<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑474/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0474</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2096">EU:C:2014:2096</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140717">17.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑474/13</P><P>PHAM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16(1)</KEYWORD><KEYWORD>Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija</KEYWORD><KEYWORD>Detenzjoni f’ħabs</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jinżamm taħt detenzjoni ma’ priġunieri ordinarji meta jkun ta l-kunsens tiegħu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑474/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130903">3 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Thi Ly Pham</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, T. von Danwitz, A. Borg Barthet u M. Safjan, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, G. Arestis (Relatur), J. Malenovský, D. Šváby, C. Vajda u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T. L. Pham, minn M. Sack, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik, minn J. von Lackum, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. de Ree, M. Bulterman u H. Stergiou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wils u M. Condou-Durande, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn T. L. Pham u l-iStadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik (bel ta’ Schweinfurt, uffiċċju tar-reġistru ċivili u tal-istatistika) dwar il-legalità tad-deċiżjoni ta’ tqegħid taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija meħuda kontra tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 17 tad-Direttiva 2008/115:</TXT><P><CONSID><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu detenuti għandhom jiġu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u f’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-arrest inizjali mill-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi, irregolat mil-leġislazzjoni nazzjonali, id-detenzjoni għandha bħala regola tkun f’faċilitajiet speċjalizzati għad-detenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></QUOT.S></CONSID></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jkun hemm riskju ta’ ħarba jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenzjoni għandha titkompla għal tul ta’ perijodu meħtieġ biex il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu sodisfatti u biex tiġi żgurata t-tneħħija b’suċċess. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perijodu limitat ta’ detenzjoni, li ma jistax jeċċedi sitt xhur.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="015.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu ma jestendux [ma jistgħux jestendu] il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 ħlief għal perijodu limitat li ma jeċċedix it-tnax-il xahar oħra skond il-liġi nazzjonali f’każijiet fejn minkejja l-isforzi raġonevoli kollha tagħhom l-operazzjoni ta’ tneħħija tista’ ddum minħabba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>nuqqas ta’ kooperazzjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dewmien fil-kisba tad-dokumentazzjoni neċessarja minn pajjiżi terzi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kondizzjonijiet tad-detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Id-detenzjoni għandha titwettaq bħala regola f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni u jkun obbligat jirrikorri għal akkomodazzjoni f’ħabs, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu detenuti għandhom ikunu mifrudin mill-priġunieri ordinarji.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 62a(1) tal-liġi dwar ir-residenza, l-attività professjonali u l-integrazzjoni tal-barranin fit-territorju federali (Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet) tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGB1. 2004 I, p. 1950), kif emendata (BGB1. 2011 I, p. 2258, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>AufenthG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), li jittrasponi l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/155, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija għandha sseħħ, bħala regola, f’faċilitajiet ta’ detenzjoni speċjalizzati. Meta Land ma jkollux faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni, id-detenzjoni tista’ sseħħ f’ħabsijiet oħra ta’ dan il-Land; f’dak il-każ, il-persuni li jkunu detenuti sakemm isseħħ it-tneħħija tagħhom, għandhom ikunu mifrudin mill-priġunieri ordinarji. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>T. L. Pham, li hija ċittadina Vjetnamiża, daħlet fil-Ġermanja mingħajr dokumenti ta’ identità u mingħajr permess ta’ residenza. Fid-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, hija kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija sat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub tat-<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE>, hija tat il-kunsens tagħha li tinżamm f’ħabs ma’ priġunieri ordinarji minħabba li xtaqet li jkollha kuntatt ma’ ċittadini Vjetnamiżi li kienu jinsabu f’dan il-ħabs.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-Amtsgericht Nürnberg estenda d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija ta’ T. L. Pham sal-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>. Ir-rikors ippreżentat minn din tal-aħħar kontra dan id-digriet ġie miċħud permezz ta’ digriet tal-Landgericht Nürnberg tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>. Wara li effettivament intbagħtet lura l-Vjetnam fl-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, T. L. Pham qiegħda, permezz tar-rikors tagħha quddiem il-Bundesgerichtshof, tfittex li jiġi kkonstatat li d-drittijiet tagħha kienu miksura permezz tal-imsemmija digrieti dwar l-estensjoni tad-detenzjoni tagħha fl-imsemmi ħabs.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-Bundesgerichtshof, fid-dawl tal-ksur ta’ dritt fundamentali partikolarment sinjifikattiv, ir-rimedji kontra miżura li ċċaħħad il-libertà jibqgħu miftuħa inkluż wara l-eżekuzzjoni ta’ tali miżura peress li l-persuna kkonċernata għandha interess, li jistħoqqlu protezzjoni, li l-illegalità ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà tiġi kkonstatata anki wara l-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Din il-qorti tosserva li, bħala prinċipju, it-tqegħid taħt detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun is-suġġett ta’ proċeduri ta’ ritorn f’ħabs mal-priġunieri ordinarji jmur kontra l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll l-Artikolu 62a tal-AufenthG, li tittrasponi l-imsemmija dispożizzjoni<?PAGE NO="4"?