<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑458/14</NO.CASE><NO.CASE>C‑67/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0458</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:122">EU:C:2016:122</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR — KAWŻI MAGĦQUDA C‑458/14 U C‑67/15</P><P>PROMOIMPRESA U MELIS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi Magħquda C‑458/14 u C‑67/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Promoimpresa srl</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro,</HT></P><P>Regione Lombardia (C‑458/14)[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun tal-Lombardija, l‑Italja)]</P><P><HT TYPE="BOLD">u</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mario Melis,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Tavolara Beach Sas,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dionigi Piredda,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Claudio Del Giudice</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Loiri Porto San Paolo,</HT></P><P>Provincia di Olbia Tempio (C‑67/15)</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun ta’ Sardenja, l-Italja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Operat ta’ beni pubbliċi marittimi u tal-għadajjar</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/123/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(6)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Numru limitat ta’ awtorizzazzjonijiet minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali</KEYWORD><KEYWORD>Tiġdid awtomatiku tal-awtorizzazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni konformi</KEYWORD><KEYWORD>Effett tad-direttiva fl-ordinament ġuridiku intern</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kawżi magħquda preżenti jikkonċernaw l-istess problematika tal-estensjoni ta’ drittijiet esklużivi għall-operat ta’ beni pubbliċi marittimi u tal-għadajjar fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qrati Taljani għandhom quddiemhom rikorsi għall-annullament ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jitterminaw atti li taħt il-liġi Taljana jikkwalifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>konċessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, relatati mal-operat ta’ żoni pubbliċi li jinsabu ħdejn l-għadira ta’ Garda u l-kosti ta’ Sardegna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>L-istess problematika tqajmet fil-kawża Regione autonoma della Sardegna (C‑449/15), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. Fil-kontestazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, il-konċessjonarji preżenti jinvokaw il-liġi li testendi d-data tal-iskadenza ta’ dawn l-atti. Il-qrati tar-rinviju għandhom id-dubji tagħhom dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-liġi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE kif ukoll ma’ dawk tad-Direttiva 2006/123/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għalhekk dawn il-kawżi joffru l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli applikabbli għal konċessjonijiet ta’ servizzi, meta mqabbla ma’ dak tad-dispożizzjonijiet relatati mal-awtorizzazzjoni tal-attività tas-servizz, kif ukoll li tinterpreta l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 dwar l-iskema tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet, li n-numru tagħhom huwa limitat minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123 fihom dispożizzjonijiet li japplikaw għall-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li jikkundizzjonaw l-aċċess għall-attivitajiet ta’ servizzi jew it-twettiq tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għażla minn fost diversi kandidati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli għal attività partikolari hu limitat minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi naturali disponibbli jew kapaċità teknika, l-Istati Membri għandhom japplikaw proċedura ta’ għażla għal kandidati potenzjali li tipprovdi garanziji sħaħ ta’ imparzjalità u trasparenza, inkluż, b’mod partikolari, reklamar adegwat dwar it-tnedija, il-kondotta u t-tlestija tal-proċedura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu limitat xieraq u ma tistax tkun miftuħa għal tiġdid awtomatiku, lanqas tipprovdi kwalunkwe vantaġġ ieħor lill-fornitur li l-awtorizzazzjoni tiegħu għada kemm skadiet jew kwalunkwe persuna oħra li għandha rabtiet partikolari ma’ dak il-fornitur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Soġġett għall-paragrafu 1 u għall-Artikoli 9 u 10, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont, fl-istabbiliment tar-regoli għall-proċedura ta’ l-għażla, konsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, objettivi ta’ politika soċjali, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħarsien ta’ l-ambjent, il-protezzjoni tal-wirt kulturali u raġunijiet aktar importanti oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku, skond il-liġi Komunitarja.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni relatata mal-konċessjonijiet marittimi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-beni li jagħmlu parti mill-proprjetà pubblika marittima huma rregolati mill-kodiċi tan-navigazzjoni li jipprovdi, b’mod partikolari, fl-Artikolu 36 tiegħu, li dawn il-beni jistgħu jkunu fil-mira ta’ konċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Dan il-kodiċi kien jipprevedi, barra minn hekk, fl-Artikolu 37(2) tiegħu, preferenza favur il-konċessjonarju eżistenti, f’każ ta’ tiġdid tal-konċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Wara l-ftuħ ta’ proċedura għal ksur mill-Kummissjoni Ewropea, dan id-dritt ta’ preferenza tħassar permezz tal-Artikolu 1(18) tad-digriet-liġi Nru 194 (decreto-legge n. 194 – Proroga di termini previsti da disposizioni legislative), tat-<DATE ISO="20091230">30 ta’ Diċembru 2009</DATE> (GURI Nru 302, tat-<DATE ISO="20091230">30 ta’ Diċembru 2009</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>digriet-liġi Nru 194/2009<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu estenda l-perijodu tal-konċessjonijiet ta’ beni pubbliċi marittimi li kienu ser jiskadu sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sa din id-data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Meta d-digriet-liġi Nru 194 sar liġi permezz tal-liġi Nru 25 (legge n. 25), tas-<DATE ISO="20100226">26 ta’ Frar 2010</DATE> (GURI Nru 48, tas-<DATE ISO="20100227">27 ta’ Frar 2010</DATE>), din id-dispożizzjoni ġiet emendata fis-sens li l-perijodu ta’ konċessjonijiet li jiskadu sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, ġie estiż sa din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ġiet sussegwentement emendata permezz tal-Artikolu 34k tad-digriet-liġi Nru 179 (decreto-legge n. 179 – Ulteriori misure urgenti per la crescita del Paese), tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE> (GURI