|
7.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/1219
tat-23 ta' Awwissu 2018
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432 (EUNAVFOR MED/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-13 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432 (2) biex ħatar lill-Viċi Ammirall (LH) Alberto MAFFEIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO biex jieħu post il-Viċi Ammirall (LH) Alberto MAFFEIS bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mit-13 ta' Settembru 2018. |
|
(4) |
Fis-16 ta' Lulju 2018, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO u jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mit-13 ta' Settembru 2018.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Settembru 2018.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2432 tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1534 (EUNAVFOR MED/3/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 20).