXXIV tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 huma kkoreġuti kif ġej:
|
1. |
L-Anness I huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness IV huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
3. |
L-Anness XXII huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
4. |
L-Anness XXXIV huwa kkoreġut kif ġej:
|