<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑381/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑385/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0381</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:252">EU:C:2016:252</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160414">14.4.2016</DATE> — KAWŻI C‑381/14 U C‑385/14</P><P>SALES SINUÉS U DRAME BA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P><P>[test irrettifikat b’digriet tad-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>]</P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ipotekarji</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ rata minima</KEYWORD><KEYWORD>Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura kollettiva</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ inibizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑381/14 u C‑385/14,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE magħmula mill-Juzgado de lo Mercantil n<HT TYPE="SUP">o</HT>9 de Barcelona (qorti kummerċjali Nru 9 ta’ Barcelona, Spanja), permezz tad-deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20140627">27 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 u fit-<DATE ISO="20140812">12 ta’ Awwissu 2014</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jorge Sales Sinués</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Caixabank SA</HT> (C‑381/14),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Youssouf Drame Ba</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA)</HT> (C‑385/14),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. Sales Sinués, minn D. Cirera Mora u F. Pertínez Vílchez, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għal Caixabank SA, minn J. Fontquerni Bas, conseil, assistit minn A. Ferreres Comella, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Catalunya Caixa SA, minn J.M. Rodríguez Cárcamo u I. Fernández de Senespleda, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>[test irrettifikat b’digriet tad-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>] wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, J. Sales Sinués u Caixabank SA u, min-naħa l-oħra, Y. Drame Ba u Catalunya Caixa SA dwar in-nullità ta’ klawżoli ta’ kuntratti kuntrattwali f’kuntratti ta’ self ipotekarju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 93/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola għandha dejjem tiġi kkunsidrata li ma tkunx ġiet innegozjat individwalment meta din tkun ġiet abbozzata minn qabel u l-konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza s-sustanza tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu,[.]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu disposizzjonijiet li bihom persuni jew organizzazzjonijiet, li jkollhom interess leġittimu skond il-liġi nazzjonali li jipproteġu lill-konsumaturi, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skond il-liġi nazzjonali kkonċernata quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti għal deċiżjoni dwar jekk il-klawżoli kuntrattwali ppreparati għal-użu ġenerali jkunux inġusti, biex ikunu jistgħu japplikaw mezzi xierqa u effettivi biex jipprevjenu li jkomplu jintużaw dawn il-klawżoli.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 tal-kodiċi tal-proċedura ċivili (Ley de enjuiciamiento civil), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 7, tat-<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[M]eta, sabiex tingħata deċiżjoni fuq is-suġġett tat-tilwima, ikun meħtieġ li tiġi riżolta kwistjoni li hija stess tikkostitwixxi s-suġġett prinċipali ta’ proċedura oħra pendenti quddiem l-istess qorti jew qorti oħra, jekk ikun impossibbli li l-kawżi jingħaqdu, il-qorti tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ digriet, fuq talba taż-żewġ partijiet jew ta’ waħda minnhom u wara li tkun instemgħet il-kontroparti, favur is-sospensjoni tal-kawża fi kwalunkwe stadju qabel ma tingħalaq il-proċedura li tikkonċerna l-kwistjoni preliminari.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 221 tal-kodiċi tal-proċedura ċivili, dwar l-effetti ta’ sentenzi mogħtija fil-kuntest ta’ proċeduri mressqa minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u utenti, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="221.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-deċiżjoni tkun waħda ta’ kundanna pekunjarja, ta’ obbligu ta’ kummissjoni jew ta’ ommissjoni jew ta’ għoti ta’ ħaġa partikolari jew ġenerali, is-sentenza li tilqa’ t-talba għandha tindika individwalment il-konsumaturi u l-utenti li għandhom jitqiesu li huma benefiċjarji tal-kundanna skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tagħhom.</ALINEA><ALINEA>Meta jkun impossibbli li tali konsumaturi u utenti jiġu identifikati individwalment, is-sentenza għandha tistabbilixxi l-informazzjoni, il-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jintalab il-ħlas u, skont il-każ, tintalab l-eżekuzzjoni jew l-intervent tal-aħħar, jekk l-assoċjazzjoni rikorrenti tressaq talba f’dan is-sens.