<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑558/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0558</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:785">EU:C:2016:785</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI – KAWŻA C‑558/15</P><P>VIEIRA DE AZEVEDO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑558/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alberto José Vieira de Azevedo,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maria da Conceição Ferreira da Silva,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Carlos Manuel Ferreira Alves,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rui Dinis Ferreira Alves,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vítor José Ferreira Alves,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">C.E.D. Portugal Unipessoal, Lda,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Seguros de Portugal ‑ Fundo de Garantia Automóvel</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentant għall-pretensjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Impriża tal-assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat ta’ rappreżentanza legali</KEYWORD><KEYWORD>Persuni leżi</KEYWORD><KEYWORD>Stat Membru tad-domiċilju</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, seħħ inċident tat-traffiku fuq awtostrada fi Spanja, li kkawża l-mewt ta’ persuna u korra lil oħra. Is-sewwieq, ta’ nazzjonalità Portugiża u impjegat ta’ kumpannija rreġistrata fil-Portugall, tilef il-kontroll tal-vettura tal-kiri li kienet tintuża mill-imsemmija kumpannija. Il-vettura li kkawżat l-inċident kienet assigurata mill-proprjetarju tagħha mal-kumpannija Helvetia Seguros, stabbilita fi Spanja u li r-rappreżentant maħtur tagħha fil-Portugall huwa C.E.D. Portugal Unipessoal, Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>C.E.D.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma, minn naħa, il-vittma superstiti u, min-naħa l-oħra, id-detenturi tad-drittijiet tal-persuna maqtula fl-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab fl-inċident quddiem il-qorti tal-Prim’ Istanza Portugiża, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ħarrku lil C.E.D. b’mod prinċipali u lill-Fundo de Garantia Automóvel b’mod sussidjarju. B’mod partikolari fuq il-bażi tal-kontenut tal-kuntratt ta’ rappreżentanza li jorbot lil C.E.D. ma’ Helvetia Seguros, il-qorti madankollu kkonstatat in-nuqqas ta’ kapaċità ta’ C.E.D. li titressaq quddiem il-qorti u ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellaw kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar qieset li ma teżistix dispożizzjoni nazzjonali li tattribwixxi b’mod ċar lir-rappreżentanti Portugiżi tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor il-kapaċità li jitressqu, bħala konvenuti, quddiem qorti Portugiża fil-kuntest ta’ rikors<?PAGE NO="2"?> għall-kumpens ippreżentat mill-vittma ta’ inċident tat-traffiku li seħħ ’il barra mit-territorju tal-Istat Membru tar-residenza tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Għalkemm il-kuntest ġuridiku nazzjonali ma jirriżultax b’mod ċar mill-fajl, il-qorti tar-rinviju ssemmi, bħala dispożizzjoni rilevanti u applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 43 tad-Digriet-Liġi Nru 522/85, tal-<DATE ISO="19851231">31 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendat mid-Digriet-Liġi Nru 72‑A/2003 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Digriet-Liġi Nru 522/85<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u lill-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat terz u fergħat li jinsabu fil-Portugall biex jagħżlu rappreżentant f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>li se jkun responsabbli għall-indirizzar u l-pagament, fil-pajjiż ta’ residenza tal-vittma, tal-pretensjonijiet li jkunu saru fi Stat ieħor li ma huwiex dak ta’ residenza [tagħha]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (l-Artikolu 43(1) tad-Digriet-Liġi Nru 522/85). Din tiddefinixxi wkoll l-obbligi li se jkollu jissodisfa l-imsemmi rappreżentant billi tipprevedi li dan se jkollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>setgħat biżżejjed biex jirrappreżenta lill-kumpannija ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ persuni leżi […] u biex jissodisfa t-talbiet tagħhom għal kumpens bis-sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (l-Artikolu 43(3) tad-Digriet-Liġi Nru 522/85), li se jiġbor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>l-informazzjoni kollha neċessarja b’rabta mal-pagament tal-pretensjonijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u jieħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-miżuri neċessarji biex jinnegozja l-pagament tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (l-Artikolu 43(4) tad-Digriet-Liġi Nru 522/85).