<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑135/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0135</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:327">EU:C:2014:327</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140515">15.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑135/13</P><P>SZATMÁRI MALOM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 20, 26 u 28</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u forestali</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna li minnha tibbenefika l-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti ta’ mtieħen</KEYWORD><KEYWORD>Imtieħen issostitwiti b’mitħna ġdida waħda mingħajr żieda fil-kapaċità</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑135/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Kúria (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Szatmári Malom Kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur) u K. Jürimaë, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Szatmári Malom Kft., minn F. Simonné dr. Zsúnyi, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve, minn A. Ivanovits, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn I. Chalkias u X. Basakou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Sipos, J. Aquilina u V. Bottka, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20(b), 26(1)(a) u 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2005">ĠU L 286M, p. 26</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Szatmári Malom Kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Szatmári Malom<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Uffiċċju tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali) dwar deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li rrifjutat li tagħti għajnuna mill-FAEŻR lil Szatmári Malom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 11, 13, 20, 21, 23 u 61 tar-Regolament Nru 1698/2005 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(9)</NO.P><TXT>Abbażi tal-linji gwida strateġiċi, kull Stat Membru għandu jħejji l-pjan strateġiku nazzjonali tiegħu għall-iżvilupp rurali li jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għat-tħejjija tal-programmi għall-iżvilupp rurali. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli taż-żoni rurali jeħtieġ li wieħed jiffoka fuq numru limitat ta’ objettivi ta’ qofol fuq livell Komunitarju relatati mal-kompetittività fl-oqsma tal-agrikoltura u tal-foresterija, il-ġestjoni tal-art u l-ambjent, il-kwalità tal-għajxien u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet f’dawk l‑oqsma, b’kont meħud tad-diversità tas-sitwazzjonijiet, li jvarjaw minn żoni rurali remoti milquta minn tnaqqis fil-popolazzjoni u rigress għal żoni rurali peri-urbani taħt pressjoni dejjem akbar minn ċentri urbani.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq l-objettiv li tittejjeb il-kompetittività tas-setturi tal-agrikoltura u tal-foresterija huwa importanti li jinbnew strateġiji ċari ta’ żvilupp immirati lejn it-titjib u l-adattament tal-potenzjal uman, il-potenzjal fiżiku u l-kwalità tal-produzzjoni agrikola.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-potenzjal fiżiku, għandhom ikunu disponibbli sett ta’ miżuri dwar il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, it-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti, iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli u forestali, il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu u tal-ikel u fis-settur tal-foresterija, it-titjib u l-iżvilupp tal-infrastruttura agrikola u forestali, ir-rikostituzzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola fejn saret ħsara minnħabba diżastri naturali u l-introduzzjoni ta’ miżuri adatti ta’ prevenzjoni.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>L-għan tal-għajnuna Komunitarja għall-investiment fl-azjendi agrikoli huwa li jiġu modernizzati l-azjendi agrikoli biex titjieb il-prestazzjoni ekonomika tagħhom permezz tal-użu aħjar tal-fatturi ta’ produzzjoni, li jinkludi, l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ innovazzjoni, filwaqt li jiġu ppreferuti l-kwalità, il-prodotti organiċi u d-diversifikazzjoni intra u extra-azjendali, inklużi s-setturi li mhux tal-ikel u tal-prodotti tar-raba’ enerġetiċi, kif ukoll it-titjib tas-sitwazzjoni ambjentali, tas-sigurtà fuq ix-xogħol, tal-iġjene u tat-trattament xieraq tal-annimali fl-azjendi agrikoli [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Għandu jitħeġġeġ it-titjib fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u forestali primarji permezz ta’ appoġġ għall-investimenti li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza fis-settur tal-ipproċessar u dak tal-kummerċjalizzazzjoni, li jippromovu l-ipproċessar tal-produzzjoni agrikola u forestali għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li jintroduċu teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li jiftħu opportunitajiet ġodda fis-suq għall-prodotti agrikoli u forestali, li jtejbu l-kwalità, li jżidu l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent, tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-annimali, skont il-każ, billi, bħala regola ġenerali, jiffukaw fuq il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u intrapriżi oħra taħt ċertu daqs, li huma f’pożizzjoni aħjar biex iżidu l-valur tal-prodotti lokali [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(61)</NO.P><TXT>F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u soġġett għal eċċezzjonijiet, għandu jkun hemm regoli nazzjonali dwar l-eliġibbilità tal-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) sa (e) tar-Regolament Nru 1698/2005 jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>assi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>: grupp koerenti ta’ miżuri b’għanijiet speċifiċi li jirriżultaw direttament mill-implimentazzjoni [u li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ wieħed jew iktar mill-objettivi ddefiniti fl-Artikolu 4];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>miżura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>: sett ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ assi [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>: proġett, kuntratt jew arranġament, jew azzjoni oħra magħżula skont kriterji stabbiliti għall-programm għall-iżvilupp rurali kkonċernat u implimentat minn wieħed jew aktar mill-benefiċjarji li jippermetti l-kisba tal-objettivi mniżżla fl-Artikolu 4<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) u (2) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jippreżenta pjan strateġiku nazzjonali li jindika l-prijoritajiet tal-azzjoni tal-FAEŻR u tal-Istat Membru kkonċernat b’kont meħud tal-linji gwida strateġiċi tal-Komunità, l-objettivi speċifiċi tagħhom, il-kontribut mill-FAEŻR u r-riżorsi finanzjarji l-oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[...] Dan għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi għall-iżvilupp rurali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali. Dawn il-programmi jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri magħquda flimkien skont l-assi definiti fit-Titolu IV [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(c) tar-Regolament Nru 1698/2005 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jinkludi:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar l-assi u l-miżuri proposti għal kull assi u d-deskrizzjoni tagħhom [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-programmi għall-iżvilupp rurali għandhom jiġu stabbiliti minn Stat Membru [...]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi proposti abbażi tal-konsistenza tagħhom mal-linji gwida strateġiċi tal-Komunità, mal-pjan strateġiku nazzjonali u ma’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni tqis li programm għall-iżvilupp rurali mhuwiex konsistenti mal-linji gwida strateġiċi tal-Komunità, mal-pjan strateġiku nazzjonali jew ma’ dan ir-Regolament, għandha titlob lill-Istat Membru biex jirrevedi l-programm propost kif meħtieġ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jiġi approvat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt l-iskema ta’ għajnuna tal-Assi 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu u tal-foresterija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, l-Artikolu 20 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P>L-appoġġ immirat għall-kompetittività tas-settur agrikolu u tal-foresterija għandu jikkonċerna:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>miżuri mmirati lejn ir-ristrutturazzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjal fiżiku u l-promozzjoni tal-innovazzjoni permezz ta’:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>iż-żieda fil-valur [it-tkabbir tal-valur miżjud] tal-prodotti agrikoli u tal-foresti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]”</P></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1698/2005, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-appoġġ previst fl-Artikolu 20(b)(i) għandu jingħata għal investimenti tanġibbli u/jew mhux tanġibbli li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>itejbu l-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola, [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Żieda fil-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u forestali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-appoġġ previst fl-Artikolu 20(b)(iii) għandu jingħata għal investimenti tanġibbli u/jew mhux tanġibbli li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>itejbu l-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola [tal-impriżi];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkonċernaw:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ipproċessar u/jew it-tqegħid fis-suq tal-prodotti koperti mill-Anness I għat-Trattat, ħlief il-prodotti tas-sajd, u tal-prodotti forestali, [...]