European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2923

21.5.2025

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI EWROPEA

(C/2025/2923)

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika dan l-avviż f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka (Dwana u Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti) ippubblikaw ir- “Rapport Annwali ta’ Żborż tas-CDSOA tas-SF2024”  (2) fit-22 ta’ Novembru 2024. Ir-rapport jelenka l-iżborżi taħt is-CDSOA għas-sena fiskali 2024. Skont dan ir-rapport, l-iżborżi tas-CDSOA relatati mad-dazji anti-dumping u kumpensatorji mħallsa fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea fis-sena fiskali 2024 jammontaw għal USD 321,48.

L-iżborżi skont is-CDSOA relatati mad-dazji anti-dumping u kumpensatorji mħallsa fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni għall-aktar sena reċenti li għaliha hemm data disponibbli huma inqas minn USD 30 000. Kif previst fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2018/196, l-applikazzjoni tad-dazju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/196 hija għalhekk sospiża.


(1)  Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 44, 16.2.2018, p. 1).

(2)   Rapport Annwali ta’ Żborż tal-CDSOA|tas-SF2024Dwana u Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2923/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)