</P><P>Minkejja li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddetermina liema huwa d-dritt nazzjonali applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 43 tad-Digriet-Liġi Nru 522/85 għandu l-għan li jirregola l-istatus tar-rappreżentanti, <HT TYPE="ITALIC">li jinsabu fit-territorju ta’ Stati Membri oħra</HT>, tal-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li għandhom is-sede tagħhom jew fergħa fil-Portugall, kif tistieden li jsir il-premessa 15 tad-Direttiva 2000/26. Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jinvolvi lir-rappreżentant ta’ impriża tal-assigurazzjoni li għandha s-sede tagħha fi Spanja inkarigat bil-pagament ta’ pretensjonijiet fil-Portugall. Il-qorti tar-rinviju ma ssemmix dispożizzjoni li tiddefinixxi, strettament, l-istatus u l-portata tal-missjonijiet tar-rappreżentanti li jinsabu fit-territorju Portugiż.</P></NOTE> u li jinvolvi vettura assigurata minn waħda mill-imsemmija impriżi. Din il-qorti tenfasizza wkoll li dan il-punt huwa s-suġġett ta’ pożizzjonijiet kontrastanti, kemm fil-ġurisprudenza kif ukoll fid-duttrina Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota wkoll li l-obbligu impost fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni li għandhom is-sede tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jaħtru rappreżentant għal kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra, joriġina mid-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/26 jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[r]-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa inkonnessjoni mal-pagament għall-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet. Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant tal-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti danneġġjata [persuna leża] jew ta’ l-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[r]appreżentanti tal-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti] biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet danneġġjati [persuni leżi] fil-każijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 u li jissodisfaw it-talbiet tagħhom bis-sħiħ. Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każijiet fil-lingwa/lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/26, ġie emendat mid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> u barra minn hekk jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l]-ħatra ta’ rappreżentant ta’ pretensjonijiet m’għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l- ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)] u r-rappreżentant tal-pretensjonijiet m’għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 88/357/KEE jew […] stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-qari tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/26 biss għalhekk ma jippermettix lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi dwar it-tilwima pendenti quddiemha mingħajr il-kjarifika tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>poteri biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [setgħat suffiċjenti] li għandu jkollu r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma huwiex ċar biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat jekk dan jinkludix il-possibbiltà għall-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku li jressqu lill-imsemmi rappreżentant direttament quddiem il-qrati nazzjonali tal-post ta’ residenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ikkonfrontata b’hekk b’diffikultà ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, it-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u, permezz ta’ deċiżjoni li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151102">2 ta’ Novembru 2015</DATE>, li tagħmel lil din tal-aħħar id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>[Il]-premessa 16a [introdotta fid-Direttiva 2000/26 mid-Direttiva 2005/14] u [l]-Artikolu 4(4), (5) u (8) [tad-Direttiva 2000/26] [jippermettu] li titressaq azzjoni kontra r-rappreżentant tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni li ma toperax fil-pajjiż fejn tressqet l-azzjoni ġudizzjarja għad-danni minħabba inċident tat-traffiku, abbażi tal-polza ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-azzjoni ġudizzjarja hija suġġetta għall-klawżoli konkreti tal-kuntratt ta’ rappreżentanza li jorbot lir-rappreżentant mal-kumpannija ta’ assigurazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari bbenefika minn osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Fundo de Garantia Automóvel, ir-Repubblika Portugiża kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>X’inhu s-sinjifikat tal-previżjoni li skontha r-rappreżentant għall-pretensjonijiet, skont id-Direttiva 2000/26, għandu jkollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti] biex jirrappreżent[a] l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet danneġġjati [persuni