Nru 245, tad-<DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE>), li nbidel fil-liġi Nru 221 (legge n. 221), tas-<DATE ISO="20121217">17 ta’ Diċembru 2012</DATE> (GURI Nru 294, tat-<DATE ISO="20121218">18 ta’ Diċembru 2012</DATE>), fis-sens li l-perijodu tal-konċessjonijiet ġie estiż sal-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni li ttrasponiet id-Direttiva 2006/123</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/123 ġiet trasposta, fid-dritt Taljan, permezz tad-digriet leġiżlattiv Nru 59 (decreto legislativo n. 59 – Attuazione della direttiva 2006/123/CE relativa ai servizi nel mercato interno), tas-<DATE ISO="20100326">26 ta’ Marzu 2010</DATE> (GURI Nru 94, tat-<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(4) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv jipprovdi li meta n-numru ta’ liċenzji disponibbli huwa limitat minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali, dawn il-liċenzji ma jistgħux jiġġeddu awtomatikament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li taw lok għall-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑458/14</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjonijiet tas-16 ta’ Ġunju u tas-<DATE ISO="20060817">17 ta’ Awwissu 2006</DATE>, il-Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Consorzio<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) ħareġ favur Promoimpresa srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Promoimpresa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) konċessjoni għall-operat ta’ żona għal finijiet rikreattivi, fil-proprjetà tal-għadira ta’ Garda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-deċiżjoni għall-għoti ta’ din il-konċessjoni kien jipprevedi l-konċessjoni <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> ta’ din tal-aħħar sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>, Promoimpresa ressqet talba għat-tiġdid tal-konċessjoni, li ġiet miċħuda mill-Consorzio permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110506">6 ta’ Mejju 2011</DATE>, għar-raġuni li l-konċessjoni fil-kawża prinċipali kienet limitata għal perijodu ta’ ħames snin bl-esklużjoni ta’ kull forma ta’ tiġdid awtomatiku u li l-konċessjoni l-ġdida kellha tingħata permezz tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Promoimpresa ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, billi invokat, b’mod partikolari, il-ksur tal-Artikolu 1(18) tad-digriet-liġi Nru 194/2009. Hija osservat li għalkemm dan id-digriet-liġi jikkonċerna konċessjonijiet marittimi, japplika wkoll għal konċessjonijiet ta’ beni fil-proprjetà tal-għadajjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li d-dispożizzjoni kkonċernata, inkwantu tipprevedi l-estensjoni tal-perijodu ta’ konċessjonijiet ta’ żoni pubbliċi, toħloq restrizzjoni inġusta għal libertà ta’ stabbiliment u għal libertà li jiġi pprovduti s-servizzi, billi trendi impossibbli l-aċċess għall-konċessjonijiet li jkunu skadew favur kompetituri oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li t-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun tal-Lombardija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-prinċipji tal-libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikoli 49, 56 u 106 TFUE, kif ukoll il-prinċipju tar-raġuni inkluż fihom, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’effett ta’ interventi leġiżlattivi suċċessivi, tipprovdi estensjoni ripetuta tad-data ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet fuq beni tal-qasam marittimu, tal-lagi u tax-xmajjar, importanti fuq il-pjan ekonomiku, li t-tul tagħha tiżdied b’mill-inqas ħdax-il sena permezz ta’ liġi, b’mod li l-istess konċessjonarju jżomm dritt esklużiv ta’ użu ekonomiku tal-beni, minkejja l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni mogħtija preċedentement lill-imsemmi konċessjonarju, b’konsegwenza li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jiġu esklużi minn kull possibbiltà li l-beni jiġi attribwit lilhom fi tmiem ta’ proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għal offerti?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kawża C-67/15</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, bl-eċċezzjoni tas-sindikat għaż-żoni tal-għawm, huma ġestjonarji ta’ attivitajiet turistiċi u rekreattivi fiż-żona tal-bajja tal-Comune di Loiri Porto San Paolo (Muniċipalità ta’ Loiri Porto San Paolo, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Muniċipalità<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), u dan bis-saħħa ta’ konċessjonijiet attribwiti minnha fl-2004 għal perijodu ta’ sitt snin, li wara ġew estiżi għal perijodi ta’ sena, sal-2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huma ressqu talba lill-muniċipalità għall-estensjoni tal-konċessjonijiet għas-sena 2012. Peress li din it-talba baqgħet mingħajr tweġiba, huma qiesu li jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom, skont l-Artikolu 1(18) tad-digriet-liġi Nru 194/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-muniċipalità ppubblikat avviż, fid-dawl ta’ seba’ attribuzzjonijiet ġodda, li xi wħud minnhom kienu jinsabu f’żoni li diġà kienu fil-mira ta’ konċessjonijiet attribwiti lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestaw l-atti rilevanti quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun ta’ Sardegna). Sussegwentement huma estendew l-ilmenti tagħhom għad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120608">8 ta’ Ġunju 2012</DATE>, li permezz tagħha l-muniċipalità kienet attribwiet konċessjonijiet lil xi persuni differenti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u wara kkontestaw il-miżuri li permezz tagħhom il-pulizija distrettwali kienet ordnatilhom jirtiraw it-tagħmir tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-rikorsi tagħhom, huma kkritikaw lill-muniċipalità talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-estensjoni awtomatika tal-konċessjonijiet prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li din l-estensjoni awtomatika timpedixxi l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123. L-Artikolu 16 tad-digriet leġiżlattiv Nru 59/2010, li jittrasponi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123, jidher, essenzjalment, li mhux qed jiġi applikat minħabba l-intervent ta’ regola leġiżlattiva speċjali li testendi l-konċessjonijiet kurrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun ta’ Sardegna) iddeċidiet li tissospendi l‑proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikoli 49, 56 u 106 TFUE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, permezz tal-effett ta’ interventi leġiżlattivi suċċessivi, tipprevedi proroga ripetuta tad-data ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet ta’ beni tal-qasam marittimu, ta’ rilevanza ekonomika?