</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 71(3) ta’ dan l-istess regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Ir-regoli dwar l-eliġibbilità tan-nefqa għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, soġġett għall-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-Regolament għal ċerti miżuri għall-iżvilupp rurali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 47/2008 tal-Ministru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli mill-FAEŻR [Az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból a mezőgazdasági termékek értéknöveléséhez nyújtandó támogatások részletes feltételeiről szóló 47/2008. (IV. 17.) FVM rendelet] (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Digriet Nru 47<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Permezz tat-titjib fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli jew permezz tal-introduzzjoni ta’ prodotti, ta’ proċessi u teknoloġiji ġodda, l-għajnuna tfittex li tkabbar il-prestazzjoni globali u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli u tal-impriżi tal-industrija tal-ikel, li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ iġjene tal-ikel u li ttaffi l-piż fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>F’dak li jirrigwarda l-prodotti li jaqgħu taħt is-subintestaturi [tan-Nomenklatura Magħquda (NM)] li jibdew b’0203, 0401, u 1101 sa 1104, kif ukoll dawk li jaqgħu taħt is-subintestaturi NM 0206 30 00 sa 0206 80 10, u 0207 11 10 sa 0207 14 99, l-għajnuna tista’ tingħata għal operazzjonijiet intiżi esklużivament għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti ta’ mtieħen, impjanti għall-ipproċessar tal-ħalib u impjanti għat-tqattigħ tal-laħam.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tal-imsemmi digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Dan id-digriet jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-implementazzjoni tal-Artikoli 26 u 28 tar-Regolament [Nru 1698/2005].<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, Szatmári Malom issottomettiet applikazzjoni għal għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli. Skont din l-applikazzjoni, Szatmári Malom kienet qiegħda taħseb li tistabbilixxi mitħna ġdida f’Veszprém-Kádárta (l-Ungerija), li tgħaqqad flimkien il-kapaċitajiet ta’ tliet imtieħen eżistenti li fl-istess ħin kienu sejrin jingħalqu.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve rrifjuta li jilqa’ l-imsemmija applikazzjoni għar-raġuni li, skont l-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47, għajnuna tista’ tingħata biss għall-modernizzazzjoni ta’ mtieħen eżistenti u mhux għall-istabbiliment ta’ mitħna ġdida f’post ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Szatmári Malom ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság (qorti provinċjali ta’ Jász-Nagykun-Szolnok). Filwaqt li rrikonoxxiet li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha l-għan li tevita żieda fin-numru ta’ impriżi involuti fit-tħin, Szatmári Malom argumentat, insostenn ta’ dan ir-rikors, li l-użu tal-kapaċità lliberata mit-tliet imtieħen magħluqa kellu, f’dan il-każ, jippermettilha twettaq attività ta’ produzzjoni li kienet teżisti qabel f’kundizzjonijiet iktar moderni b’titjib konsegwenti tal-prestazzjoni globali tal-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmi rikors ġie miċħud b’sentenza tal-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság tal-<DATE ISO="20111114">14 ta’ Novembru 2011</DATE>. Dik il-qorti kkunsidrat li l-Artikoli 1 u 6(3) tad-Digriet Nru 47 ma setgħux jiġu interpretati fis-sens li t-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tippermetti wkoll l-għoti ta’ għajnuna għal miżuri ta’ żvilupp imwettqa permezz ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni lliberati mill-għeluq ta’ mtieħen eżistenti. F’dan ir-rigward, hija rrilevat, b’mod partikolari, li l-Artikolu 12 tad-Digriet Nru 47 jenfasizza li dan tal-aħħar jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Artikoli 26 u 28 tar-Regolament Nru 1698/2005 u li l-Artikolu 20(b)(i) ta’ dan tal-aħħar, li għalih jirreferi l-imsemmi Artikolu 26, jiggarantixxi t-twettiq ta’ miżuri ta’ modernizzazzjoni, iżda mhux l-istabbiliment ta’ unitajiet ġodda ta’ produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell minn din is-sentenza li ressqet quddiem il-Kúria, Szatmári Malom issostni li dik is-sentenza hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 1698/2005. Hija ssostni, b’mod partikolari, li l-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság żbaljat meta rreferiet għall-Artikolu 20(b)(i) ta’ dan ir-regolament, billi l-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni ġiet sottomessa mhux