> fid-dritt nazzjonali. Madankollu, dan it-tqegħid taħt detenzjoni jkun legali jekk l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li jagħtihom il-possibbiltà jieħdu inkunsiderazzjoni l-kunsens taċ-ċittadin ikkonċernat li jitqiegħed mal-imsemmija priġunieri.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof tosserva, minn naħa, li jista’ jkun hemm riskju li l-obbligu ta’ separazzjoni jiġi ffrustrat meta, b’mod partikolari, l-awtoritajiet ikkonċernati jġiegħlu regolarment liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti mid-Direttiva 2008/115 jiffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ kunsens imlestija minn qabel jew jeżerċitaw pressjoni fuqhom sabiex jagħtu l-kunsens tagħhom li jitqiegħdu taħt detenzjoni f’ħabs ma’ priġunieri ordinarji. Min-naħa l-oħra, din il-qorti tindika li l-obbligu ta’ separazzjoni huwa maħsub biss sabiex itejjeb is-sitwazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li dawn għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw għas-separazzjoni meta, wara li jkunu ġew informati dwar id-dritt tagħhom li jinżammu b’mod separat, dawn ikunu jixtiequ jinżammu flimkien ma’ priġunieri jew jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, bħalma huwa l-każ fil-kawża ineżami, minħabba l-opportunità li jkunu f’kuntatt ma’ persuni tal-istess ċittadinanza jew tal-istess età. F’dan ir-rigward, skont id-dritt Ġermaniż, fil-każijiet ta’ detenzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà meta jkun previst li l-persuni kkonċernati jinżammu separati, il-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (Qorti kostituzzjonali Federali) tieħu inkunsiderazzjoni l-kunsens ta’ tali persuna li tinżamm flimkien ma’ priġunieri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Iż-żamma f’ħabs ma’ priġunieri ordinarji ta’ persuna mqiegħda taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija, meta din il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha għal tali żamma, hija kompatibbli mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva [2008/115]?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lil Stat Membru jqiegħed lil ċittadin ta’ pajjiż terz miżmum taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija f’ħabs flimkien ma’ priġunieri ordinarji fil-każ li dan iċ-ċittadin jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tqegħid.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, preliminarjament, li mill-proċess trażmess lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li T. L. Pham tqiegħdet taħt detenzjoni f’ħabs fuq il-bażi tal-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Issa, mill-punti 28 sa 31 tas-sentenza Bero u Bouzalmate (C‑473/13 u C‑514/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2095">EU:C:2014:2095</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li r-raġuni marbuta mal-assenza ta’ faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni f’Land tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tistax tiġġustifika, waħedha, l-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-kuntest tal-kawża prinċipali, mill-formulazzjoni tagħha jirriżulta li din id-dispożizzjoni timponi obbligu inkundizzjonat ta’ separazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment mill-priġunieri ordinarji meta Stat Membru ma jkunx jista’ jqiegħed lil dawn iċ-ċittadini f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Ġermaniż, sostnut mill-Gvern Olandiż, isostni li, peress li l-għan ta’ dan l-obbligu ta’ separazzjoni huwa li jitħarsu l-interess u l-benesseri taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment, dan jista’ jirrinunzja għas-separazzjoni, b’mod partikolari, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna kkonċernata tkun tixtieq tibqa’ f’kuntatt ma’ persuni tal-istess ċittadinanza.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jiġu kkonstatat li l-obbligu ta’ separazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment mill-priġunieri ordinarji ma huwa marbut ma’ ebda eċċezzjoni u jikkostitwixxi garanzija tar-rispett tad-drittijiet irrikonoxxuti espliċitament mil-leġiżlatur tal-Unjoni lill-imsemmija ċittadini fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni f’ħabsijiet għall-finijiet ta’ tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-għan tad-Direttiva 2008/115 huwa l-istabbiliment ta’ politika effikaċi ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni mibnija fuq standards komuni, sabiex il-persuni kkonċernati jiġu rripatrijati b’mod uman u b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom (sentenzi El Dridi, C‑61/11 PPU, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31, u Arslan, C‑534/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:343">EU:C:2013:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-obbligu ta’ separazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment mill-priġunieri ordinarji previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva huwa iktar minn sempliċi modalità ta’ eżekuzzjoni speċifika ta’ tqegħid taħt detenzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’ħabsijiet u jikkostitwixxi kundizzjoni sostantiva ta’ dan it-tqegħid li mingħajrha, bħala prinċipju, dan it-tqegħid ma jkunx konformi mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, Stat Membru ma jistax jieħu inkunsiderazzjoni r-rieda taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari magħmula hija li t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tippermettix lil Stat Membru jqiegħed lil ċittadin ta’ pajjiż terz miżmum taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija f’ħabs flimkien ma’ priġunieri ordinarji, u dan lanqas fil-każ li dan iċ-ċittadin jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tqegħid.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tippermettix lil Stat Membru jqiegħed lil ċittadin ta’ pajjiż terz miżmum taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija f’ħabs flimkien ma’ priġunieri ordinarji, u dan lanqas fil-każ li dan iċ-ċittadin jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tqegħid.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>