|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/731 |
2.2.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12249 — BLACKSTONE / TPG / HOLOGIC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/731)
1.
Fit-23 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone Inc. (“Blackstone”), l-Istati Uniti tal-Amerka, li tappartjeni għall-grupp Blackstone Group Management LLC, l-Istati Uniti tal-Amerika, li hija kkontrollata biss mis-Sur Stephen A. Schwarzman, |
|
— |
TPG Inc. (“TPG”), l-Istati Uniti tal-Amerka, |
|
— |
Hologic, Inc. (“Hologic”), l-Stati Uniti tal-Amerka. |
Blackstone u TPG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hologic.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali. |
|
— |
TPG hija maniġer tal-assi alternattivi globali. |
|
— |
Hologic hija żviluppatur, manifattur u fornitur ta’ prodotti dijanjostiċi, sistemi ta’ imaging mediku u prodotti kirurġiċi ffukati primarjament fuq is-saħħa u l-benesseri tan-nisa permezz ta’ detezzjoni u trattament bikrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12249 — BLACKSTONE / TPG / HOLOGIC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/731/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)