9.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10298 — Colony Capital/Platinum Spring/EdgePoint)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 219/10)

1.   

Fis-1 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Platinum Spring B 2019 RSC Limited (“Platinum Spring”, l-Emirati Għarab Magħquda),

—

EdgePoint HoldCo Pte Ltd (“EdgePoint”, Singapore).

Colony Capital u Platinum Spring jakkwista l-kontroll bi sħab ta’ EdgePoint, li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn Colony Capital, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Colony Capital: ditta globali tal-proprjetà immobbli u tal-ġestjoni tal-investiment li hija kkwotata fil-Borża,

—

Platinum Spring: kumpanija assjonarja tal-investiment li hija proprjetarja u tiġġestixxi l-investimenti. Hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”), istituzzjoni indipendenti tal-investiment mwaqqfa mill-Gvern tal-Emirat ta’ Abu Dhabi. ADIA tiġġestixxi nportafoll tal-investiment globali f’aktar minn żewġ tużżani kategoriji u sottokategoriji tal-assi,

—

EdgePoint: kumpanija impenjata fl-akkwist u t-tħaddim ta’ torrijiet tal-komunikazzjoni bil-mobile fl-Indoneżja u l-Malażja, u fir-reġjun usa’ tax-Xlokk tal-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10298 — Colony Capital/Platinum Spring/EdgePoint

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.