European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/639

2.4.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/639

tal-1 ta’ April 2025

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Slovena tal-Anness tar-Regolament (UE) 2020/354 li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Slovena tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/354 (2) fiha l-iżbalji fil-Parti A, il-punti 9 u 10, kif ukoll fil-Parti B, fit-tabella, in-numru tal-entrata 60, il-kolonna “Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali (GP1)”, it-tielet kolonna, fir-rigward tat-tip ta’ għalf kopert mir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet. L-iżbalji jaffettwaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Slovena tar-Regolament (UE) 2020/354 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/354,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/767/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/354 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE (ĠU L 67, 5.3.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/354/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/639/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)