abbażi ta’ modernizzazzjoni ta’ azjenda ta’ produzzjoni agrikola prevista fl-imsemmija dispożizzjoni, iżda abbażi tat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli, sitwazzjoni li taqa’ biss taħt l-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament, li jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna intiża sabiex tittejjeb il-prestazzjoni globali tal-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, skont Szatmári Malom, il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-dispożizzjoni tal-aħħar, b’mod li hija biss interpretazzjoni tad-Digriet Nru 47 li twassal għall-għoti tal-għajnuna mitluba li tista’ tkun ta’ natura li tiżgura, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, il-konformità tal-imsemmi digriet mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve jsostni li d-deċiżjoni tiegħu kienet ibbażata biss fuq id-Digriet Nru 47, b’mod li l-Jász-Nagykun-Szolnok Megyei Bíróság ma kellhiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1698/2005. Fi kwalunkwe każ, skont l-imsemmi uffiċċju, l-Artikolu 6(3) ta’ dan id-digriet huwa konformi mal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Kúria ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Il-fatt li impriża trid toħloq unità ta’ produzzjoni ġdida billi tagħlaq l-unitajiet antiki, iżda mingħajr ma żżid il-kapaċità eżistenti, jikkorrispondi għall-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-azjenda agrikola, użat fl-Artikolu 26(1)(a) tar-[Regolament Nru 1698/2005]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-investiment previst mir-rikorrenti jista’ jitqies bħala investiment intiż għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-impriżi, fis-sens tal-Artikolu 20(b)(iii) u l-Artikolu 28(1)(a) tar-[Regolament Nru 1698/2005]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-[Digriet Nru 47] jinkludi regola konformi mal-Artikolu 28(1)(a) tar-[Regolament Nru 1698/2005], sa fejn dan jipprevedi għajnuna għall-operazzjonijiet li huma intiżi biss, f’dak li jikkonċerna l-imtieħen, li jimmodernizzaw il-kapaċità eżistenti? [Dan ir-regolament] jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzoni nazzjonali li teskludi, għal raġunijiet ekonomiċi, l-għoti ta’ għajnuna għal ċerti miżuri ta’ żvilupp?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jistax ikopri operazzjoni li permezz tagħha impriza li l-attività tagħha hija l-operat ta’ mtieħen tagħlaq imtieħen antiki sabiex tissostitwihom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mit-termini tagħha stess, l-imsemmija dispożizzjoni tirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>azjendi agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, bl-istess mod, barra minn hekk, bħall-Artikolu 20(b)(i) tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni sostniet, f’dan ir-rigward, li mtieħen ma jistgħux jiġu kkunsidrati azjendi agrikoli fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet, b’mod li dawn tal-aħħar ma humiex intiżi sabiex japplikaw għal operazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, preliminarjament, li, kif jirriżulta mill-premessa 61 u mill-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, għalkemm ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż huma, bħala regola ġenerali, iddeterminati fuq livell nazzjonali, dan huwa l-każ biss suġġett għall-kundizzjonijiet partikolari stabbiliti mill-imsemmi regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali (sentenza Ketelä, C‑592/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli prevista fl-Artikoli 20(b)(i) u 26 tar-Regolament Nru 1698/2005 tikkonċerna tali miżura u l-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà relatata mal-għoti tal-għajnuna lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tikkostitwixxi kundizzjoni partikolari ta’ din il-miżura.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel l-ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri bl-iskop li jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha normalment għandhom jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ketelä, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ma hemm ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ azjenda agrikola fir-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ termini li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet li l-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti tfittex li tilħaq (sentenza Ketelä, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-termini użati fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-portata ta’ espressjoni bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tista’, b’mod partikolari, tvarja skont l-għanijiet speċifiċi li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni jfittxu li jilħqu (ara s-sentenza Azienda Avicola Sant’Anna, 