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123/KE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-punt 18 tal-Artikolu 1 tad-Digriet-Liġi Nru 194 [tad-29] ta’ Diċembru 2009, li sar liġi bil-Liġi Nru 25 tas-<DATE ISO="20100226">26 ta’ Frar 2010</DATE> kif ukoll emendi u żidiet suċċessivi, li tippermetti l-proroga awtomatika tal-konċessjonijiet fis-seħħ fl-oqsma marittimi ddestinati għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet turistiċi u rikreattivi, sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>; jew anki sal-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fis-sens tal-Artikolu 34k tad-Digriet-Liġi Nru 179 tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li ddaħħal bl-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 221 tas-<DATE ISO="20121217">17 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ta’ konverżjoni f’liġi tad-digriet-liġi ċċitat iktar ’il fuq?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet tar-rinviju waslu fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE> (Kawża C‑458/14) u fit-<DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE> (Kawża C‑67/15). Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, mill-Gvern Taljan u mill-Kummissjoni (fiż-żewġ kawżi), kif ukoll mill-Gvernijiet Griegi (Kawża C‑458/14) u Ċeki (Kawża C‑67/15). Il-kawżi ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza permezz tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20151027">27 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, il-Muniċipalità, il-Gvernijiet tal-Italia u tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll il-Kummissjoni kienu preżenti għas-smigħ tat-<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħhom, il-qrati tar-rinviju jixtiequ jkunu jafu jekk l-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 106 TFUE jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-estensjoni awtomatika tad-data tal-iskadenza ta’ konċessjonijiet ta’ beni fil-proprjetà marittima u tal-għadajjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C‑67/15, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din il-leġiżlazzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għalkemm id-domanda preliminari fil-Kawża C‑458/14 ma tirreferix għad-Direttiva 2006/123, madankollu l-Artikolu 12 tagħha ġie diskuss mill-partijiet u mill-persuni interessati. Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, sabiex tipprovdi risposta utli, tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li għalihom il-qorti nazzjonali ma tkun għamlet l-ebda referenza fit-test tad-domanda tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telaustria u Telefonadress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑324/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:669">EU:C:2000:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Efir</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑19/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:148">EU:C:2013:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan għandu d-dubji tiegħu dwar l-ammissibbiltà tad-domanda tar-rinviju fil-Kawża C‑458/14, u jindika li meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 1(18) tad-digriet-liġi Nru 194/09 kien jikkonċerna esklużivament il-konċessjonijiet pubbliċi marittimi. L-estensjoni tal-effetti ta’ din il-liġi għall-konċessjonijiet tal-għadajjar, li saret wara l-adozzjoni tal-atti kkontestati quddiem il-qorti tar-rinviju, ma tapplikax, skont dan il-gvern, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li, għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija fil-prinċipju marbuta li ssejjes ruħha fuq il-klassifikazzjonijiet li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju, peress li, skont ġurisprudenza kostanti, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti biex tinterpreta d-dritt intern tal-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Târșia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 1(18) tad-digriet-liġi Nru 194/09 għall-kawżi prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑458/14 jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tinvoka l-ksur ta’ din d-dispożizzjoni billi ssostni li din tapplika wkoll għall-konċessjonijiet pubbliċi tal-għadajjar. Il-qorti tar-rinviju tosserva li d-dibattitu quddiemha huwa ffokat fuq dan il-motiv u tindika diversi raġunijiet għaliex tqis li l-fatti fil-kawżi prinċipali jidħlu fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, peress li d-deċiżjoni tar-rinviju fiha bosta preċiżazzjonijiet li jikkonċernaw ir-rilevanza tad-domanda magħmula, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax, fl-opinjoni tiegħi, tirrikorri għall-ipoteżi li tippermetti ċ-ċaħda tad-domanda preliminari meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Târșia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fiż-żewġ kawżi, il-Gvern Taljan josserva li l-Artikolu 34k tad-digriet-liġi Nru 179/2012, li jestendi l-konċessjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, huwa sussegwenti għall-atti kkontestati fil‑kawża prinċipali u li d-domandi preliminari huma ammissibbli biss fir-rigward tal-estensjoni tal-konċessjonijiet sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi osservat li d-domandi preliminari jikkonċernaw l-ipoteżi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-estensjoni awtomatika u rrepetuta tad-data tal-iskadenza ta’ konċessjonijiet ta’ beni fil-proprjetà marittima u tal-għadajjar. Fir-rigward tal-kwistjoni li jiġi stabbilit jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli humiex dawk li jestendu din l-iskadenza sal-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, jew anki sal-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, din mhux biss taqa’ taħt il-kompetenza tal-qrati nazzjonali, iżda wkoll ma taffettwax l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari kif redatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, inqis li d-domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/123</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 2006/123 u t-Trattat FUE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Id-domandi preliminari jikkonċernaw kemm l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju kif ukoll dawk tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Irrid ngħid li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta proprjetà partikolari tkun is-suġġett ta’ armonizzazzjoni eżawrjenti fi ħdan l-Unjoni, kull miżura nazzjonali relatata magħha għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura ta’ armonizzazzjoni, bl-esklużjoni ta’ dawk tad-dritt primarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hedley Lomas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:205">EU:C:1996:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>UPC