leżi] […] u li jissodisfa[] it-talbiet tagħhom bis-sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>? Il-leġiżlatur tal-Unjoni hawnhekk xtaq jinkludi, għall-vittmi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, il-possibbiltà li jressquh direttament quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom? Din hija l-problema legali prinċipali mqajma mid-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju li jien se nikkunsidra flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li din id-dispożizzjoni tagħmel parti minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Litaksa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑556/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:202">EU:C:2015:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fl-ewwel lok, jien se nanalizza l-istatus tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet kif inhu ddefinit fid-Direttivi 2000/26 u 2005/14. L-analiżi testwali għandha tiġi kkompletata, fit-tieni lok, minn analiżi kuntestwali, teleoloġika u sistematika tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet fid-Direttivi 2000/26 u 2005/14</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Bħall-Ewropa, il-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur ma saritx f’ġurnata, bħalma tixhed is-serje ta’ direttivi adottati skont l-iżvilupp tat-tħassib tal-leġiżlatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Biex infakkar, l-ewwel direttiva hija d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10). Isegwu t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) imbagħad it-Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) kif ukoll id-Direttiva 2000/26. Dawn id-direttivi, barra minn hekk, kellhom jiġu emendati mid-Direttiva 2005/14 qabel ma jiġu kkodifikati mid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dak li jkun irid jistenna d-Direttiva 2000/26, jiġifieri r-raba’ waħda adottata dwar dan is-suġġett, biex jiġi stabbilit rappreżentant għall-pretensjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li timla l-lakuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-premessa 8 tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE> tad-direttivi preċedenti billi tistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal partijiet li jsofru danni [persuni leżi] intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata li jkunu ikkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/26. Ara wkoll l-premessa 11 tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>. F’din il-perspettiva, l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni jaħtru b’mod liberu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-għażla libera tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet hija żgurata mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>, f’kull Stat Membru minbarra dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom, rappreżentant għall-pretensjonijiet, li jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru fejn huwa jkun maħtur u li l-missjoni tiegħu tkun l-indirizzar u l-pagament tal-pretensjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>. Għal dan l-għan, huwa għandu jiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/26. Ara, ukoll, il-premessa 15 tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE> u jkollu biżżejjed setgħat biex jirrappreżenta lill-impriża tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ vittmi kif ukoll biex jissodisfa t-talbiet għal kumpens tagħhom <HT TYPE="ITALIC">bis-sħiħ</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-leġiżlatur tal-Unjoni iqis li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[l]-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant tal-pretensjonijiet <HT TYPE="ITALIC">m’għandhiex tippreġudika</HT> d-dritt tal-parti danneġġjata [persuna leża] jew ta’ l-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/26. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Din il-preċiżazzjoni ma kinitx tkun utli li kieku dan il-leġiżlatur stess ma qiesx possibbli li titressaq kawża kontra r-rappreżentant għall-pretensjonijiet stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-leġiżlatur ried jippreċiża li l-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, il-ftuħ ta’ fergħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fis-sens tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49 (ara l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/26).</P></NOTE> u li r-rappreżentant innifsu ma jistax jitqies bħala stabbiliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/26 kif emendat mid-Direttiva 2005/14.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-missjoni, il-funzjonijiet u d-dmirijiet tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma nbidlux fid-Direttiva 2009/103<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-premessi 34 sa 40, 43, 47 u 50 kif ukoll l-Artikoli 21 u 22 tad-Direttiva 2009/103. Għandu jiġi nnotat li l-kontenut tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26 ġie sempliċiment organizzat mill-ġdid u maqsum f’żewġ artikoli separati fid-Direttiva 2009/103.