85/77, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:38">EU:C:1978:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni, mill-premessi 13 u 20 tar-Regolament Nru 1698/2005 u mill-Artikolu 20(b)(i) u (iii) ta’ dan ir‑regolament jirriżulta li, bil-fatt li speċifika d-diversi tipi ta’ miżuri intiżi sabiex itejbu u jadattaw il-potenzjal fiżiku, il-leġiżlatur tal-Unjoni, b’mod partikolari, għamel distinzjoni bejn il-miżuri għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u l-miżuri għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet huma s-suġġett ta’ żewġ dispożizzjonijiet distinti, jiġifieri l-Artikoli 26 u 28 tar-Regolament Nru 1698/2005, li għandhom l-għan li jispeċifikaw ċerti karatteristiċi li għandhom jissodisfaw rispettivament l-imsemmija operazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1698/2005 jispeċifika li l-operazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli huma l-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li, b’mod partikolari, itejbu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, filwaqt li l-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament jispeċifika li l-operazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli huma l-investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li jtejbu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola [tal-impriża]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ipproċessar u/jew it-tqegħid fis-suq tal-prodotti [agrikoli] koperti mill-Anness I għat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-premessa 21 tar-Regolament Nru 1698/2005 tikklassifika l-għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, prevista fl-Artikoli 20(b)(i) u 26 ta’ dan ir-regolament, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>għajnuna [...] għall-investiment fl-azjendi agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u tirreferi, b’mod partikolari, f’dan ir-rigward, għall-użu aħjar tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>fatturi ta’ produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u għall-ħtieġa li jiġu ppreferuti l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>prodotti agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>diversifikazzjoni intra u extra-azjendali, inklużi s-setturi li mhux tal-ikel u tal-prodotti tar-raba’ enerġetiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-premessa 23 tal-imsemmi regolament li tikkonċerna l-għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli tispeċifika, min-naħa tagħha, li l-imsemmija għajnuna tfittex li tħeġġeġ it-titjib fl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>prodotti agrikoli [...] primarji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> permezz ta’ għajnuna għall-investimenti li għandhom, b’mod partikolari, l-għan li jtejbu l-effiċjenza fis-settur tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u tal-kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mid-distinzjoni hekk magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni u mill-imsemmija dettalji kollha li jinsabu fl-Artikoli 26 u 28 u fil-premessi 21 u 23 tar-Regolament Nru 1698/2005 jirrizulta li, fl-ambitu tal-kuntest leġiżlattiv stabbilit minn dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikoli 20(b)(i) u 26 ta’ dan tal-aħħar, għandha tfisser azjenda li l-attività tagħha hija l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli primarji (ara, f’dan is-sens ukoll, fir-rigward ta’ leġiżlazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw iż-żewġ tipi ta’ għajnuna eżaminati hawnhekk, is-sentenza Cattaneo Adorno vs Il‑Kummissjoni, 107/80, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:127">EU:C:1981:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 19 u 21).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li impriża bħal dik ta’ Szatmári Malom, li ma tipproduċix prodotti agrikoli primarji, iżda topera mtieħen li fihom hija tipproċessa tali prodotti, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali impriża taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1) ta’ dan ir-regolament u għaldaqstant tista’ tibbenefika minn għajnuna abbażi tal-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jistax ikopri operazzjoni li permezz tagħha impriza li l-attività tagħha hija l-operat ta’ mtieħen tagħlaq imtieħen antiki sabiex tissostitwixxihom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li operazzjoni li tikkonsisti fl-għeluq ta’ mtieħen antiki u s-sostituzzjoni tagħhom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti tistax ittejjeb il-prestazzjoni globali tal-impriża fis-sens tat-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, diġà ġie rrilevat fil-punt 40 ta’ din is-sentenza li impriża li topera mitħna waħda jew iktar u, għalhekk, hija attiva fis-settur tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli primarji tista’ taqa’ taħt il-kamp tal-imsemmija