DTH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑475/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:285">EU:C:2014:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, għall-analiżi ta’ din il-ġurisprudenza, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rina Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑593/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:159">EU:C:2015:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza Rina Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑593/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:399">EU:C:2015:399</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. L-istess soluzzjoni, f’dak li jikkonċerna l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123, ġiet proposta mill-Avukat Ġenerali Bot fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs l-Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:619">EU:C:2015:619</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>, li d-Direttiva 2006/123 wettqet tali armonizzazzjoni eżawrjenti għas-servizzi li jidħlu fil-kamp tal-applikazzjoni tagħha, f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 14 tagħha dwar il-libertà ta’ stabbiliment. Fiż-żewġ kawżi l-oħra li fihom id-Direttiva 2006/123 kienet applikabbli fil-kawża prinċipali li tat lok għas-sentenzi Trijber u Harmsen kif ukoll Hiebler, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment ħadet l-istess approċċ, billi llimitat ruħha għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 11 u 15 ta’ din id-direttiva mingħajr ma ppronunzjat ruħha fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Trijber u Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:641">EU:C:2015:641</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hiebler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:843">EU:C:2015:843</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Inqis li din l-attitudni tgħodd għall-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123, li fihom id-dispożizzjonijiet relatati mal-iskemi ta’ awtorizzazzjoni u b’mod partikolari mal-Artikolu 12 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Kif inhu l-każ fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123, li jistabbilixxi lista tar-rekwiżiti pprojbiti fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, fl-Artikoli 9 sa 13 ta’ din id-direttiva, sensiela ta’ dispożizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mill-Istat Membru meta l-attività ta’ servizz tkun suġġetta għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni. Dan il-leġiżlatur għalhekk wettaq armonizzazzjoni eżawrjenti tal-proprjetà kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123 jipprevedi li, meta n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli huwa limitat minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali jew tal-kapaċitajiet tekniċi, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw skont proċedura tal-għażla imparzjali u trasparenti, għal perijodu limitat, u ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ tiġdid awtomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet jitilfu l-effett utli tagħhom jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jonqsu minnhom billi jinvokaw ġustifikazzjoni abbażi tad-dritt primarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Inqis għalhekk li fil-każ fejn japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123, l-eżami tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandu jsir fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt primarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-applikabbiltà tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Preliminarjament, nosserva li l-att li permezz tiegħu Stat Membru jikkonċedi dritt esklużiv għall-operat ta’ proprjetà pubblika jista’, fil-prinċipju, jiġi evalwat mill-perspettiva ta’ bosta dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 106 TFUE, kif ukoll tar-regoli tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi stabbilita l-applikabbiltà tad-Direttiva 2006/123 għall-kawża preżenti, għandu jiġi eżaminat jekk l-għoti ta’ konċessjoni ta’ proprjetà pubblika marittima jew tal-għadajjar abbażi tad-dritt Taljan, jikkostitwixxix skema ta’ awtorizzazzjoni fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2006/123 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> bħala waħda li tirreferi għal kull proċedura li l-effett tagħha huwa li tobbliga lil kull fornitur jew destinatarju jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali mill-awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Nosserva, f’dan ir-rigward, li b’differenza mill-Artikolu 49 TFUE, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, relatati mal-libertà ta’ stabbiliment, japplikaw indipendentement mill-eżistenza ta’ element transkonfinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Inħossni liberu li nirreferi għall-punt 24 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hiebler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:472">EU:C:2015:472</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll għall-punti 49 sa 57 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Trijber u Harmsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/14 u C‑341/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:505">EU:C:2015:505</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mhux meħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, jekk l-awtorizzazzjoni inkwistjoni fihiex interess transkonfinali ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 12 għall-kawżi preżenti tirrikjedi, min-naħa l-oħra, l-analiżi ta’ tliet elementi diskussi mill-partijiet, jiġifieri, fl-ewwel lok, ix-xebh bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u dik ta’ kirja kummerċjali, fit-tieni lok, id-differenza meta mqabbla ma’ konċessjoni ta’ servizzi u, fit-tielet lok, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet limitati minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Dwar l-argument li jinvoka x-xebh ma’ kirja kummerċjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fiż-żewġ kawżi, u l-Gvern Grieg isostnu li l-konċessjonijiet ta’ beni pubbliċi fil-proprjetà marittima u tal-għadajjar ikkonċernati, jikkostitwixxu kirjiet kummerċjali li jikkonċedu lil individwu partikolari, il-possibbiltà li jgawdi proprjetà pubblika, mingħajr il-kostituzzjoni ta’ awtorizzazzjoni li tikkundizzjona l-aċċess għall-attività ta’ servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din it-teżi ma tikkonvinċinix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjonijiet tar-rinviju li l-aċċess għall-attività relatata mal-operat ta’ beni fil-proprjetà pubblika marittima jew tal-għadajjar fl-Italja, bħall-ġestjoni ta’ żona pubblika mal-kosta għal għanijiet turistiċi u rikreattivi, teħtieġ l-għoti ta’ att konċessjonali mill-awtorità muniċipali kompetenti. Dan l-att għalhekk jissuġġetta l-aċċess għall-attività ta’ servizz inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn hekk huma dawn l-atti li jiċħdu l-estensjoni ta’ tali awtorizzazzjoni li qed jiġu kkontestati mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni jimplika wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod esklużiv ta’ proprjetà pubblika taħt forma ta’ kirja, ma jistax jaffettwa l-klassifikazzjoni ta’ din is-sistema bħala sistema ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Dwar id-distinzjoni meta mqabbla ma’ konċessjonijiet ta’ servizz</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Nosserva li sistema li tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>sistema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> hija madankollu eskluża mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123, meta tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-premessa 57 tad-Direttiva 2006/123.