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="221.002A"><NO.PARAG>2a.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kundanna jew is-sentenza prinċipali jew unika, joriġinaw mid-dikjarazzjoni tan-natura illeċita jew illegali tal-attività jew tal-aġir partikolari, is-sentenza għandha tindika jekk, skont il-liġi relatata mal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti, id-dikjarazzjoni għandhiex tipproduċi effetti proċedurali li ma humiex limitati għall-persuni li kienu partijiet fil-proċedura inkwistjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="221.003A"><NO.PARAG>3a.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk kien hemm konsumaturi jew utenti partikolari li pparteċipaw fil-proċedura, is-sentenza għandha tinkludi deċiżjoni espressa dwar it-talbiet tagħhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 222 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="222.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> marbuta ma’ sentenzi finali, kemm jekk jikkonstataw kif ukoll jekk jiċħdu talba, teskludi, skont il-liġi, kwalunkwe proċedura sussegwenti jekk is-suġġett ikun identiku għal dak tal-proċedura li għaliha din tapplika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="222.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> hija marbuta mat-talbiet invokati fit-talba prinċipali u fil-kontrotalba, kif ukoll fil-punti msemmija fl-Artikolu 408(1) u (2) ta’ din il-liġi.</ALINEA><ALINEA>Il-fatti li jseħħu wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tan-noti fil-proċedura li matul tagħha ġew invokati dawn it-talbiet, għandhom jitqiesu li huma ġodda jew differenti, meta mqabbla mal-fondatezza tat-talbiet iċċitati iktar ’il fuq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="222.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> torbot ukoll lill-partijiet fil-proċedura li għaliha tapplika, kif ukoll lill-eredi u lill-aventi kawża tagħhom, u għall-persuni li mingħajr ma jkunu partijiet fil-proċedura, huma d-detenturi ta’ drittijiet li fuqhom hija msejsa l-leġittimazzjoni attiva tal-partijiet, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 ta’ din il-liġi.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="222.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Deċiżjoni li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fis-sentenza definittiva li tagħlaq il-proċedura torbot lill-qorti li quddiemha titressaq proċedura sussegwenti, jekk id-deċiżjoni li għandha l-awtorità tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tidher, fil-proċedura l-ġdida, bħala preċedent loġiku tas-suġġett ta’ din tal-aħħar, kemm-il darba l-partijiet fiż-żewġ proċeduri huma l-istess jew l-awtorità tar-res judicata tapplika għalihom skont id-dispożizzjonijiet legali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet proċedurali fis-sens li jimponulha obbligu li tissospendi l-proċeduri li tressqu quddiemha, u li permezz tagħhom ġiet ippreżentata azzjoni individwali minn konsumatur għall-annullament ta’ klawżola inġusta, sakemm tingħata sentenza definittiva fi proċedura mressqa minn assoċjazzjoni li hija debitament awtorizzata tressaq azzjoni kollettiva intiża għat-terminazzjoni tal-użu ta’ klawżola simili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, J. Sales Sinués ikkonkluda kuntratt ta’ novazzjoni ta’ self ipotekarju ma’ Caixabank SA. Il-klawżola ta’ rata minima f’dan il-kuntratt kienet tikkonsisti f’rata ta’ interess nominali annwali ta’ 2.85 %, b’rata massima stabbilita għal 12 %. Fis-<DATE ISO="20050207">7 ta’ Frar 2005</DATE>, Y. Drame Ba kkonkluda kuntratt ta’ self ipotekarju ma’ Catalunya Caixa SA. Il-klawżola ta’ rata minima f’dan il-kuntratt kienet tikkorrispondi għal rata ta’ 3.75 %, b’rata massima stabbilita għal 12 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Indipendentement mill-flutwazzjoni tar-rati fis-suq, ir-rati ta’ interess tal-kuntratti tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma setgħux ikunu inqas mill-perċentwali stabbilit mill-klawżola ta’ rata minima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li J. Sales Sinués u Y. Drame Ba qiesu li l-klawżoli ta’ rata minima ġew imposti fuqhom mill-istabbilimenti bankarji u li joħolqu żbilanċ għad-detriment tagħhom, huma ppreżentaw, separatament, rikors għall-annullament ta’ dawn il-klawżoli quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Qabel ma ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi, assoċjazzjoni tal-konsumaturi, l-Adicae (Asociación de Usarios de Bancos Cajas y Seguros), ressqet mandat ta’ inibizzjoni kollettiv kontra 72 stabbiliment bankarju intiż, b’mod partikolari, li jtemm l-użu ta’ klawżoli ta’ rata minima f’kuntratti ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-Artikolu 43 tal-kodiċi tal-proċedura ċivili, il-konvenuti fil-kawża prinċipali jitolbu s-sospensjoni tal-proċeduri inkwistjoni sakemm tingħata sentenza definittiva li