</P></NOTE> li hija sempliċiment direttiva ta’ kodifikazzjoni. Dan ifisser li ma saret l-ebda preċiżazzjoni, fit-test, fuq dak li jkopru l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Fis-sens tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26 u tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103.</P></NOTE> u li l-leġiżlatur, mingħajr ma jeskludih, ma ħax pożizzjoni espliċita dwar il-fatt jekk ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet setax jitressaq direttament, mill-persuni leżi fl-inċident li seħħ ’il barra<?PAGE NO="5"?> mit-territorju nazzjonali, quddiem il-qrati tal-post ta’ residenza tagħhom. Il-konklużjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja siltet, fir-rigward tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103, li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>din id-dispożizzjoni li tiffissa b’dan il-mod l-għan ta’ din ir-rappreżentazzjoni, ma tippreċiżax il-portata eżatta tal-poteri mogħtija sabiex jintlaħaq dan l-għan<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għalhekk tista’ assolutament tiġi trasposta għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26. Għalhekk jidher neċessarju li ngħaddi għall-analiżi kuntestwali, teleoloġika u sistematika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi kuntestwali, teleoloġika u sistematika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-analiżi tat-test tad-Direttiva 2000/26 tgħallimna li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandhom jiġu ddefiniti b’tali mod li jippermettulu jwettaq iż-żewġ missjonijiet essenzjali mogħtija lilu, jiġifieri dik li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>jirrappreżent[a] l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet danneġġjati [persuni leżi]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u dik li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>jissodisf[a] it-talbiet [għal kumpens tal-vittmi] <HT TYPE="ITALIC">bis-sħiħ</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Din il-preżentazzjoni tat-test litterali tad-Direttiva 2000/26 madankollu ma tkunx kompleta jekk wieħed ma jqisx ukoll ċerti spjegazzjonijiet mogħtija mill-premessi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għalhekk il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreċiża li s-sistema ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ma taffetwa la s-sustanza tal-liġi li għandha tkun applikata f’kull każ individwali u lanqas il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Premessa 13 tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>. Għal darba oħra, din il-preċiżazzjoni fir-rigward tad-dritt sostantiv applikabbli u d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni timplika li jista’ jiġi attribwit rwol ġudizzjarju lil dan ir-rappreżentant. Bl-istess mod, huwa ppreċiżat ukoll li l-attivitajiet ta’ dan tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet danni jekk ir-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ma jkunux jipprovdu dan<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Premessa 16 tad-Direttiva 2000/26.</P></NOTE>. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet f’kawżi possibbli ma tistax tiġi eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>B’mod parallel għall-prekawzjonijiet meħuda mil-leġiżlatur fir-rigward tal-impatti possibbli tal-intervent tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet fuq id-determinazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni u tad-dritt internazzjonali privat, il-vittmi għandhom dritt li jressqu azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, dan id-dritt li jressqu azzjoni ma huwiex ippreżentat bħala l-mod esklużiv għas-soluzzjoni ġudizzjarja tal-pretensjonijiet iżda biss bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">supplement loġiku</HT> għall-ħatra ta’ [dan ir-rappreżentant] u […] [<HT TYPE="ITALIC">itejjeb</HT>] <HT TYPE="ITALIC">il-pożizzjoni legali</HT> [tal-vittmi]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Premessa 14 tad-Direttiva 2000/26. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Il-preambolu tad-Direttiva, barra minn hekk, ġie estiż, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.</P></NOTE>, bi premessa 16a<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Miżjuda mad-Direttiva 2000/26 mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/14.