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-kawża preżenti, il-qrati nazzjonali jindikaw li l-konċessjonijiet pubbliċi marittimi u tal-għadajjar inkwistjoni jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu konċessjonijiet ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jeħtieġ għalhekk li jiġi eżaminat jekk il-kwistjoni fil-kawża preżenti tikkonċernax konċessjonijiet ta’ servizzi, f’liema każ dawn ma jkunux jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 iżda taħt il-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt li l-kuntratti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali huma kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>konċessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> taħt id-dritt Taljan, bl-ebda mod ma jippreġudika l-klassifikazzjoni tagħhom — awtonoma — taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif ġustament josserva l-Gvern Olandiż, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>konċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> spiss jintuża sabiex jidentifika dritt esklużiv jew att ta’ awtorizzazzjoni, mingħajr ma dan ikun ifisser li l-kwistjoni tikkonċerna konċessjoni fis-sens tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 tal-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar konċessjonijiet taħt id-dritt Komunitarju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="121" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, C 121, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konċessjoni ta’ servizzi hija b’mod partikolari kkaratterizzata mill-fatt li l-awtorità tikkonferixxi l-eżerċizzju tal-attività ta’ servizz, normalment servizz li l-provvista tiegħu taqa’ fuq din l-awtorità, lill-konċessjonarju, billi tobbligah jipprovdi s-servizz partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali La Pergola fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BFI Holding</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:71">EU:C:1998:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll dawk tal-Avukat Ġenerali Alber fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RI.SAN</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑108/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:161">EU:C:1999:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni ta’ att ta’ konċessjoni ta’ servizzi timplika għalhekk id-dikjarazzjoni li l-provvista ta’ servizzi hija suġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ddefiniti mill-awtorità kkonċernata, u li l-operatur ekonomiku ma huwiex liberu li jirrinunzja għal tali provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma kkonfermati permezz tal-premessa 14 tad-Direttiva 2014/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>), għalkemm inapplikabbli għall-kawżi preżenti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, tista’ sservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>konċessjoni ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE>, minn fejn jirriżulta li ċerti atti, bħall-awtorizzazzjonijiet jew il-liċenzji, ma għandhomx ikollhom l-istatus ta’ konċessjonijiet, b’mod partikolari meta l-operatur ekonomiku jirriżerva d-dritt li jirrinunzja għal provvista ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi. Kuntrarjament għal dawn l-atti, il-kuntratti ta’ konċessjoni jwasslu għal obbligi li jorbtu lil partijiet reċiprokament, li abbażi tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew tas-servizzi tkun suġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ddefiniti mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża preżenti ma jirriżultax mill-fatti deskritti fid-deċiżjonijiet tar-rinviju, li r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu obbligati, abbażi tal-atti li taħt id-dritt nazzjonali jikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>konċessjonijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jeżerċitaw attività ta’ servizzi speċifikament konċessa lilhom minn awtorità pubblika u li hija suġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ddefiniti minn din l-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Kif ġustament tosserva l-Kummissjoni, l-atti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma għandhomx bħala għan il-provvista ta’ servizzi ddeterminati mill-awtorità kontraenti, iżda t-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi turistiċi-rikreattivi f’żona ħdejn il-baħar, bl-implikazzjoni tal-użu esklużiv ta’ din il-proprjetà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Minn dawn iċ-ċirkustanzi, bir-riżerva tal-verifika tagħhom mill-qorti nazzjonali, jirriżulta li l-kuntratti fil-kawżi prinċipali ma jikkostitwixxux konċessjonijiet ta’ servizzi fis-sens tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Inqis għalhekk li d-dispożizzjonijiet nazzjonali bħalma huma dawk li jirrigwardaw l-attribuzzjoni tal-konċessjonijiet pubbliċi marittimi u tal-għadajjar taħt id-dritt Taljan, jikkostitwixxu skema ta’ awtorizzazzjoni li taqa’ taħt l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Inżid ngħid li fl-ipoteżi fejn il-kuntratti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>konċessjonijiet ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, bil-konsegwenza li r-regoli armonizzati tad-Direttiva 2006/123 ma jkunux applikabbli, ir-rekwiżiti imposti mill-awtoritajiet nazzjonali abbażi tar-regoli fundamentali tat-trattat u tal-prinċipji li jirriżultaw minnu jkunu essenzjalment l-istess. Fil-fatt, sakemm il-kwistjoni tkun tikkonċerna attivitajiet ekonomiċi b’interess transkonfinali li jkun ċert, f’dak li jikkonċerna l-obbligu tal-osservanza ta’ dawn ir-regoli fundamentali u ta’ dawn il-prinċipji, awtorizzazzjoni ma tiddistingwix ruħha minn konċessjoni ta’ servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sporting Exchange</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:307">EU:C:2010:307</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Engelmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:506">EU:C:2010:506</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Dwar