dispożizzjonijiet u tibbenefika minn għajnuna abbażi ta’ dawn tal-aħħar. Bl-istess mod, huwa paċifiku li operazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tabilħaqq tirrappreżenta investiment tanġibbli li jissodisfa l-kundizzjoni, stabbilita mill-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament Nru 1698/2005, li tali investiment għandu jikkonċerna l-ipproċessar ta’ prodotti koperti mill-Anness I tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk tali operazzjoni tistax twassal għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>titjib tal-prestazzjoni globali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-imsemmija impriża, fis-sens tal-Artikolu 28(1)(a) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi rrilevat li xejn fit-test tal-imsemmi Artikolu 28(1) ma jissuġġerixxi li l-għajnuna prevista minn dan tal-aħħar għandha tkun eskluża f’każijiet fejn tali titjib fil-prestazzjoni jintlaħaq mill-impriża kkonċernata permezz tas-sostituzzjoni ta’ installazzjoni ta’ pproċessar eżistenti waħda jew iktar b’installazzjoni ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif, b’mod partikolari, issostni ġustament il-Kummissjoni, tali interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 lanqas ma tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet li din id-dispożizzjoni tfittex li tilħaq.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1) tar-Regolament Nru 1698/2005, moqrija fid-dawl tal-premessi 13, 20 u 23 ta’ dan tal-aħħar, jirriżulta li l-miżuri ta’ għajnuna previsti fl-imsemmija dispożizzjonijiet ifittxu, b’mod partikolari, li jtejbu l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli primarji, billi jsostnu l-investimenti li l-għan tagħhom huwa t-tisħiħ tal-effiċjenza fis-settur tal-ipproċessar, sabiex ikabbru l-valur miżjud tal-prodotti agrikoli u jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-għan tal-imsemmi regolament li jikkonsisti fit-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa huwa evidenti li t-titjib tal-prestazzjoni ta’ impriża ta’ pproċessar li topera mitħna waħda jew iktar, li jseħħ permezz tas-sostituzzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti b’installazzjoni ġdida, jista’ jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu tali għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jiġu interpretati fis-sens li operazzjoni li tikkonsisti fl-għeluq ta’ mtieħen antiki u s-sostituzzjoni tagħhom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti tista’ ttejjeb il-prestazzjoni globali tal-impriża fis-sens tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47 jipprovdi li l-għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli tista’ tingħata biss, f’dak li jirrigwarda l-imtieħen, għal operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-iskop ta’ din il-limitazzjoni, u minkejja li, fid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi, f’dan ir-rigward, f’termini ġeneriċi għal raġunijiet ekonomiċi li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ ċerti miżuri ta’ żvilupp, jidher li mill-indikazzjoni fid-deċiżjoni tar-rinviju, riprodotta fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, joħroġ li l-imsemmija limitazzjoni hija dovuta, essenzjalment, għal volontà li ma tiġix inkoraġġita żieda fin-numru tal-imtieħen attivi.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Mistoqsi fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Gvern Ungeriż min-naħa tiegħu kkonferma li l-imsemmija limitazzjoni kienet effettivament intiża sabiex tevita li tinkoraġġixxi, permezz tal-għoti ta’ għajnuna, il-ħolqien ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ pproċessar fis-settur tat-tħin.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kemm il-Gvern Ungeriż kif ukoll il-Kummissjoni enfasizzaw, f’dan ir-rigward, li mill-pjan għall-iżvilupp rurali Ungeriż stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1698/2005 jirriżulta li, fl-imsemmi Stat Membru, is-settur tat-tħin huwa kkaratterizat minn livell baxx ħafna ta’ użu tal-kapaċitajiet eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet domanda għandha tinftiehem li, essenzjalment, tfittex li jsir magħruf jekk l-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli li minnha jistgħu jibbenefikaw biss, f’dak li jirrigwarda l-impriżi li joperaw imtieħen, l-operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tal-imsemmija mtieħen u mhux dawk li jinvolvu l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, preliminarjament, li għalkemm, minħabba n-natura tagħhom stess u l-funzjoni tagħhom fis-sistema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti għandhom, bħala regola ġenerali, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ applikazzjoni, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom jistgħu jeħtieġu, madankollu, għall-implementazzjoni tagħhom, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni mill-Istati Membri (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ketelä, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ regolament jekk ma jostakolawx l-applikabbiltà diretta tiegħu, jekk ma jaħbux in-natura Komunitarja tiegħu u jekk jispeċifikaw l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilhom minn dan ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Ketelä, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda b’mod iktar speċifiku r-Regolament Nru 1698/2005, fil-punt 27 ta’ din is-sentenza diġà tfakkar li, mill-premessa 61 u mill-Artikolu 71(3) tal-imsemmi regolament jirriżulta li, suġġett għall-kundizzjonijiet partikolari stabbiliti minn dan tal-aħħar għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż huma, bħala regola ġenerali, iddeterminati fuq livell nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rekwiżit stabbilit mill-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 li l-operazzjoni prevista għandha tkun ta’ natura li tiżgura titjib tal-prestazzjoni globali tal-impriża ċertament jikkostitwixxi tali kundizzjoni partikolari u, għalhekk, kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna prevista f’dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-imsemmi rekwiżit bl-ebda mod ma jirriżulta li kull tip ta’ investiment li jippermetti lil impriża ta’ pproċessar, bħal impriża li topera mitħna waħda jew iktar, ittejjeb il-prestazzjoni globali tagħha għandu jibbenefika minn għajnuna abbażi tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, f’dak li jirrigwarda l-finanzjamenti li għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntest tar-Regolament Nru 1698/2005 u kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikoli 16 u 18 ta’ dan tal-aħħar, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu l-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom stess li jinkludu, b’mod partikolari, informazzjoni dwar il-miżuri proposti għal kull assi u d-deskrizzjoni tagħhom, programmi li għandhom sussegwentement jiġu suġġetti għall-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ approvazzjoni previsti fl-imsemmi Artikolu 18.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, u kif għadu kif tfakkar fil-punti 55 u 56 ta’ din is-sentenza, jibqa’ possibbli, b’mod partikolari, għall-Istati Membri li jistabbilixxu, għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna ffinanzjata mill-FAEŻR, kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà b’żieda ma’ dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1698/2005, sakemm, meta jagħmlu dan, jispeċifikaw l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilhom minn dan ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, u kif jirriżulta mill-punti 49 sa 51 ta’ din is-sentenza, bl-adozzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47, l-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew li għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli bħal dik prevista fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 tista’ tingħata biss, f’dak li jirrigwarda l-imtieħen, għal operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tagħhom, u dan, essenzjalment, sabiex jevitaw li jinkoraġġixxu, permezz ta’ tali għajnuna, żieda fil-kapaċitajiet eżistenti f’dan is-settur ta’ attività.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa bl-ebda mod ma jirriżulta mill-atti tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja li, bil-fatt li stabbilixxew tali kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna kkonċernata, l-awtoritajiet Ungeriżi eċċedew il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ mogħti lilhom mill-imsemmi regolament għall-finijiet, b’mod partikolari, u kif tenfasizza l-premessa 11 ta’ dan tal-aħħar, li tittieħed inkunsiderazzjoni d-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni kkonċernati, u lanqas ma jirriżulta li dawn l-awtoritajiet ma baqgħux fil-parametri tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Gvern Ungeriż u mill-Kummissjoni, imsemmija fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, jirriżulta, b’mod partikolari, li, f’dan il-każ, tali limitazzjoni tista’ tiġi spjegata fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ livell baxx ta’ użu tal-kapaċitajiet eżistenti li jikkaratterizza, fl-imsemmi Stat Membru, is-settur ta’ attività tat-tħin.