|
18.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/123
tas-17 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta’ Jannar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 (1), li tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ 36 xahar li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Il-perjodu ta’ implimentazzjoni kellu jintemm fl-4 ta’ Frar 2022. |
|
(3) |
Fit-8 ta’ Lulju 2021, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97, talab estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 12-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Fid-19 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2033 (2), li testendi l-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-4 ta’ Frar 2023. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2022, l-UNODA talab permezz ta’ ittra estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 12-il xahar oħra tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, minħabba sfidi fl-implimentazzjoni marbuta mal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(5) |
L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 sal-4 ta’ Frar 2024 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-4 ta’ Frar 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/97 tal-21 ta’ Jannar 2019 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 19, 22.1.2019, p. 11).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2033 tad-19 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/97 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 415, 22.11.2021, p. 29).