Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni C(2001) 3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-iskart radjattiv tagħhom u ta’ l-għeluq definittiv ta’ l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċeduri fil-kontradittorju previsti fl-Artikolu 88(2) KE fil-każ ta’ diffikultà ta’ evalwazzjoni jew ta’ dubju.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta’ Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02) hija annullata.

2) Ir-rikors ippreżentat minn Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni C(2001) 3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-iskart radjuattiv tagħhom u ta’ l-għeluq definittiv ta’ l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE, huwa miċħud bħala inammissibbli.

3) Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.