ttemm il-proċedura kollettiva, li hija kkontestata minn J. Sales Sinués u Y. Drame Ba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 43 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili jimponilha l-obbligu li tissospendi l-azzjonijiet individwali li jkunu tressqu quddiemha sakemm l-azzjoni kollettiva tkun wasslet għal sentenza definittiva, b’tali effett sospensiv ikun jimplika subordinazzjoni neċessarja tal-azzjoni individwali għall-azzjoni kollettiva, kemm fir-rigward tal-iżvolġiment tal-proċedura kif ukoll fir-rigward tal-eżitu tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tenfasizza li l-parteċipazzjoni fl-azzjoni kollettiva hija suġġetta għal diversi restrizzjonijiet, sa fejn il-persuna kkonċernata jkollha, minn naħa, possibbilment tirrinunzja l-ġurisdizzjoni tal-qorti fejn hija ddomiċiljata u, min-naħa l-oħra, sa fejn il-possibbiltà li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet individwalment insostenn tal-azzjoni kollettiva hija <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Mercantil Nru°9 ta’ Barcelona (qorti kummerċjali ta’ Barcelona, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>Jista’ jiġi kkunsidrat [li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi] [...] mezz jew mekkaniżmu effettiv fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sa liema punt dan l-effett sospensiv jikkostitwixxi ostakolu għall-konsumatur, u għalhekk, ksur tal-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, biex tiġi invokata n-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-fatt li konsumatur ma jistax jiddistakka ruħu mill-azzjoni kollettiva jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, l-effett sospensiv tal-Artikolu 43 [tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili] huwa konformi mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 fis-sens li d-drittijiet tal-konsumatur huma kompletament imħarsa minn din l-azzjoni kollettiva, peress li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi mekkaniżmi proċedurali oħra li huma daqstant effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet tiegħu, u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20140909">9 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Kawżi C-381/14 u C-385/14 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi lil qorti, li quddiemha tkun tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża li tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtuh ma’ negozjant, li tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva dwar azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni tal-konsumaturi abbażi tal-Artikolu 7(2) intiża, b’mod partikolari, li tipprekludi l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dawk inklużi fl-azzjoni individwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jitfakkar, preliminarjament, li skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mezzi adattati u effikaċi sabiex itemmu l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn in-negozjanti u l-konsumaturi. B’mod parallel mad-dritt suġġettiv ta’ konsumatur li jressaq proċeduri quddiem qorti sabiex tiġi eżaminata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li huwa parti kontraenti tiegħu, il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 93/13 jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu kontroll tal-klawżoli inġusti inklużi f’kuntratti standard permezz ta’ mandati ta’ inibizzjoni mressqa fl-interess pubbliku minn assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-azzjoni individwali ta’ konsumatur, is-sistema ta’ protezzjoni implementata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel man-negozjant kemm fir-rigward tal-poter ta’ negozjar kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ informazzjoni (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pereničová u Perenič</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:144">EU:C:2012:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata din il-protezzjoni, is-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza bejn il-konsumatur u n-negozjant tista’ biss tiġi kkumpensata b’intervent pożittiv li ma huwiex relatat mal-partijiet tal-kuntratt (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali hija marbuta tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali billi tieħu inkunsiderazzjoni, kif jeżiġi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, in-natura tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom ġie konkluż il-kuntratt u billi tirreferi, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha relatati mal-konklużjoni tiegħu, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha ta’ dan il-kuntratt jew ta’ kuntratt li fuqu huwa dipendenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, li kieku l-qorti nazzjonali jkollha tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola, id-dritt għall-protezzjoni effettiva tal-konsumatur ikun jinkludi wkoll il‑fakultà li ma