</P></NOTE> li skontha, b’konformità mal-Artikolu 11(2), moqri flimkien mal-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, il-vittmi <HT TYPE="ITALIC">jistgħu</HT> jressqu kawża <HT TYPE="ITALIC">kontra l-assiguratur</HT> ta’ responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru fejn huma domiċiljati. Fil-prinċipju, il-vittmi għalhekk jistgħu wkoll iressqu lill-impriżi tal-assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet normattivi tad-direttiva kif ukoll il-premessi tagħha, jidher possibbli li titressaq azzjoni ġudizzjarja mill-persuni leżi kemm direttament kontra l-impriżi ta’ assigurazzjoni kif ukoll kontra r-rappreżentant tagħha, hekk kif il-leġiżlatur tal-Unjoni jidher li jħalli ż-żewġ rimedji miftuħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qari tal-premessi għalhekk jiċċara xi ftit il-loġika interna tad-Direttiva 2000/26. Madankollu, għad irid jiġi vverifikat li l-konklużjoni intermedjarja tiegħi, ibbażata fuq l-analiżi litterali u kuntestwali ta’ din id-direttiva, ma hijiex kontradetta mill-interpretazzjoni teleoloġika li għandha tinżamm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2000/26 issegwi l-għan li tiggarantixxi lill-vittmi ta’ inċident tat-traffiku trattament komparabbli, irrispettivament minn fejn seħħ l-inċident<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan jimplika li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza fis-sitwazzjoni oġġettiva li jinsabu fiha l-vittmi ta’ inċidenti li seħħew ’il barra mit-territorju tal-Istat Membru li huma residenti fih, biex jiġu kkumpensati billi jiġu ffaċilitati, konsegwentement, il-passi li dawn jieħdu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-faċilitazzjoni tal-proċessi, f’għajnejn il-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-funzjoni essenzjali tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, is-sistema implementata mid-Direttiva 2000/26 tipprevedi, pereżempju, li l-ilmenti jistgħu jitressqu fil-lingwa tal-vittma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE> lill-imsemmi rappreżentant li quddiemu jistgħu jittieħdu l-passi preliminari kollha għall-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Naturalment għandu jiġi rrikonoxxut li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kapaċità li jitressaq quddiem il-qorti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tar-rappreżentant inkarigat mir-riżoluzzjoni ta’ tilwim, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kapaċità tiegħu li jiddefendi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>302/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:263">EU:C:1988:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tkun tissodisfa bis-sħiħ l-għan imfittex mid-Direttiva 2000/26. Fil-fatt, huwa fir-rigward tiegħu li jittieħdu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>passi preliminari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> mill-vittmi u huwa possibbli wkoll li huwa l-uniku interlokutur tagħhom. Għaldaqstant, is-segwitu loġiku, l-istadju ulterjuri li jmiss huwa li jiġi rrikonoxxut li l-azzjoni mressqa minn dawn il-vittmi kontra r-rappreżentant tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni ġiet indirizzata korrettament, speċjalment peress li jingħatalu rwol attiv fil-proċess tal-kumpens. Fil-fehma tiegħi, biex jiġu ssodisfatti bis-sħiħ it-talbiet għal kumpens, li hija waħda mill-missjonijiet mogħtija mid-Direttiva 2000/26 lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet, jeħtieġ li jkun jista’ jingħatalu rwol fil-proċedura ġudizzjarja – u ma tagħmilx differenza liema – jista’ jiġi assenjat lilu: dak ta’ konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa wkoll b’dan il-mod li nifhem it-titjib fil-pożizzjoni legali tal-vittmi, prevista fil-premessa 14 tad-Direttiva 2000/26. Jekk wieħed iħares lejn il-kuntest tal-kawża prinċipali, ikun diffiċli biex dawn il-vittmi jifhmu li l-azzjoni tagħhom tkun ġiet miċħuda għal raġuni xi ftit formalista – fid-dawl tar-rabtiet mill-qrib li jorbtu lill-impriża ta’ assigurazzjoni mar-rappreżentant għall-pretensjonijiet maħtur – minħabba li din ġiet indirizzata kontra l-imsemmi rappreżentant u mhux kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li l-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw fil-proċedura bil-miktub insistew ħafna fuq il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fis-sentenza tal-<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE> Spedition Welter<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>(<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-mandat tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet kien limitat u li din il-limitazzjoni tkun tfisser li dan ir-rappreżentant ma jistax jitressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membri ta’ residenza tal-persuni leżi. Dan l-argument jibbaża, fil-fehma tiegħi, fuq qari imperfett tas-sentenza inkwistjoni, li għalhekk se jkolli mmur lura għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Din il-kawża kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> kellux