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, l-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-element speċifiku li l-istabbiliment ta’ installazzjoni tat-tħin ġdida li tinvolvi, isir b’sostituzzjoni ta’ installazzjonijiet tat-tħin eżistenti li għandhom jingħalqu, mingħajr ma tinħoloq żieda fil-kapaċitajiet eżistenti bl-imsemmija operazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u f’dak li jirrigwarda, bħal f’dan il-każ, għajnuna mogħtija abbażi tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar japplikaw għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Waqt tali implementazzjoni, l-Istati Membri, bl-istess mod, huma obbligati jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20 ta’ din il-karta (digriet Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit, C‑24/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Arcelor Atlantique et Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑127/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:728">EU:C:2008:728</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Soukupová, C‑401/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:223">EU:C:2013:223</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u għaldaqstant in-natura paragunabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-iskop tal-att li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza IBV &amp; Cie, C‑195/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:598">EU:C:2013:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 52 u 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għan li, f’dan il-każ, il-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali tfittex li tilħaq, ġie spjegat iktar ’il fuq jidher li din il-kundizzjoni hija intiża sabiex tiżgura li l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata tikkontribwixxi għal titjib tal-prestazzjoni globali tal-impriżi attivi fis-settur tat-tħin, filwaqt li tevita li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kapaċitajiet ġodda f’settur ikkaratterizzat minn livell baxx ta’ użu tal-kapaċitajiet eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, suġġett għall-evalwazzjoni finali li għandha ssir f’dan ir-rigward mill-qorti tar-rinviju, jidher li, fid-dawl ta’ tali għan, is-sitwazzjoni li fiha installazzjoni tat-tħin waħda jew iktar jingħalqu sabiex jiġu ssostitwiti b’installazzjoni tat-tħin ġdida mingħajr żieda fil-kapaċitajiet eżistenti tista’ titqies li hija paragunabbli għal dik li fiha tali installazzjonijiet tat-tħin preeżistenti jagħtu lok għal modernizzazzjoni, b’mod li l-esklużjoni tal-ewwel sitwazzjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija skema ta’ għajnuna tkun ta’ natura li tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta japplikaw id-dritt intern, il-qrati nazzjonali huma marbuta jinterpretawh, sa fejn huwa possibbli, b’mod li jippermetti li tiġi żgurata l-konformità tiegħu mad-dritt tal-Unjoni. Dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa fil-fatt inerenti għas-sistema tat-Trattat FUE għaliex dan jippermetti li l-qrati nazzjonali jiżguraw, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta jiddeċiedu l-kawżi li jkollhom quddiemhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Rusedespred, C‑138/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:233">EU:C:2013:233</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli li minnha jistgħu jibbenefikaw biss, f’dak li jirrigwarda l-impriżi li joperaw imtieħen, l-operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tal-imsemmija mtieħen u mhux dawk li jinvolvu l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda. Madankollu, fejn ikun hemm sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha installazzjoni tat-tħin waħda jew iktar jingħalqu sabiex jiġu ssostitwiti b’installazzjoni tat-tħin ġdida mingħajr żieda fil-kapaċitajiet, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura li tali leġiżlazzjoni tiġi applikata b’mod li jiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni globali tal-azjenda agrikola, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jistax ikopri operazzjoni li permezz tagħha impriza li l-attività tagħha hija l-operat ta’ mtieħen tagħlaq imtieħen antiki sabiex tissostitwihom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 20(b)(iii) u 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jiġu interpretati fis-sens li operazzjoni li tikkonsisti fl-għeluq ta’ mtieħen antiki u s-sostituzzjoni tagħhom b’mitħna ġdida mingħajr żieda fil-kapaċità eżistenti tista’ ttejjeb il-prestazzjoni globali tal-impriża fis-sens tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi għajnuna għat-tkabbir tal-valur miżjud tal-prodotti agrikoli li minnha jistgħu jibbenefikaw biss, f’dak li jirrigwarda l-impriżi li joperaw imtieħen, l-operazzjonijiet intiżi għall-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tal-imsemmija mtieħen u mhux dawk li jinvolvu l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda. Madankollu, fejn ikun hemm sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha installazzjoni tat-tħin waħda jew iktar jingħalqu sabiex jiġu ssostitwiti b’installazzjoni tat-tħin ġdida mingħajr żieda fil-kapaċitajiet, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura li tali leġiżlazzjoni tiġi applikata b’mod li jiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>