jinvokax id-drittijiet tiegħu, b’mod li l-qorti nazzjonali jkollha tieħu inkunsiderazzjoni, skont il-każ, l-intenzjoni espressa mill-konsumatur meta, konxju min-natura mhux vinkolanti ta’ klawżola inġusta, dan tal-aħħar jindika madankollu li jikkontesta l-esklużjoni tagħha, u għaldaqstant jagħti l-kunsens liberu u informat għall-klawżola inkwistjoni (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:88">EU:C:2013:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, ta’ azzjonijiet imressqa mill-persuni jew mill-organizzazzjonijiet li għandhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi enfasizzat li dawn tal-aħħar ma jinsabux f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbla man-negozjant (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:800">EU:C:2013:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, mingħajr ma tiġi nnegata l-importanza tar-rwol essenzjali li huma għandhom sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għandu madankollu jiġi kkonstatat li mandat ta’ inibizzjoni bejn tali assoċjazzjoni u negozjant ma huwiex kkaratterizzat mill-iżbilanċ li jeżisti fil-kuntest ta’ rikors individwali li jimplika konsumatur u negozjant (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:800">EU:C:2013:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali approċċ differenti huwa kkonfermat mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19980519">19 ta’ Mejju 1998</DATE>, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 43), u mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="1998">ĠU L 110, p. 30</REF.DOC.OJ>), li ssostitwixxih, li jipprovdu li huma l-qrati tal-Istati Membru tal-post tal-istabbiliment jew tad-domiċilju tal-konvenut li għandhom il-ġurisdizzjoni jiddeċiedu dwar mandati ta’ inibizzjonijiet imressqa mill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi ta’ Stati<?PAGE NO="7"?> Membri oħra, fil-każ ta’ ksur intra-Komunitarju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:800">EU:C:2013:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li n-natura preventiva u l-għan dissważiv tal-mandati ta’ inibizzjoni, kif ukoll l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kull kunflitt individwali konkret, jimplikaw li tali mandati jistgħu jitressqu minkejja li l-klawżoli li tintalab il-projbizzjoni tagħhom ma jkunux intużaw f’kuntratti speċifiċi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Invitel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:242">EU:C:2012:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, l-azzjonijiet individwali u kollettivi għandhom, fil-kuntest tad-Direttiva 93/13, għanijiet u effetti legali differenti, b’mod li r-relazzjoni proċedurali bejn l-iżvolġiment ta’ kull waħda minnhom ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ natura proċedurali relatati, b’mod partikolari, mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u man-neċessità li jiġu evitati deċiżjonijiet ġudizzjarji kontradittorji, mingħajr ma l-interazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet differenti twassal għad-dgħufija tal-protezzjoni tal-konsumaturi, kif prevista mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm din id-direttiva ma hijiex intiża għall-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola fil-kuntest tal-imsemmija azzjonijiet, l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jobbliga madankollu lill-Istati Membri jiżguraw li hemm mezzi adattati u effikaċi sabiex jintemm l-użu ta’ klawżoli inġusta fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Invitel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:242">EU:C:2012:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu minn tal-inqas jiġi rrilevat li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-mezzi proċedurali li jirregolaw ir-relazzjoni bejn azzjonijiet kollettivi u azzjonijiet individwali previsti fid-Direttiva 93/13, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi tali regoli, bis-saħħa tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni, madankollu, li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:800">EU:C:2013:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, ma hemm ebda indikazzjoni mid-deċiżjonijiet tar-rinviju, li l-Artikolu 43 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili jkun suġġett għal applikazzjoni differenti f’kawżi dwar drittijiet li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali u dawk dwar drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ li fih tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali trendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħed inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’dan il-kuntest, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji li huma l-bażi tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħaċ-ċertezza legali u l-awtorità tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BBVA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:731">EU:C:2015:731</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din