jinkludi l-awtorizzazzjoni tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet biex jirċievi b’mod validu n-notifika tal-atti ġudizzjarji neċessarji biex titressaq kawża għad-danni kkawżati minn inċident quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[l]-vittmi għandhom ikunu jistgħu jinvokaw, fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, id-dritt tagħhom għal kumpens <HT TYPE="ITALIC">kontra r-rappreżentant</HT> għall-pretensjonijiet maħtur f’dak l-Istat Membru mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Din kompliet billi affermat li l-premessa 37 tad-Direttiva 2009/103 – li hija ekwivalenti għall-premessa 15 tad-Direttiva 2000/26 – kienet tobbliga lill-Istati Membri jagħtu lir-rappreżentanti inkwistjoni biżżejjed setgħat biex jirrappreżentaw lill-impriża tal-assigurazzjoni mhux biss fir-rigward tal-vittmi iżda wkoll quddiem awtoritajiet nazzjonali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>inklużi, meta xieraq, quddiem il-qrati, sa fejn dan ikun kompatibbli mar-regoli tal-liġi privata internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din ikkonkludiet li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mingħajr ma tikkomprometti l-osservanza tal-liġi privata internazzjonali, ir-rappreżentazzjoni tal-impriżi ta’ assigurazzjoni kif prevista [mid-Direttiva 2000/26] tinkludi dak kollu li għandu jippermetti li l-persuni li sofrew ħsara [persuni leżi] jkunu jistgħu jibdew b’mod validu quddiem il-qrati nazzjonali l-azzjonijiet għal kumpens tad-dannu li sofrew<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn it-tagħlimiet huma importanti għall-kawża tagħna fir-rigward tal-kwistjoni tal-kapaċità li titressaq kawża kontra persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Madankollu, wara dan ir-rikonoxximent wiesa’ evidenti tas-setgħat tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li hawnhekk irrepetiet il-konklużjonijiet tal-avukat ġenerali tagħha, ippreċiżat b’dan li ġej li mix-xogħol preparatorju għad-Direttiva 2000/26 kien jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>s-setgħa ta’ rappreżentazzjoni eżerċitata minn assiguratur fl-Istat ta’ residenza tal-vittma, fl-intenzjoni tal-leġiżlatur, kellha tinkludi mandat li jawtorizza persuna tirċievi notifiki ta’ atti ġudizzjarji, <HT TYPE="ITALIC">anki jekk ta’ natura limitata</HT> peress li dan ma għandux jaffettwa r-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Din l-affermazzjoni tal-aħħar għalhekk tapplika biss għal dak li jirrigwarda l-mandat partikolari tar-rappreżentant li jirċievi n-notifiki indirizzati lill-impriża tal-assigurazzjoni meta l-azzjoni tkun tressqet kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Din il-kawża tagħna tinvolvi xenarju notevolment differenti. Fil-fatt, din ma tirrigwardax azzjoni mressqa kontra l-impriża tal-assigurazzjoni permezz tar-rappreżentant li jirċievi n-notifika tagħha iżda tirrigwarda l-possibbiltà għall-vittmi li jindikaw lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet bħala konvenut tal-azzjoni tagħhom. Id-differenza hija importanti. Fl-ewwel każ, jistgħu jsiru domandi delikati b’rabta mal-istatus ta’ parti konvenuta tal-impriża ta’ assigurazzjoni b’mod leġittimu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:359">EU:C:2013:359</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Cruz Villalón enfasizza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[l]-għan tar-rappreżentanza […] la huwa dak ta’ difiża fi proċeduri, u lanqas ma huwa r-rappreżentanza ġenerali […] quddiem il-qrati […]. Ir-rappreżentanza […] hija limitata għan-notifika ta’ atti ġudizzjarji, mingħajr ma tiġi affettwata fl-ebda mument il-kwalità [tal-impriża ta’ assigurazzjoni] bħala konvenuta, u inqas u inqas it-termini li fihom tista’ teżerċita d-difiża tagħha<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (punt 17 tal-imsemmija konklużjonijiet). Madankollu, fil-kawża Spedition Welter, l-azzjoni li toriġina mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari kienet indirizzata b’mod ċar kontra l-impriża tal-assigurazzjoni biss.</P></NOTE>, li jiġġustifika effettivament, bħalma għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja, li fir-rigward tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet jiġi rrikonoxxut biss mandat ta’ rappreżentazzjoni limitata. Fit-tieni każ, għall-inqas fl-ewwel lok, dan jirrigwarda relazzjoni ġuridika iktar sempliċi bejn żewġ protagonisti, jiġifieri l-vittma (ir-rikorrenti) u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet li fir-rigward tiegħu jrid jiġi ddeterminat jekk għandux il-kwalità li jiddefendi kill-impriża ta’ assigurazzjoni quddiem il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk f’dan l-istadju tal-analiżi li jidher il-fatt li, għall-kuntrarju ta’ dak li tagħti x’jifhem il-qorti tar-rinviju fit-tieni domanda tagħha, il-kwistjoni tal-kapaċità tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li jitressaq il-qorti hija fil-fatt indipendenti, skonnessa mill-kontenut konkret tal-mandat li jorbot lil dan ir-rappreżentant mal-impriża tal-assigurazzjoni. Sabiex twassal għal trattament komparabbli tal-vittmi u biex tiffaċilita l-passi tagħhom, inkluż meta dawk ikunu impriżi quddiem qorti, il-kwalità tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li jitressaq bħala konvenut ma tista’<?PAGE NO="8"?