l-eżistenza ta’ numru limitat ta’ awtorizzazzjonijiet minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 jirregola l-każ speċifiku tal-iskemi b’numru limitat ta’ awtorizzazzjonijiet, minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali jew tal-kapaċitajiet tekniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Nosserva li mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li l-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati fil-kawżi preżenti ngħataw fil-livell muniċipali u li n-numru tagħhom huwa limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Iż-żoni pubbliċi li jinsabu ħdejn l-għadajjar jew il-kosti marittimi u li jistgħu jkunu suġġetti għal operat ekonomiku fi ħdan muniċipalità partikolari huma mingħajr dubju limitati u għalhekk jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>riżorsi naturali rari<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-partijiet ma jinvokawx, ħlief ir-rarità tar-riżorsi naturali, xi raġuni imperattiva oħra ta’ interess ġenerali, li tista’ tiġġustifika l-limitazzjoni tan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli fil-kawżi preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument magħmul mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kif ukoll mill-gvern Taljan, li jgħid li l-kosti marittimi Taljani fit-totalità tagħhom ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>riżorsi rari<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jidhirli li jiżvijja d-dibattitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija fil-livell muniċipali, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni ż-żoni pubbliċi kkonċernati. Huwa ċar li fil-kawżi preżenti, in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet huwa limitat u dan ipoġġi f’kompetizzjoni l-kandidati potenzjali għall-proċedura tal-għażla stabbilita fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, inqis li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 huwa applikabbli għall-kawżi preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/123, meta n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli għal attività partikolari jkun limitat minħabba r-rarità tar-riżorsi naturali jew tal-kapaċitajiet tekniċi, l-għoti tagħhom għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ għażla li tirrispetta l-garanziji ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni mogħtija b’dan il-mod għandu jkollha perijodu xieraq, ma tistax tiġġedded awtomatikament u ma għandha tistabbilixxi l-ebda vantaġġ għall-fornitur kurrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Bir-rekwiżit tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għal perijodu limitat, skont proċedura trasparenti u imparzjali, id-dispożizzjonijiet ikkonċernati jiżguraw li l-attività li tinvolvi numru limitat ta’ operaturi minħabba r-rarità tar-riżorsi, tibqa’ miftuħa għall-kompetizzjoni u b’hekk potenzjalment aċċessibbli għal fornituri ġodda ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet huma msejsa fuq ġurisprudenza ferm stabbilita li tgħid li n-nuqqas ta’ proċedura tal-għażla trasparenti, f’kundizzjonijiet bħal dawn, jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra, li fil-prinċipju jmur kontra l-libertà ta’ stabbiliment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, fir-rigward ta’ konċessjoni ta’ servizzi, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u fir-rigward ta’ skema ta’ awtorizzazzjoni, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Engelmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:506">EU:C:2010:506</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Nosserva li l-estensjoni <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123 tmur, qabel kollox, kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>L-estensjoni tad-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti tikser l-obbligu, li jirriżulta mill-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/123, li tiġi stabbilita proċedura trasparenti u imparzjali sabiex jintgħażlu l-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-estensjoni <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> tad-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjonijiet hija ekwivalenti għal tiġdid awtomatiku, li huwa eskluż espliċitament mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u l-Gvern Taljan isostnu madankollu li l-estensjoni tal-konċessjonijiet ikkonċernati tista’ tkun iġġustifikata bħala miżura tranżitorja għal-raġunijiet taċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jargumentaw li l-estensjoni tal-konċessjonijiet ta’ beni pubbliċi marittimi u tal-għadajjar hija meħtieġa sabiex il-persuni kkonċernati jifdu l-investimenti mwettqa, inkwantu huma seta’ kellhom l-aspettattiva leġittima tat-tiġdid awtomatiku tal-awtorizzazzjonijiet u dan abbażi tal-leġiżlazzjoni li kienet applikabbli fiż-żmien meta saret l-għotja tagħhom u sal-adozzjoni tad-digriet-liġi Nru 194/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni hija wkoll sostnuta mill-Gvern Taljan, li jindika li l-estensjoni ta’ dawn il-konċessjonijiet tikkostitwixxi miżura tranżitorja fil-kuntest tal-bidla minn tiġdid awtomatiku għal sistema ta’ attribuzzjoni li tinvolvi proċedura tas-sejħa għall-offerti. Tali miżura hija ġġustifikata, skont dan il-gvern, mill-ħtieġa li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu profitt fuq l-investimenti tagħhom, skont il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Ninnota, f’dan ir-rigward, li l-aspettattivi leġittimi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni, inkwantu dan jipprevedi, fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2006/123, li l-awtorizzazzjonijiet, meta n-numru tagħhom ikun limitat minħabba r-rarità tar-riżorsi, għandu jkollhom perijodu xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premessa 62 ta’ din l-istess direttiva, dan il-perijodu għandu jiġi stabbilit b’mod li ma jirrestrinġix jew ma jillimitax il-kompetizzjoni libera lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-ammortizzazzjoni tal-investimenti u r-remunerazzjoni ekwa tal-kapitali investiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-istess kunsiderazzjonijiet jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi li l-perijodu ta’ awtorizzazzjoni għandu jiġi ġġustifikat permezz ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħall-ħtieġa, b’mod partikolari, tal-operatur partikolari li jammortizza l-investimenti. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Engelmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:506">EU:C:2010:506</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw, fil-prinċipju, għall-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Issa, fil-fehma tiegħi, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet li ma kinux suġġetti għal proċedura skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/123, dan l-artikolu jipprekludi Stat Membru milli jġeddidhom mal-iskadenza tagħhom, biex b’hekk jerġa’ jipposponi l-proċedura tal-għażla billi jinvoka raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2006/123 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jqisu kunsiderazzjonijiet marbuta ma’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali meta jistabbilixxu r-regoli għall-proċedura tal-għażla, din id-dispożizzjoni ma tippermettix lill-Istati Membri jinvokaw kunsiderazzjonijiet sabiex jaħarbu mill-organizzazzjoni ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>F’kull każ, inqis li l-ġustifikazzjoni msejsa fuq il-protezzjoni taċ-ċertezza legali, invokata mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali u mill-gvern Taljan, teħtieġ evalwazzjoni għal kull każ partikolari, li tippermetti li jiġi pprovat, permezz ta’ elementi konkreti, li d-detentur tal-awtorizzazzjoni seta’ kellu l-aspettattiva leġittima li l-awtorizzazzjoni tiegħu tiġġedded u li huwa għamel l-investimenti korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Din il-ġustifikazzjoni ma tistax għalhekk tiġi validament invokata insostenn ta’ estensjoni awtomatika, bħalma hija dik stabbilita mil-leġiżlatur Taljan, li tapplika mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-konċessjonijiet kollha ta’ beni pubbliċi marittimi u tal-għadajjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni bl-ebda mod ma hija kontradetta mis-sentenza ASM Brescia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi, fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ċirkostanza oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jirriżulta mir-raġunament sussegwenti li l-kwistjoni hija waħda ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li tikkonċerna każ partikolari ta’ applikazzjoni ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali marbuta mal-prinċipju taċ-ċertezza legali, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ konċessjoni ta’ servizzi fir-rigward tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-imsemmi prinċipju jista’ jimponi li r-rexissjoni ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-gass, tkun akkumpanjata minn perijodu tranżitorju, b’kunsiderazzjoni kemm tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku kif ukoll tal-aspetti ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ħadet inkunsiderazzjoni sensiela ta’ elementi, jiġifieri, fl-ewwel lok, li d-direttivi tal-Unjoni ma kinux qed iqajmu l-kwistjoni tal-konċessjonijiet eżistenti ta’ distribuzzjoni tal-gass; fit-tieni lok, li l-konċessjoni kienet ġiet attribwita fl-1984 b’effetti sal-2029, bl-antiċipazzjoni għalhekk tat-twettiq tagħha; u fl-aħħar nett, fit-tielet lok, li l-prinċipju taċ-ċertezza legali jeżiġi li r-regoli tad-dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, filwaqt li fiż-żmien meta l-konċessjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali kienet ġiet attribwita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx għadha ddeċidiet li ċerti kuntratti b’interess transkonfinali setgħu jiġu suġġetti għal obbligi ta’ trasparenza abbażi tad-dritt primarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ASM Brescia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Issa, ebda waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza abbażi tal-prinċipju taċ-ċertezza legali ma tikkaratterizza t-tilwim fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-awtorizzazzjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li jikkonċernaw l-eżerċizzju ta’ attivitajiet turistiċi-rikreattivi f’żoni pubbliċi marittimi u tal-għadajjar, ingħataw fl-2004 u fl-2006, fi żmien meta l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza fil-qasam tal-konċessjonijiet, kienet diġà stabbilita sewwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telaustria u Telefonadress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑324/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:669">EU:C:2000:669</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-atti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali kienu jistabbilixxu espliċitament id-data tal-iskadenza tagħhom għall-2010, biex b’hekk jippermettu lid-detenturi tagħhom jistabbilixxu l-ammont tal-investimenti tagħhom abbażi ta’ perijodu ta’ ammortizzazzjoni magħruf minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Is-soluzzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza ASM Brescia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, ibbażata fuq il-prinċipju taċ-ċertezza legali, ma tistax għalhekk tiġi trasposta għat-tilwim fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, inqis li l-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi b’mod awtomatiku d-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjonijiet relatati mal-operat ta’ proprjetà pubblika marittima u tal-għadajjar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-effett tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 fl-ordinament ġuridiku nazzjonali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-effett tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, irrid infakkar li l-qrati nazzjonali huma marbuta bl-obbligu tal-interpretazzjoni konformi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Dan l-obbligu ma huwiex limitat għall-analiżi tad-dispożizzjonijiet interni introdotti fid-dawl tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123, iżda jitlob it-teħid inkunsiderazzjoni tad-dritt nazzjonali fit-totalità tiegħu, sabiex jiġi evalwat f’liema miżura dan tal-aħħar jista’ jkun reċettiv ta’ applikazzjoni li ma twassalx għal riżultat li jmur kontra dak previst mill-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marleasing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑106/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:395">EU:C:1990:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Association de médiation sociale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑176/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2">EU:C:2014:2</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Dan japplika iktar meta l-qorti nazzjonali jkollha quddiemha kawża li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet interni li ġew speċifikament introdotti għat-traspożizzjoni ta’ direttiva. L-imsemmija qorti għandha tippreżumi f’dan ir-rigward, li l-Istat Membru kellu l-intenzjoni jeżegwixxi b’mod sħiħ l-obbligi li jirriżultaw mid-direttiva kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, meta, fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju interpretattiv, il-qorti nazzjonali jkollha quddiemha kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2006/123 u