il-qorti hija marbuta, skont l-Artikolu 43 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, tissospendi l-azzjoni individwali li tkun tressqet quddiemha sakemm tingħata sentenza definittiva tal-azzjoni kollettiva, li l-eżitu tagħha jista’ possibbilment jiġi applikat għall-azzjoni individwali u, fuq din il-bażi, il-konsumatur ma jistax jinvoka iktar individwalment id-drittijiet rikonoxxuti mid-Direttiva 93/13, billi jiddissoċja ruħu minn din l-azzjoni kollettiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, tali sitwazzjoni tista’ tikkomprometti l-effettività tal-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva, fid-dawl tad-differenzi fl-għan u fin-natura tal-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li huma kkonkretizzati minn dawn l-azzjonijiet kif jirriżulta mill-punti 21 sa 29 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-konsumatur huwa inevitabbilment marbut bl-eżitu tal-azzjoni kollettiva, anki jekk ikun iddeċieda li ma jipparteċipax fiha, u l-obbligu li għandha l-qorti nazzjonali skont l-Artikolu 43 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili tipprekludi lil din tal-aħħar milli twettaq l-analiżi tagħha stess taċ-ċirkustanzi tal-kawża mressqa quddiemha. B’mod partikolari, għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża individwali la huma determinanti l-kwistjoni tan-negozjar individwali tal-klawżola allegatament inġusta u lanqas in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-konsumatur huwa dipendenti, skont l-Artikolu 43 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili kif interpretat mill-qorti tar-rinviju, fuq it-terminu tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja tal-azzjoni kollettiva, li mingħajrha l-qorti nazzjonali ma tistax teżamina f’dan ir-rigward ir-rilevanza tas-sospensjoni tal-azzjoni individwali sakemm tingħata sentenza definittiva tal-azzjoni kollettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali dispożizzjoni nazzjonali tidher li hija inkompleta u insuffiċjenti u ma tikkostitwixxix mezz adattat jew effikaċi sabiex jintemm l-użu ta’ klawżoli inġusti, kuntrarjament għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> peress li, fid-dritt nazzjonali, jekk konsumatur jixtieq jipparteċipa f’azzjoni kollettiva, huwa jkollu jkun suġġett, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, għal restrizzjonijiet marbuta mad-determinazzjoni tal-qorti kompetenti u mal-motivi li jistgħu jiġu invokati. Barra minn hekk, huwa neċessarjament jitlef id-drittijiet li kienu jingħatawlu f’azzjoni individwali, jiġifieri teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw il-kawża tiegħu, kif ukoll il-possibbiltà li ssir rinunzja tan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola inġusta, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> jekk ma jkunx jista’ jiddissoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li n-neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza bejn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji ma tistax tiġġustifika tali nuqqas ta’ effettività, peress li, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-differenza tan-natura bejn stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ azzjoni kollettiva u dak fil-kuntest ta’ azzjoni individwali għandha, fil-prinċipju, tipprevjeni r-riskju ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji kontradittorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tan-neċessità li jittaffa’ l-piż tal-qrati, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet suġġettivi rikonoxxuti mid-Direttiva 93/13 lill-konsumaturi ma jistax jiġi kompromess mill-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lil qorti nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtu ma’ negozjant, tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi u fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2), intiża li ttemm l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dik inkluża fl-imsemmija azzjoni individwali, mingħajr ma r-rilevanza ta’ tali sospensjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkun ressaq azzjoni individwali quddiem il-qorti tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni u mingħajr ma l-konsumatur ikun jista’ jiddiżassoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lil qorti nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtu ma’ negozjant, tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi u fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2), intiża li ttemm l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dik inkluża fl-imsemmija azzjoni individwali, mingħajr ma r-rilevanza ta’ tali sospensjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkun ressaq azzjoni individwali quddiem il-qorti tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni u mingħajr ma l-konsumatur ikun jista’ jiddiżassoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>