> tiddependi bl-ebda mod mir-rabta kuntrattwali li tgħaqqdu mal-impriża ta’ assigurazzjoni. L-istess japplika għall-prevedibbiltà tal-modi u tal-proċeduri ta’ kumpens implementati mid-Direttiva 2000/26 għall-benefiċċju tal-vittmi. Fi kliem ieħor, din id-direttiva stabbilixxiet tip ta’ rappreżentanza legali li ma jistax jiġi previst li tkun tista’ tiġi mxekkla mis-sempliċi rieda tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tagħti risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, dan ikun jipperikola, bħalma ssostni l-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>il-bilanċ delikat li jikkaratterizza d-dispożizzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali u ta’ liġi applikabbli fil-każijiet ta’ azzjonijiet ta’ talba għal danni kkawżati minn inċidenti tat-traffiku b’konnessjonijiet transkonfinali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:359">EU:C:2013:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li dan huwa l-każ. It-tħassib tal-leġiżlatur fir-rigward tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat u tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni huwa leġittimu meta l-azzjoni titressaq kontra l-impriża tal-assigurazzjoni. Id-domanda magħmula llum madankollu hija differenti peress li din la tirrigwarda d-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni u lanqas tal-liġi applikabbli għall-kawża. Din tirrigwarda sempliċiment id-determinazzjoni ta’ jekk ir-rappreżentant inkarigat mir-riżoluzzjoni ta’ tilwim jistax ikollu l-kwalità ta’ konvenut. Inċidentalment, ir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja se tagħti lill-qorti odjerna bl-ebda mod ma tippreġudika l-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni tal-qrati Portugiżi, bħalma jixhed il-fatt li dan huwa diskuss bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali minħabba l-inċertezza fir-rigward tal-Istat Membru ta’ residenza reali ta’ wieħed mir-rikorrenti. Il-kwalità li jiddefendi hija għalhekk tassew kunċett distint minn dak tal-ġurisdizzjoni. Minkejja li wieħed għandu jsostni l-kuntrarju, il-previżjoni prevista fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26, li skontha r-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu jkollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>poteri biżżejjed [setgħat suffiċjenti]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> biex jissodisfa bis-sħiħ it-talbiet għal kumpens tal-vittmi, tista’ tidher bħala dispożizzjoni ta’ ġurisdizzjoni speċjali – anki b’mod impliċitu – meta mqabbla mar-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Fi kliem ieħor, l-ordni li r-rappreżentant għall-pretensjonijiet jingħata setgħat suffiċjenti biex jissodisfa bis-sħiħ it-talbiet tal-vittmi tant hija qawwija li ma jagħmilx sens li tiġi interpretata b’mod li din ma tagħtix il-possibbiltà lil dawn il-vittmi li jħarrku lill-imsemmi rappreżentant.</P></NOTE>. Madankollu, u b’kunsiderazzjoni tal-insistenza tal-leġiżlatur f’dan ir-rigward, jista’ jidher prudenti li jitfakkar dan il-limitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, għar-raġunijiet preċedenti kollha, jien tal-opinjoni li l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26 għandu jiġi interpretat fis-sens li fost is-setgħat li għandu jkollu r-rappreżentant għall-pretensjonijiet hemm il-kapaċità li jitħarrek, bħala konvenut, fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva suġġett għall-kundizzjonijiet previsti minn din tal-aħħar, hekk kif il-klawżoli tal-kuntratt li jorbot lill-impriża ta’ assigurazzjoni mar-rappreżentant ma jkunux jistgħu jaffettwaw l-kwalità ta’ dan tal-aħħar li jiddefendi lilu nnifsu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall):</TXT><P>L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-Raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fost is-setgħat suffiċjenti li għandu jkollu r-rappreżentant għall-pretensjonijiet hemm il-kapaċità li jitħarrek, bħala konvenut, fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku imsemmija<?PAGE NO="9"?> fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva suġġett għall-kundizzjonijiet previsti minn din tal-aħħar, peress li l-klawżoli tal-kuntratt li jorbot lill-impriża ta’ assigurazzjoni mar-rappreżentant ma jkunux jistgħu jaffettwaw il-kwalità ta’ dan tal-aħħar li jiddefendi lilu nnifsu.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>