dawk li jirregolaw qasam speċifiku, għandha ssolvi dan il-kunflitt billi tieħu inkunsiderazzjoni n-natura partikolari tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Dan wara kollox jirriżulta mill-punt 1.2.1 tal-manwal għall-implementazzjoni tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>servizzi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Għalkemm ma jikkostitwixxix att vinkolanti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà bbażat ir-raġunament tagħha fuq dan il-manwal fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hiebler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:843">EU:C:2015:843</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jippreċiża li jekk l-Istati Membri jagħżlu li jittrasponu d-Direttiva 2006/123 jew xi wħud mill-artikoli tagħha permezz ta’ leġiżlazzjoni ta’ natura orizzontali — kif inhu l-każ fl-Italja — għandhom jaċċertaw li tali leġiżlazzjoni orizzontali jkollha prevalenza fuq il-liġi speċifika. Barra minn hekk, skont il-punt 6.1 ta’ dan il-manwal, id-dispożizzjonijiet relatati mal-iskemi ta’ awtorizzazzjoni, fid-dawl tar-rwol trasversali tagħhom, għandhom jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni orizzontali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawżi preżenti, il-qrati Taljani huma marbuta jinterpretaw id-dritt intern, sakemm dan ikun possibbli, b’mod li jiżgura li l-Artikolu 16 tad-digriet leġiżlattiv Nru 59/2010, li jittrasponi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123, jipprevali fuq il-leġiżlazzjoni speċifika relatata mal-konċessjonijiet ta’ proprjetà pubblika marittima u tal-għadajjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija iktar importanti fil-kawżi preżenti, peress li kif tindika l-qorti tar-rinviju fil-kawża C-67/15, l-estensjoni mogħtija mil-leġiżlatur Taljan twassal sabiex l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123, għalkemm formalment trasposta mil-leġiżlatur, tirriskja fir-realtà li ma tiġix applikata fil-qasam tal-konċessjonijiet ta’ proprjetà pubblika, minħabba l-intervent ta’ leġiżlazzjoni speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>F’kull każ, nosserva li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 jikkonfermaw l-obbligi li diġà jirriżultaw mill-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE fil-qasam tal-għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet li jirrigwardaw lil attivitajiet ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-libertajiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom effett dirett, fis-sens li jistgħu jiġu direttament invokati f’tilwima li tinvolvi relazzjonijiet kuntrattwali, sabiex tippermetti l-ftuħ għall-kompetizzjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telaustria u Telefonadress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑324/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:669">EU:C:2000:669</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ASM Brescia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>L-istess effett dirett għandu, għalhekk, jiġi rrikonoxxut lill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123, li jimplementa dawn il-prinċipji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-interpretazzjoni, sussidjarjament, tal-Artikolu 49 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjoni tiegħi li tgħid li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123 jipprekludi l-estensjoni tal-awtorizzazzjonijiet bħal dawk fil-kawżi prinċipali, ma huwiex meħtieġ li jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE kkonċernati mid-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Madankollu, sussidjarjament, irrid nenfasizza li, fl-ipoteżi fejn id-Direttiva 2006/123 ma tkunx applikabbli, għar-raġuni li l-atti kkonċernati jkunu jikkostitwixxu konċessjonijiet ta’ servizzi, l-estensjoni tagħhom tkun kuntrarja għar-rekwiżiti tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Infakkar li l-awtoritajiet pubbliċi, meta jagħtu konċessjonijiet ta’ servizzi ta’ natura li jinteressaw lil operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jidher li huwa l-każ fil-kawżi preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-qorti tar-rinviju, fil-kawża C‑458/14, tosserva li l-konċessjoni inkwistjoni tippreżenta interess transkonfinali ċert, b’mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeografika tal-proprjetà u tal-valur ekonomiku tal-konċessjoni.</P></NOTE>, huma marbuta li josservaw ir-regoli fundamentali tat-trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 49 TFUE, inkluż l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telaustria u Telefonadress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑324/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:669">EU:C:2000:669</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Coname</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:487">EU:C:2005:487</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Parking Brixen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑458/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:605">EU:C:2005:605</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wall</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:182">EU:C:2010:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Engelmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:506">EU:C:2010:506</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Dawn l-awtoritajiet ma jistgħux jaħarbu minn dawn ir-rekwiżiti billi jiddeċiedu li jestendu awtomatikament l-iskadenza tal-konċessjonijiet li kienu ngħataw mingħajr l-ebda trasparenza. Miżura nazzjonali li twassal għall-posponiment tal-attribuzzjoni ta’ konċessjoni ġdida permezz ta’ proċedura trasparenti, fil-fatt tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta li fil-prinċipju hija pprojbita mill-Artikolu 49 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ASM Brescia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑347/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:416">EU:C:2008:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li tali miżura nazzjonali tista’ tiġi ġġustifikata abbażi ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali marbuta maċ-ċertezza legali, huwa ċar li l-kundizzjonijiet li tirrikjedi din is-soluzzjoni ma humiex issodisfatti fil-kawżi preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punt 99 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun tal-Lombardija) u mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (qorti amministrattiva reġjonali tar-reġjun ta’ Sardegna):</TXT><P>L-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali milli testendi b’mod awtomatiku d-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjonijiet relatati mal-operat tal-proprjetà pubblika marittima u tal-għadajjar.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>